Illum previous editions

illum 26 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 Għawdex: Int djamant minn John Busuttil It-Tberik tal-annimali mill-Franġiskani Kien nofs ta' nhar vera ħelu meta nhar il-Ħadd attendejt għat-tberik tal-annimali mill-Franġiskani minuri ta' Għajnsielem, fil-post magħruf aktar bħala tal-patrijiet. Fil-festa ta' San Franġisk li jingħad li kien kapaċi jkellem lill-annimali, il-miġemgħa Għawdxija tat eżempju kif bil-mod tagħhom ukoll huma kapaċi jikkomunikaw mal-annimali. F'DIN il-komunità ċkejkna wieħed seta' jammira tfal, nisa, irġiel, żgħażagħ, nanniet u anzjani jiġru bit-tfal u bl-annimali domestiċi tagħhom biex ilprovinċjal tal-Franġiskani ibirkilhom dawn l-annimali li tant huma ta' għożża għalihom. L-imħabba li teżisti bejn il-bniedem u l-annimal hi xi ħaġa li tant tħossha meta taraha, xwejħa tgħannaq liż-żewġ klieb tagħha u tbushom, it-tfajjel jgħannaq b'imħabba kbira lil kelb u jbewwes fih. Lit-tfajla li turi l-ġmiel tal-qattus persjan tagħha u tiddandan bih. It-tifla ferħana bil-fenek tagħha. Lit-tfajjel juri u jitkessaħ bl-amorin tiegħu. Lil 'macho' man li stħajlu xi pirata bil-pappagall fuq spallejh. Lil tal-karrozzin u anke tal-ħmar bit-tfal kuntenti li jieħdu rikba fuqu. Ma naqsux ukoll ilfamilja tal-falkuni, isqra u tajr tal-priża li wrew il-ġmiel tagħhom fuq idejn is-sidien tagħhom. Anke l-fkieren ġew biex jitbierku. U hemm stajt ninnota d-diversitajiet fil-mentalità ta' dan il-poplu ċkejken. Meta fl-isfond setgħu jinstemgħu b'mod ċar ilħsejjes tal-armi qerrieda li bdew jisparaw fuq kull tajra li miskina ddeċidiet li tgħaddi minn fuq Għajnsielem. Kos hux min jgħannaqhom u jbushom u jrabbihom b'tant għożża u min joqtolhom biex jagħmel platt brodu tajjeb. Xorta jibqa' fatt li l-organizzazzjoni, ta' Fra Lorrie li dejjem fuq quddiem ta' kull attività li ssir minn din il-knisja ċkejkna u meraviljuża, fl- istess ħin, kienet waħda li ġabet tbissima u ħlewwa fuq fomm kulħadd. Ta' min ifaħħar ukoll lisSindku ta' Għajnsielem u l-Kunsill kollu tiegħu (uħud minnhom kienu preżenti) għall-għajnuna li taw ukoll lil din il-komunità żgħira. Mhux se nikteb iżjed ħalli nħalli l-ispazju għal xi ritratti li ġbidt fejn ippruvajt naqbad mumenti sbieħ minn dan in-nofs ta' nhar. Avvenimenti kulturali f'Għawdex Illum il-Ħadd 27 ta' Ottubru Contrasts – Nadur - 5 p.m. Kunċert mill-Gozo Youth Orchestra & Europe Youth Orchestra (Ġermanja) fil-każin tal-banda Mnarja Marquee Dwejra Experience – Dwejra Bay - 12.30 p.m. Pranzu d-Dwejra bi programm ta' diversi attivitajiet organizzati millVictoria Scout Group Il-Kwaranturi – Qala - 4.30 p.m. Purċissjoni għal Festa tal-Ewkaristija Mqaddsa fir-Raħal tal-Qala Gozo Day Grand Band Concert – Victoria - 7 p.m. Kommemorazzjoni tal-Gozo Regional day bil-parteċipazzjoni tas-Soċjetà Mużikali Santa Margerita (Sannat) u s-Soċjetà Filarmonika Victory (Xagħra)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2013