Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845
Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 | illum 23 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 EDITUR: SAVIOUR BALZAN Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt Il-pożizzjoni ta' Malta fi Brussell Kienet tispikka mhux ftit ilpożizzjoni tal-Gvern ta' Malta fi Brussell fuq il-ħtieġa ta' politika koerenti dwar l-immigrazzjoni. Politika li tgħaddi millkliem għall-fatti. Politika li s'issa fuq livell Ewropew kienet vojta u bla irbit. Kliem li faċli jingħad. Vojt għax bil-kliem biss ma jistax ikun hemm bidla bil-mod kif l-immigrazzjoni illegali tiġi mrażżna. U li l-imwiet jiġu evitati. Hemm żewġ metodi kif wieħed jindirizza din ilkwistjoni. L-ewwel waħda hija li l-pajjiżi ġirien fuq in-naħa ta' fuq tal-Afrika jaħdmu id f'id bl-għajnuna tal-UE biex tiġi mrażżna l-kriminilità organizzata li tmexxi l-immigrazzjoni illegali. It-tieni li l-pajjiżi minn fejn joriġinaw dawn l-immigranti jiġu mogħtija għajnuna finanzjarja u ekonomika biex ikunu jistgħu jinvestu f'ħajja aħjar għan-nies li tilfu kull tama li jistgħu jgħixu b'mod diċenti. Mhux faċli iżda possibbli. Mhux faċli imma jibqa' l-fatt li l-prevenzjoni aħjar mill-kura, u jekk m'aħniex ser nindirizzaw l-għerq tal-problema mhux ser insolvuha. Kemm tkun ħaġa sabiħa li minflok ma nagħtu somma flus lis-Somalja, norganizzaw li nibagħtu nies preparati li jgħinu lill-komunitajiet Somali fil-qasam taledukazzjoni, is-saħħa u anki amministrazzjoni pubblika. Is-solidarjetà ma tiġix bilparoli biss. Petizzjoni biex tieqaf il-kaċċa fir-rebbiegħa Din il-gazzetta qiegħda tipprovdilkom petizzjoni biex tiġbru firem sabiex tiġi abolita l-kaċċa firrebbiegħa. Diffiċli li l-elettorat jivvota hekk, imma possibli. Tant hu hekk li l-koalizzjoni kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa qiegħda tispera li flelezzjoni għall-Parlament Ewropew iseħħ irreferendum. Diġà hemm dikjarazzjoni mill-Prim Ministru li stqarr li jaħseb li jkun żball jekk isir ir-referendum. L-iżball vera jkun li l-kaċċa bla rażan titkompla u ma jiġri xejn biex dawn l-ħniżrijiet jieqfu. Għal snin twal Malta baqgħet isservi ta' post fejn l-għasafar jinqatlu għaliex numru mdaqqas ta' persuni jieħdu pjaċir joqtlu għas-sempliċiment fatt li l-qtil jogħġobhom. Għal snin twal il-partiti politiċi baqgħu rikattati mil-lobby tal-kaċċa. Rikatt li għandu jispiċċa, għax dan il-pajjiż ħaqqu jimxi 'l quddiem.

