Illum previous editions

illum 26 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 EMPIRE Pharmacy (Branch), 46, Triq Melita, Valletta NATIONAL Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Ħamrun FATIMA Pharmacy, Triq iż-Żonqor, Santa Venera THE Local Dispensary, Triq Kan. Karm Pirotta, Birkirkara O'HEA Pharmacy, 128, Triq Manoel De Vilhena, Gżira MEDICAL Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings Vjal ir-Rihan, San Ġwann MRABAT Pharmacy, 5, Triq l-Imrabat, Sliema BALZAN Pharmacy, 70, Triq San Frangisk, Balzan BROWN'S Chemists, Triq San Pawl, Naxxar VILLAGE Pharmacy, Main Street, Mellieħa MADDALENA Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija SAN Filippu Pharmacy, 155, Triq ilVitorja, Isla POLYMER Pharmacy, Triq ix-Xgħajra, Żabbar MEDICAID Pharmacy, 62, Vjal itTorri, Gudja ŻURRIEQ Dispensary, 68, Triq il-Kbira, Żurrieq SANTA Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Żebbuġ CENTRAL Pharmacy, Triq Għajn Qajjet, Rabat CASTLE Pharmacy, 2, Misrah l-Indipendenza, Victoria ST. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Qala TEMP ILLUM L-OGĦLA L-INQAS TEMP 26˚Ċ 18˚Ċ Ftit imsaħħab lokalment ftit jew wisq imsaħħab għall-ewwel, li jsir sabiħ jew lokalment ftit imsaħħab. VIŻIBILTA' Tajba RIĦ Lvant għall-Grigal forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 għallewwel, li jsir varjabbli forza 2 għal 3 aktar tard. GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq MIRIAM DALLI www.gozochannel.com TEMP GĦADA L-OGĦLA L-INQAS TEMP 26˚Ċ 18˚Ċ Ftit imsaħħab b'perjodi twal xemxin. VIŻIBILTA' Tajba RIĦ Punent għall-Majjistral forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4. Baħar: Ħafif. SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. 40 86 83 84 64 37 18 1 Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda Tiħrax il-pressjo FL-ISFOND ta' aktar imwiet fl-ibħra Mediterranji, ilmexxejja tal-Unjoni Ewropea ltaqgħu ġewwa Brussell biex flimkien jippruvaw jsibu soluzzjoni għal din ilproblema li l-aktar taffetwa pajjiżi tan-nofsinhar bħal Malta, l-Italja u l-Greċja. Imma l-aktar għadma iebsa kienet, għadha u tibqa', ittkaxkir tas-saqajn – referenza li saret għaliha mill-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz – u r-reżistenza totali minn numru ta' pajjiżi fit-tramuntana tal-Ewropa li jaċċettaw miżuri bħal rilokazzjoni ta' immigranti. Minkejja dan, pajjiżi bħal Ġermanja qegħdin jaqblu li għandhom jiġu implimentati miżuri għal żmien qasir filwaqt li diskussjonijiet dwar task force fuq l-immigrazzjoni u dwar l-aġenzija talfruntieri Ewropea Frontex jitkomplew fis-summit li jmiss f 'Diċembru. Iżda politiki għal tul ta' żmien ikunu diskussa s-sena d-dieħla. Jidher ukoll iżda li l-Ġermanja hi waħda minn dawk l-istati membri li jemmnu li mhux se jkun hemm xi bidla radikali fil-mod li l-Ewropa tittratta l-kwistjoni tal-persuni li jkunu sabu ażil f 'xi stat membru tal-UE. Il-Prim Ministru Joseph Muscat li kien telaq minn Malta għal Brussell jinsisti li jrid azzjoni konkreta millUnjoni Ewropea. Il-Ħamis filgħaxija qal lillġurnalisti Maltin li jrid l-ewwel azzjoni konkreta sa Diċembru, b'referenza għas-summit li jmiss għall-kapijiet tal-pajjiżi Ewropej. Iżda, wara kważi erba' sigħat ta' diskussjoni, ilKunsill Ewropew iddeċieda li f 'Diċembru li ġej jiddiskuti deċiżjonijiet ta' ħidma operattiva, b'hekk jippostponi għal darb'oħra diskussjonijiet dwar miżuri effettivi. Malta kienet waħda minn tmien pajjiżi li mbuttaw għall-konklużjonijiet aktar ċari mill-Kunsill Ewropew. Fil-fatt, dawn il-konklużjonijiet ġew imfassla nhar it-Tnejn minn Malta, il-Greċja u l-Italja u ppreżentati f 'inqas minn 24 siegħa. Skont Muscat, ilkonklużjonijiet jorbtu lillUnjoni Ewropea b'data ta' skadenza li jsibu u jiddiskutu proposti sa Diċembru. Jidher li l-pajjiżi qed jimbuttaw għallmiżuri ta' żmien qasir biex dawn jidħlu fis-seħħ kemm jista' jkun malajr. Il-Prim Ministru insista li kieku dawn il-konklużjonijiet ma ntlaħqux, l-Ewropa kienet tippostponi d-dibattitu kollu dwar l-immigrazzjoni għal Ġunju 2014. Iżda jekk għal Muscat l-UE għamlet pass 'il quddiem għax "intrabtet" b'timeframe ċar, għall-Oppożizzjoni Nazzjonalista u għallAlternattiva Demokratika, il-Kunsill Ewropew ma kienx effettiv biex jieħu azzjoni konkreta. Huma bosta l-organizzazzjonijiet mhux governattivi internazzjonali li qed jinsistu li l-UE falliet milli tipprattika l-valuri Ewropej ta' rispett lejn il-ħajja u d-dinjità tal-persuna u s-solidarjetà. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill jibbażaw fuq erba' prinċipji: protezzjoni, prevenzjoni, solidarjetà u responsabbiltà. Qablu li punt fundamentali hu li jiġu indirizzati l-kawżi li jwasslu biex il-persuni jaħarbu minn pajjiżhom billi tiżdied il-koperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini u dawk li jgħaddu minnhom l-immigranti. Qablu wkoll li l-ġlieda kontra traffikar tal-persuni għandha tiżdied filwaqt li hu importanti li l-ħidma tal-Frontex tissaħħaħ tul il-kosta kollha tal-Unjoni Ewropea.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2013