Illum previous editions

illum 26 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 | illum 3 oni fuq l-Unjoni Ewropea Iżda jidher li xi stati membri mhumiex lesti li joħorġu aktar flus qabel ma jaraw kif il-Eurosur (European Border Surveillance System) – sistema li biha tingħata għajnuna immedjata lill-bastimenti filbaħar – se topera. Sadanittant, it-Task Force talMediterran għandha ssib użu effiċjenti ta' għodda u politiki Ewropej temporanji. Dan ir-rapport għandu jkun lest sa ma jiġu biex jiltaqa' l-Kunsill Ewropew f 'Diċembru. Iżda hu ċar li kwistjonijiet dwar l-immigrazzjoni u l-ażil se jiġu diskussi aktar fit-tul u b'mod iddettaljat f 'Ġunju li ġej. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kien diżappuntat b'dawn ilkonklużjonijiet, tant li ddeskrivihom bħala "pass lura" fuq konklużjonijiet preċedenti tal-istess Kunsill. Busuttil insista li ma kien hemm xejn differenti minn dak li ntqal qabel, u kkritika l-fatt li ma saritx referenza speċifika dwar il-problema ta' Malta. Iżda d-diżappunt mhux qiegħed fuq il-politiċi biss: l-organizzazzjoni internazzjonali Human Rights Watch qalet li s'issa għad m'hemm xejn konkret dwar xi tfisser li jkun hemm "fair sharing of responsibility" u "azzjoni determinata" li Joseph Muscat flimkien ma' Plamen Oresharski, il-PM tal-Bulgarija u David Cameron, il-PM tar-Renju Unit tipprevjeni aktar mwiet flibħra Mediterranji. "Huwa ta' skandlu li anke traġedji bħal dawk tat-3 ta' Ottubru ma rnexxilhomx iċaqalqu l-Unjoni Ewropea għall-azzjoni fil-pront biex jassigura li ma jkunx hemm aktar inkwiet," HRW qalet, filwaqt li esprimiet tama li l-UE ma ddumx ma tadotta deċiżjonijiet ta' ħidma operattiva. Anke l-President talParlament Ewropew kellu kliem iebes fl-indirizz tiegħu lill-kapijiet tal-UE, li fi kliemu l-appelli tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni kienu qegħdin jaqgħu f 'widnejn torox. F'dawn l-aħħar 20 sena, minn tal-inqas 20,000 persuna tilfet ħajjitha waqt li kienet qed tipprova ssib ħajja ġdida fl-Ewropa. "Hu ovvju li l-Ewropa ma tistax issalva u tieħu lil kulħadd. Imma aħna l-aktar kontinent sinjur tad-dinja. U għalhekk nistgħu nagħmlu ħafna aktar, speċjalment jekk flimkien infittxu s-soluzzjonijiet u nġorru r-responsabbilitajiet," Schulz qal lill-kapijiet. Għall-President talKunsill Ewropew, ir-rata tal-immigrazzjoni kienet fenomenu kumpless.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2013