Illum previous editions

illum 26 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 Tkompli minn paġna 1 Konferma li l-Malta Enterprise kienet tat kuntratti lil De Marco Mario de Marco: U minbarra t-€30,000 f'ordnijiet diretti mogħtija lil Guido de Marco & Associates qabel l-2008, il-kuntratti mill-Malta Enterprise fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti lil din id-ditta baqgħu jingħataw anki meta Mario de Marco sar membru tal-kabinett wara l-2008 JIRRIŻULTA li l-Malta Enterprise taħt gvernijiet differenti Nazzjonalisti tat lil Guido de Marco & Associates mal-€50,000 f 'konsulenzi fi żmien li l-Viċi Kap Nazzjonalista preżenti kien jew deputat Nazzjonalista jew saħansitra membru tal-kabinett. Bejn l-2004 u l-2007 meta Mario de Marco kien membru parlamentari Nazzjonalista, il-Malta Enterprise tat bi €30,000 f 'ordnijiet diretti lid-ditta Guido de Marco & Associates għal xogħol ta' konsulenzi legali. Minkejja Employment Aid Programme Over €1.9 million of funds For Gozo Need to Employ? Gozitan Enterprises and Employers, including those in Malta, take advantage of the Employment Aid a period of 52 weeks*. www.etc.gov.mt. It pays to employ! Operational Programme II – Cohesion Policy 2007-2013 Empowering People for More Jobs and a Better Quality of Life Investing in your future dan kollu, fil-Parlament, fl-istess seduta li fiha ngħataw dawn id-dettalji, dik tas-7 ta'Ottubru, Mario de Marco għal iktar minn darba ddikjara li min jgħid li Guido de Marco & Associates ingħatat ordnijiet diretti mingħand il-Malta Enterprise huwa skorrett għaliex skontu ma kienx hemm għoti ta' ordnijiet diretti. U minbarra t-€30,000 f 'ordnijiet diretti mogħtija lil Guido de Marco & Associates qabel l-2008, il-kuntratti mill-Malta Enterprise fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti lil din id-ditta baqgħu jingħataw anki meta Mario de Marco sar membru talkabinett wara l-2008. Fil-fatt bejn l-2008 u l-2010, meta l-Viċi Kap Nazzjonalista preżenti kien jagħmel parti mill-kabinettt, Guido de Marco & Associates, ingħatat b'€20,000 oħra f 'konsulenzi. Prova tar-rabta qawwija ta' Mario de Marco madditta Guido de Marco & Associates, fiż-żmien li din kienet qed tingħata l-konsulenzi mill-gvernijiet Nazzjonalisti, hija d-dikjarazzjoni tal-assi talistess de Marco meta dan kien membru tal-kabinett. Fil-fatt bħala membru talkabinett, Mario de Marco kien iniżżel fid-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu dħul qawwi ħafna minn din id-ditta talavukati. Skont dak li ddikjara huwa stess, bejn l-2008 u l-2011 biss, de Marco daħħal €470,000 minn din id-ditta li kienet qed tingħata konsulenzi millGvern li kien jifforma parti minnu huwa stess. Qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, Mario de Marco kien iddefenda ruħu minn dan kollu billi kien qal li Guido de Marco & Associates qatt ma kienet tingħata kuntratti ta' konsulenzi b'mod regolari minn gvernijiet Nazzjonalisti. Il-fatti iżda juru li l-Malta Enterprise taħt gvernijiet Nazzjonalisti tat kuntratti ta' konsulenzi lil din id-ditta tal-avukati għal seba' snin wara xulxin. SORSI qrib ħafna tal-Partit Nazzjonalista qalu li aktarx ser ikunu tmienja l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Dan intqal għaliex ġie mifhum li mhux ser ikun hemm it-tieni grupp ta' kandidati f'isem il-PN. Iżda, kelliem uffiċjali għall-PN ċaħad dan kollu u qal "il-PN qed jevalwa numru ta' kandidati oħrajn. Għalissa ma nistax ngħid kemm ser ikunu jew min huma imma nassigurak li qegħdin nevalwaw numru ta' individwi li jistgħu ikunu kandidati ġodda f'isem il-PN għall-elezzjoni talParlament Ewropew." F'dawn l-aħħar xhur, ħafna kienu dawk li tkellmu dwar il-possibiltà li l-eks viċi-Prim Ministru ta' Malta Tonio Borg, illum Kummissarju Ewropew minflok John Dalli, kien ser ikun 'star candidate' tal-PN għal din l-elezzjoni. Iżda sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu li dan mhux minnu u saħqu li Tonio Borg mhux ser ikun kandidat tal-PN għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. "Ma naqblux li jkunu dawn it-tmienja biss," qalulna s-sorsi b'rabja. Huma tkellmu dwar ilbżonn li jkun hemm xelta aktar vasta u saħqu fuq il-bżonn ta' aktar kandidati li huma "viċin tan-nies." "Irridu li Jean Claude Micallef ikun f'din il-lista għaliex nemmnu li jista' verament jirrappreżentana b'mod denju," qalu s-sorsi. "Issa li nqatgħet ilkawża, x'qed iżomm lill-PN milli jħallih joħroġ?" Huma fissru kif l-għażla ta' Micallef tista' tgħin lill-PN biex jikseb riżultat tajjeb fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Jean Claude Micallef jidher li qed igawdi appoġġ popolari b'mod speċjali fin-naħat t'isfel ta' Malta. Jean Claude Micallef ta' 26 sena minn Marsaxlokk, fil-bidu ta' dan ix-xahar kien illiberat minn akkużi ta' frodi, bil-Maġistrat Ian Farrugia jgħid li fl-ewwel lok qatt ma kellu jiffaċċja proċeduri kriminali. Fit-tieni grupp ta' kandidati, Tonio Borg mhux se jkun hemm

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2013