Illum previous editions

illum 26 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI IL-PROGRAMMI kollha tal-aħbarijiet mill-istudjos Ewropej imxandrin milliSpecial Broadcasting Service (SBS) fl-Awstralja taw prominenza lit-traġedji fil-baħar li qed iseħħu kontinwament bejn l-Afrika ta' Fuq u l-Italja, b'Lampedusa u Malta fin-nofs. L-aħbar fetaħ biha wkoll il-BBC. Il-Prim Ministru Malti, Joseph Muscat, deher mal-Ministru George Vella, jikkundanna lill-Unjoni Ewropea li mhux qed jimpurtaha mit-traġedji umani fil-Mediterran. Aktar erwieħ qed isibu qabarhom qrib Malta u donnhom qed jegħrqu kaxxi tal-ħut jinten, mhux bnedmin. Muscat fakkar lill-Ewropa li minkejja t-traġedji kollha, "kliem, kliem u aktar kliem Malta ma rċevietx. GħallEwropa donnu mhu jiġri xejn. Malta tħossha abbandunata mill-Ewropa", sostna Joseph Muscat. Apparti li Malta ma tistax tlaħħaq mal-influss, hemm konsiderazzjoni morali. Jekk l-Unjoni Ewropea, bilkredenzjali kollha "kristjani" (sic) tagħha qed tibqa' ddawwar wiċċha n-naħa l-oħra, xi ħadd jeħtieġ li jġibha f'sensiha. Wasal iż-żmien li Malta tuża l-veto fil-votazzjonijiet tal-Unjoni. Anki etikament għandha dan l-obbligu, sakemm jekk, wara kollox, segmenti kbar tal-popolazzjoni mhumiex, huma stess, ostili għall-idea tan-nies tad-dgħajjes jaħarbu mill-kunflitt armat mill-faqar degradanti biex ifittxu futur. Ikun skandaluż jekk f'Malta tinħoloq kwistjoni diviżiva għal vantaġġi politiċi partiġġjani. Hawn fl-Awstralja, ħafna Maltin li nitkellem magħhom wara li jidhru l-aħbarijiet dwar xi għarqa tal-Afrikani, inkun ikkonfrontat b'żewġ atteġġjamenti: jew indifferenza assoluta jew, addirittura, ilġudizzju kiesaħ silġ li dawk li għerqu ħadu li ħaqqhom talli ssugraw jaħarbu. GADDAFI JITBISSEM MILL-ĠENNA Ma nafx jekk Muammar Gaddafi għadx ikun idikkjarat eroj jew martri. Ma nafx hux diġà jinsab fil-ġenna, filkumpanija ta' verġni b'sidirhom lewn l-alabastru. Ma nafx huwiex jitbissem, b'ċertu sodisfazzjon dwar il-kaos u l-anarkija li waqgħet fihom il-Libja wara li nqatel b'mod selvaġġ, bil-barka tal-Istati Uniti u tan-Nato. Kien wissa li pajjiżu kien infiltrat minn aġenti b'konnessjonijiet mal-AlQaeda, imma n-Nato injoratu u għamlet minn kollox biex tkisser lilu u lil pajjiżu. L-iskuża hi dejjem l-istess: il-libertà u d-demokrazija. Issa la hemm waħda u lanqas l-oħra. Hemm biss anarkija sħiħa, bi klikek kriminali jiġru mat-triqat u jwerwru lil kulħadd. Klikek "milizzja" jiġġieldu għall-poter. Anke l-Pulizija hi priġuniera tal-klikek. Il-ħtif tal-Prim Ministru Zeidan mil-Lukanda lussuża Corinthia, imgħassa sa ruħ ommha, wera kemm "il-gvern" Libjan hu dgħajjef u maqsum b'mod perikoluż. L-armata u l-Pulizija ma jafux min qed imexxi l-pajjiż. Ix-xenarju jidher iddominat mill-gruppi tal-militanti (dawk li rribellaw kontra Gaddafi). Kollox f'idejhom, u l-istrutturi governattivi leġittimi huma kkanċellati: Innewtralizzaw lill-qawwiet tal-ordni, għalqu l-infrastrutturi taż-żejt u saħanistra nfurzaw ħatriet politiċi tagħhom fil-"parlament". U biex żgur ma ninsewx: il-PM Zeidan inħataf talli l-gvern tiegħu "ftiehem" biex l-Amerikani jaqbdu lil militant/ terrorist b'konnessjoni mal-AlQaeda. Li jfisser li wara kollox, Gaddafi r-Rais kellu raġun. L-Al-Qeda kienet infiltrat il-Libja u kienet qed topera kontrieh u kontra l-poplu Libjan. L-Amerikani dejjem jitgħallmu tard. Sadanittant inkomplu nassistu għall-anarkija fil-Libja. MILJUNI TA' TUNELLATI MORMIJA Skont servizz tal-BBC, ta' kull sena, il-pajjiżi żviluppati jaħlu jew jarmu 1.3 biljun tunellata. Din il-ħela inkredibbli ta' ikel qed jiswa, etikament, ambjentalment u ekonomikament, triljun dollaru fis-sena meta ħafna nħawi taddinja qed imutu bil-ġuħ. Hemm paradoss: teknoloġikament illum jistgħu jintemgħu l-popli kollha tad-dinja permezz taliffriżar u ċ-chain production. Bit-teknoloġija dalwaqt ikun possibbli biex il-ħajja tal-ixkaffi tkun estiża b'metodi xjentifiċi ġodda. Ristorant tipiku fl-Ingilterra, daż-żmien jipproduċi 21 tunnellata ta' ikel moħli jew mormi fis-sena. Esperti fil-programm insistew dwar l-inġustizzja ta' din il-ħela kollu u indikaw li jeħtieġ li jkun hemm qabel xejn, sensittività etika kif ukoll bidla fil-kultura u fil-filosofija dwar il-produzzjoni u l-konsum. Sakemm ma mitniex minn ġewwa għal kollox fejn jidħlu bnedmin fil-marġni. PRIVILEĠĠI MINN FUQ IL-POPLU L-ewwel skandlu li skossja lill-Gvern ta' Tony Abbott wasal dan ix-xahar. Il-PM Liberali Awstraljan, flimkien ma' membri oħra tal-Kabinett tiegħu, inqabdu jużaw fondi pubbliċi għal interessi tagħhom, fosthom attendenza għal tiġijiet tal-ħbieb, avvenimenti sportivi kif ukoll spejjeż oħra, inkluż xiri ta' kotba u materjal stampat ieħor li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-uffiċċju pubbliku tagħhom. F'każ minnhom, instab li membru tal-Gvern kien qed juża l-flus biex jixtri r-rumanzi-thrillers. Każijiet oħra jinkludu titjiriet mal-familja u drink nights waqt il-kampanja elettorali. L-iskandlu ħoloq sensazzjoni kbira fuq ir-radjijiet, it-televiżjoni u l-media socjali. Fil-gazzetta indipendenti The Age,taħt karikatura kbira ta' ħanżir jibla' d-dollari u bil-mikrofni ma' ħalqu, ilkorrispondent Tom Allard wera kif l-elettorat hu mdejjaq bil-privileġġi enormi tal-politiċi. Barra dan, filwaqt li f'dawn l-aħħar tliet snin is-salarji talpolitiċi żdiedu b'aktar minn 38%, dawk tal-ħaddiema u uffiċjali pubbliċi oħra telgħu biss b'10%. Sondaġġ tal-Fairfax Media żvela li kull membru parlamentari issa qed jieħu minimu ta' 500,000 dollaru fis-sena f'salarju, spejjeż, konċessjonijiet u privileġġi. Il-PM jirċievi salarju ta' 500,000 dollaru, ħafna aktar mill-President Amerikan. Naturalment, minbarra dak li hu jsejħilhom "entitlements". Nota biex ma ninsewx: f'Malta kellna xi ħaġa simili li skandalizzat lill-elettorat u kienet parti mill-kawża li l-gvern Nazzjonalista twaqqa' millpedestall, mnejn suppost baqa' jiddomina għal għoxrin sena oħra. Il-poplu ddeċieda mod ieħor. NOBEL GĦALLETTERATURA 2013 Tislima lill-awtriċi Kanadiża Alice Monroe (82), li l-Kumitat ta' Stokkolma ddeskrivieha bħala "l-imgħallma tan-novella." Munroe hi biss it-13-il mara li kisbet in-Nobel Letterarju f'dawn l-aħħar 112-il sena. IlPremju lill-awtriċi Kanadiża, li għexet ħajja kwieta f'belt żgħira fil-kampanja hu sinifikanti għal żewġ fatturi ewlenin: (a) insistenza fuq il-femminiżmu u (b) l-affermazzjoni tan-novella bħala forma matura u kompleta tal-arti letterarja. Illum Monroe tgħid li hi kuntenta b'dak li wettqet u m'għandhiex aktar enerġija biex tkompli tikteb. Hi temmen ukoll li l-kunflitti ż-żgħar ('dawn li jibdew madwar il-mejda tal-ikel') jistgħu iwasslu għal traġedji ħafna akbar. Dak li l-bnedmin għandhom ħila jagħmlu lil xulxin jista' jkollhom resonanza b'ħafna konsegwenzi akbar. Il-Libja… l-a TONI ABELA J ingħad li darba Aristotle kien qal: "There's always something new coming out of Libya!" Tabilħaqq, il-Libja donnha siġra tal-Milied politika. Dejjem bil-pakketti ta' sorpriżi f'riġlejn din is-siġra. Ta' kuljum dejjem toħroġ xi aħbar li taħsad. Kull jum li jgħaddi s-sorpriżi dejjem jiżdiedu. Il-problema li dejjem ikunu sorpriżi koroh. Minn meta seħħet ir-rivoluzzjoni u tneħħa Gaddafi, ma waqafniex bis-sorpriżi. Irrid inkun ċar biex ma mmurx ninftihem ħażin. Meta kien hemm il-Kurunell, is-sorpriżi kienu saru stil ta' tmexxija. Gaddafi kien wieħed mill-aktar mexxejja imprevidibbli li kien hawn fid-dinja. Ma kontx taf kif ser jistenbaħ u biex ser joħroġ. Bħal meta kien inkurunat ir-re tarrejiet kollha jew iżur l-Ewropa billi jġorr it-tinda tal-bedwini miegħu. Kienu tratti ta' xi ħadd li ma tistax toqgħod fuqu, apparti l-politika kontroversjali u ġieli mingħajr sens li kellu. Nemmen li kien meħtieġ li Gaddafi ma jibqax. Ħadd ma kien għadu kuntent bih u wisq aktar niesu. Li kieku niesu kienu warajh kieku ma kienx jitneħħa. Meta lil Ugo Chavez tal-Veneżwela pruvaw ineħħuh, ftit wara litteralment reġa' daħal lura l-parlament Politika ġdida J idher ċar illi t-tema talimmigrazzjoni irregolari ser tibqa' għal żmien twil fuq l-aġenda politika. Ma nafx jekk ir-retorika uffiċjali hijiex intiża l-aktar għal konsum domestiku, imma jekk xi ħadd qiegħed jistenna soluzzjonijiet instantanji mill-Ewropa, qiegħed tassew jilludi ruħu. Barra minn hekk, mhu ser jimpressjona lil ħadd fl-Ewropa bl-ultimata illi jistgħu jkunu 'l quddiem kontra-produċenti anke fuq materji mhux relatati malimmigrazzjoni irregolari u żgur ser jiddiżappunta lil kostitwenza domestika. Bil-periklu illi fil-proċess jiskatena l-ispirti ksenofobiċi u razzisti li qatt m'huma 'l bogħod mill-wiċċ f'kull soċjetà u bil-possibbilità illi parti sostanzjali tal-elettorat tispiċċa tabbraċċja movimenti politiċi aktar estremi minn dawk illi qegħdin jiddominaw ix-xena politika bħalissa. Tassew hija strateġija perikoluża dik illi qiegħed jippersegwi l-Gvern Malti u strateġija illi realistikament wieħed ma jistenniex illi ser tirnexxi. Jalla qatt ma jkollna movimenti bħas-'Sbieħ Dehbi' tal-Greċja. U għaldaqstant ir-retorika fuq din il-problema trid tkun imqita u kawta sabiex ma jiskatenawx il-forzi suwed tas-soċjetà kif rajna meta l-gvern ġie mwaqqaf mill- JOE ELLIS Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem milli jibgħat lura l-immigranti illi kienu għadhom kif waslu. Ħa nagħmel naqra ta' diversiv: fis-summit tal-mexxejja Ewropej ta' din il-ġimgħa, Muscat żgur iltaqa' mal-Prim Ministru Belġjan, figura pjuttost unika biċ-ċoff illi tilbes, Elio di Rupo, tifel ta' immigranti Taljani. Ma nafx Manuel Mallia qatt kellux kuntatt malMinistru tal-Intern Franċiż, Manuel Valls illi twieled Barċellona, sapporter ferventi tat-tim tal-istess belt illi l-innu tiegħu nkiteb mis-sekonda kuġin tiegħu imma illi missieru kien emigra lejn Franza fi żmien Franco. U lanqas naf jekk Manuel Mallia qattx kellu kuntatt mal-Ministru tad-Difiża Tedesk, l-eks Chief of Staff ta' Merkel, Thomas de Maziere, kuġin ta' Lothar de Maziere, l-aħħar (u l-uniku) Prim

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2013