Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845
Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 | illum 19 art tas-sorpriżi! fuq spallet in-nies. Jiġifieri xi ħaġa profondament ħażina kien hemm biex Gaddafi tar b'dan il-mod. Iżda l-mistoqsija hi mhux jekk kienx hemm qbil li jitneħħa. Ilmistoqsija hi, x'kellu jiġri wara li tar! Ma jidhirx li kien hemm pjan ċar. Nisimgħu b'attakki u qtil anke ta' dinjitarji bħal ma kien l-Ambaxxatur Amerikan. Ħtif ta' politiċi eminenti, bħal ma kien dak tal-Prim Ministru Zeidan. Assalti militari fuq Ministeri u ambaxxati. Ibliet li ma humiex fil-kontroll ċentrali ta' min suppost qiegħed imexxi, bħal m'huma Sirte u Bengażi, li kemm taħt Gaddafi u anke issa, baqgħet l-għadu ta' Tripoli. Dawn huma kollha sinjali, li jew li r-rivoluzzjoni ma spiċċatx jew inkella agħar minn hekk, ma kellhiex suċċess. Jidher li kien hemm pjan A li jitneħħa Gaddafi, iżda ma kienx hemm pjan B, x'ser jieħu postu. Kulħadd ħaseb li l-ordni u n-normalità jiġu waħedhom. Jidher li dan ġara l-istess flEġittu, fit-Tuneżija u x'aktarx dalwaqt fis-Sirja. Jidher li kienet l-għaġla biex jitneħħew iddittaturi. Iżda l-pajjiżi Ewropej li ħadu sehem attiv biex jitneħħew ma kellhomx pjan biex jimlew il-vojt li kienu ser iħallu warajhom. L-agħar li jista' jiġrilek fejn hemm il-vojt li ma jkollokx biex timlieh. Fil-pajjiżi Għarab dan il-vojt ser jimtela millfundamentalisti. Mhux qiegħed ngħid li jista' jimtela. Iżda qiegħed jiġri. Vojt mimli b'dak li jiġi għal idejna jipproduċi l-kaos u l-konfużjoni. Huwa proprju dan li qiegħed jiġri fil-Libja. Huwa għalhekk li s-sorpriżi ma jaqtgħu qatt, għaliex ma hemmx il-bon ordni u n-normalità. Neċessità li messhom ħasbu għaliha l-alleati Ewropej. Gaddafi kien jemmen li jekk ma jkunx hemm hu l-Libja taqa' f'kaos u konfużjoni. Kif kienu jgħidu r-renjanti Franċiżi "Après moi, le déluge!" Nitlaq jien u jiġi d-dulluvju. Irridu nammettu, li din il-profezija tista' sseħħ jekk malajr kemm jista' jkun ma jinstabx pjan ċar ta' kif għandu jkun iggvernat dan il-pajjiż. Gaddafi kien jaf x'qiegħed jagħmel meta fetaħ l-imħażen tal-armamenti għal kulħadd. Kien qiegħed jagħmlu mhux biex jirbaħ iżda biex iħalli sitwazzjoni ingovernabbli warajh, kif fil-fatt jidher li qiegħed jiġri. Il-fazzjonijiet ta' milizzji li bħalissa jinsabu jiġru madwar il-Libja kollha huma wieħed mill-ostakli kbar biex dan il-pajjiż ta' sitt miljun ruħ, f'territorju li ma jispiċċa qatt u mifqugħ bil-ġid, ma jsib saqajh qatt. Kienet inutli l-inizjattiva politika li tipprova tiġborhom taħt kappa waħda, għaliex dawn xorta għandhom id-differenzi u l-aġendi moħbija tagħhom. IlLibja għandha bżonn strutturi nazzjonali u permanenti. Il-pajjiżi Ewropej għandhom piż kbir biex jaraw li dan iseħħ. Qabel ma jibdew jaraw l-interessi finanzjarji f'dan il-pajjiż, għandhom qabel xejn jgħinu biex jinbnew l-istrutturi adatti. Fost l-aktar importanti, li jkun hemm armata nazzjonali. L-għajnuna għandha tiġi mill-Ewropa. Jiena nemmen li jirnexxi biss bi preżenza qawwija tal-Ġnus Magħquda, bit-tama li titnaqqas l-influwenza qawwija li qed ikollhom il-ħafna milizzji li jinsabu bla kontroll. Illum hawn min qiegħed jargumenta li forsi kien ikun aħjar li sar kolp ta' stat milli revoluzzjoni għaliex forsi kien ikun hemm sens ta' kontinwità. Irridu nammettu li minn sentejn 'l hawn ftit ħafna kien l-iżvillupp pożittiv li rajna. Isir pass 'il quddiem, ikun hemm sorpriża u nagħmlu mitt pass lura. Qisna qegħdin nilagħbu 'snakes and ladders' biddifferenza li hemm biss sriep u mhux slielem! Jekk il-Ġnus Magħquda u l-komunità internazzjonali mhux ser jagħmlu xi ħaġa malajr, il-Libja ser issir bejta ta' organizzazzjonijiet fundamentalisti u terroristiċi. Al Liby kien jaf x'qed jagħmel meta sab kenn fil-Libja qabel ma ħatfuh l-Amerikani. Ser inkunu wellidna mostru mingħajr ma nkunu ridna u dan jinsab fuq l-għatba tagħna. Min għen biex tinbeda r-rivoluzzjoni jrid ikompli jsostniha. Jekk ma jiġrix hekk inkunu għamilna biċċa xogħol nofs leħja. Sakemm ma jsirx dak li għandu jsir, il-Libja ser tkompli għaddejja bis-sorpriżi... waħda agħar mill-oħra! dwar l-Immigrazzjoni Irregolari Ministru elett demokratikament tal-Ġermanja tal-Lvant, u t-tnejn dixxendenti ta' familja ta' protestanti Franċiżi illi kienu refuġjati fil-Prussja minħabba l-persekuzzjonijiet reliġjużi tasseklu 17. Tassew il-fenomeni migratorji m'huma xejn ġodda, u speċjalment fl-Ewropa. U dan missna nafuh aktar minn ħaddieħor meta barra l-immigrazzjoni illi kellna wara l-aħħar gwerra lejn il-pajjiżi tal-Commonwealth u l-Istati Uniti, għal snin twal, il-Maltin u l-Għawdxin kienu jagħmlu bħall-ġenituri ta' Laurent Ropa u salpaw bil-familja f'dgħajsa daqs frejgatina lejn Bona flAlġerija. F'Bona l-Maltin kienu ilhom jemigraw mis-seklu 19 u terz tal-popolazzjoni kienet ta' oriġini Maltija. Bona kienet gżira ta' konvivenza etnika illi sfortunatament inkinset min-nazzjonaliżmu Għarbi wara l-feroċja tal-gwerra t'indipendenza Alġerina u l-Maltin spiċċaw kważi kollha jmorru Franza. Irridu anke nżommu f'moħħna kunsiderazzjonijiet oħra: il-mexxejja tagħna qegħdin jitkellmu fuq ilkwistjoni ta' immigrazzjoni irregolari bħala problema talEwropa. Fl-ewwel lok, l-eluf illi qegħdin iħabbtu fil-bibien tal-Ewropa biex jidħlu fiha huma l-akbar kumpliment tal-mudell soċjali ekonomiku Ewropew (mudell illi ħafna jargumentaw illi m'huwiex sostenibbli meta wieħed iqis illi l-Ewropa b'7.5% tal-popolazzjoni tad-dinja tforni nofs il-benefiċċji soċjali tad-dinja). Sa fejn naf jien, ftit huma dawk illi qed jipprovaw jidħlu l-Qatar jew l-Emirati Għarab Magħquda jew l-Arabja Sawdita jew ir-Russja jew iċ-Ċina imma dawn il-pajjiżi lkoll għandhom ir-riżorsi finanzjarji u għandhom jagħtu sehemhom sabiex jinstabu soluzzjonijiet għal dan ilfenomenu. Bħalma għandhom flus sabiex jiffinanzjaw ilfazzjonijiet differenti fis-Sirja kif ukoll kellhom għal bosta pajjiżi oħra bħal-Libja u l-Eġittu, m'għandhomx jistennew illi din il-problema tiġi riżolta biss millEwropa. It-tieni kunsiderazzjoni hija illi din m'hijiex problema tal-Ewropa imma tal-pajjiżi Ewropej illi għad għandhom kompetenza esklussiva fuq materji ta' immigrazzjoni u kwalunkwe qafas sabiex jilqa' għal din il-problema jrid ilkunsens tat-28 stat membru. L-UE ilha mis-sena 2000 tipprova taddotta politika komuni tal-ażil imma għadha ma rnexxilhiex minkejja l-isforzi kollha tal-Kummissjoni illi m'għandhiex kompetenza in materja. Bosta pajjiżi Ewropej ma joqogħdux lura milli jindikaw dak illi huwa ovvju: din mhux xi problema biss ta' Malta, l-Italja jew il-Greċja imma problema tal-Ewropa kollha. Figuri illi kkwotat il-kummissarju Malmström il-Ħadd li għadda f'artiklu fis-Sunday Times juru biċ-ċar dan: mit-330,000 applikazzjoni għal ażil li saru f'pajjiżi tal-UE fl-2012, 70% saru f'ħames stati membri: il-Ġermanja (75,000), Franza (60,000), l-Iżvezja (44,000), il-Belġju (28,000) u l-Ingilterra (28,000). Fl-Italja kien hemm 15,700 applikazzjoni mentri f'Malta 2,000. Ħadd m'għandu jaħseb illi l-immigranti irregolari jaslu biss bil-baħar. U lanqas ħadd m'għandu jaħseb illi din hi xi problema biss Ewropea: il-Kenja għandha aktar rifuġjati mill-Ewropa kollha u ma nistgħux ninsew il-mijiet ta' eluf ta' Sirjani illi hemm il-Ġurdan, il-Libanu u t-Turkija. Sfortunatament dan kollu mhuwiex qed jiġi spjegat lillpoplu mill-mexxejja tagħna illi dejjem jitkellmu qisha din hi problema illi mhux tagħna imma tal-Ewropa u jużawha biex irewħu n-nirien tar-retorika anti-Ewropeista illi tidher illi għadha tanima bosta esponenti importanti tal-partit fil-Gvern. F'dan il-kuntest, wieħed ma jistax ma jikkuntrastax iddifferenza qawwija bejn il-mod kif żewġ Prim Ministri, Muscat u Letta jitkellmu dwar din il-problema u x'qed jistennew mill-Ewropa. Dan il-kuntest iġibna għal aħħar kunsiderazzjoni: ilpedament tal-politika Ewropea hija l-ftehim magħruf bħala d-Dublin II illi jistipula illi kull min jasal f'pajjiż Ewropew irid jibqa' f'dak il-pajjiż. Il-mexxejja ta' bosta pajjiżi Ewropej ma jridux ibiddlu din il-politika għax jibżgħu illi b'hekk ikunu qed jinċentivaw aktar lil dan il-fenomenu migratorju. Millbanda l-oħra, bosta pajjiżi bħal Malta qed jinsistu fuq il-qasma tal-piż, imma kif qed naraw, ilpiż diġà qed iġorru kulħadd. Il-konklużjonijiet tas-summit ta' din il-ġimgħa ma offrew l-ebda prospettiva ta' tibdil għar-regoli tad-Dublin II. Għajr diskors fuq miżuri operazzjonali illi jridu jiġu adottati sabiex jippruvaw jevitaw aktar imwiet fil-Mediterran ma smajniex. Lanqas nafu x'ser jiġri middgħajjes illi ser jiġu inċertettati fil-Mediterran. L-UE ċertament ma tistax tibgħathom lura mnejn ġew imma jekk ser tibda ssalva lil kulħadd minn fuq il-baħar, aktar ser ikun hemm inċentiv għat-traffikar illegali ta' bnedmin. Huwa ċar daqs il-kristall illi l-loġika ta' Dublin II hija fallimentari u illi 'Fortezza Europa' hija illużorja. Din simili għal problema tad-drogi fejn il-projbizzjoniżmu ma offra l-ebda soluzzjoni. Fil-qasam tal-immigrazzjoni l-unika soluzzjoni immedjata hija illi l-Ewropa tiftaħ il-bibien tagħha għal min għandu bżonn ġenwinament ażil mingħajr ma jkollu bżonn illi jimbarka fuq vjaġġ perikoluż u fl-istess ħin jitma' lill-kriminalità organizzata illi qed tikkapparra dan it-traffiku. Dawn it-talin għandhom jingħataw viża temporanja illi tiġġedded skond il-ħtieġa. U lanqas ma rridu ninsew illi s-sitwazzjoni demografika tal-Ewropa tfisser illi għandna ħtieġa ta' influssi ġodda migratorji. Lanqas wieħed ma jrid jinsa l-iżvilupp fil-pajjiżi illi minnhom qed jaħarbu n-nies għalkemm f'pajjiżi bħallEritrea hija pjuttost il-qagħda politika illi qiegħda tibgħat lin-nies jippruvaw ifittxu ħajja aħjar f'pajjiżi oħra. L-iżvilupp u l-instabbilità fil-pajjiżi minn fejn qed jiġu r-refuġjati hija ta' importanza kbira imma ħadd ma jippretendi illi ser tinstab soluzzjoni immedjata f'dan ir-rigward u għaldaqstant, bilfors wieħed irid jirrikunsidra l-kunċett ta' 'Fortezza Europa' sabiex nevitaw aktar imwiet fil-Mediterran u fl-istess ħin, naqtgħu saqajn il-kriminalità organizzata. Dan l-aktar illi għandu jagħfas fuqu l-Gvern tagħna jekk irid soluzzjoni aħħarija għal din il-problema, mhux ir-retorika sterili u ultimata li ħadd mhu ser jagħti kashom.

