Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845
Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 | illum 7 Tkompli minn paġna 1 L-Awditur Ġenerali kien intalab jinvestiga f'Ġunju GĦAL mistoqsijiet mibgħuta minn din il-gazzetta, kelliem għal Ministeru tal-Finanzi rrifjuta milli jirrispondi kemm għaqdiet bbenefikaw, bir-raġuni tkun li l-Ministeru jippreferi jistenna r-rapport tal-awditur ġenerali. Ma weġibx lanqas jekk kinitx prattika li biex jingħataw iddonazzjoni l-għaqdiet kellhom jippreżentaw xi proġett, u jekk kellhomx juru li dawn ilproġetti ġew verament attwati. Fiż-żewġ każijiet, dan ma jidhirx li kien il-każ fl-aħħar snin. Madankollu, il-kelliem sostna li l-investigazzjoni tal-Awditur Ġenerali kienet instigata minn dubji serji dwar kif tmexxa l-fond. "B'mod partikolari kien hemm dubji dwar kif ingħataw aktar fondi milli kien qed jiġġenera l-fond Reporter janalizza s-servizz tas-saħħa GĦADA jirritorna Saviour Balzan bil-programm Reporter fuq TVM. Ilprogramm ser jiddiskuti s-servizz tas-saħħa f'pajjiżna. Il-mistiedna speċjali ser ikunu l-Ministru tasSaħħa Godfrey Farrugia, il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista dwar issaħħa Claudio Grech, il-President tal-MUMN Paul Pace u l-President talMAM Martin Balzan. L-Editur Maniġerjali ta' MediaToday Saviour Balzan, ser janalizza s-servizz offrut mill-Gvern. Is-servizz tas-saħħa jista' jibqa' b'xejn għal kulħadd? Hemm xi differenza fis-servizz mogħti mill-Gvern, qabel u wara l-elezzjoni ġenerali li għaddiet? Reporter bi preżentazzjoni minn Saviour Balzan u produzzjoni mill-istess Saviour Balzan u Jerome Caruana Cilia, ser jixxandar għada fis-18.55 fuq TVM u b'ripetizzjoni għada stess fl-22.15 fuq TVM2. għall-Kawżi Ġusti kull sena. Barra minn hekk, kien hemm ukoll dubji dwar kif ingħataw ċertu allokazzjonijiet. Però l-Ministeru ma jħossx li jkun opportun li jikkummenta aktar dwar dan qabel maluffiċċju tal-Awditur Ġenerali jippreżenta r-rapport tiegħu." Iżda mhux il-każini u l-għaqdiet reliġjużi biss gwadanjaw. Bejn Jannar u Marzu li għadda, li koinċidentalment kienu l-qofol tal-kampanja elettorali, ingħata kwart ta' miljun ieħor lil 12-il għaqda jew entità sportiva. Din is-somma tinkludi r-raba' pagament ta' €50,000 lil MFA, bħala parti minn ftehim li kien intlaħaq bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni tal-futbol. Xi klabbs tal-futbol u basketball irċevew bejn €10,000 u €20,000 kull wieħed, il-'Gozo Horse Racing Association' ingħataw €25,000 iżda l-akbar ammont ingħata lil 'Old Motors Club', bissomma ta' €45,000. Minn informazzjoni li kienet ingħatat fil-parlament, hemm numru ta' donazzjonijiet lillindividwi li jkunu għaddejjin minn mument xejn sabiħ ta' mard. Hemm ukoll diversi għaqdiet li s-soċjetà hi grata lejhom, bħaċ-Ċentru għall-Awtiżmu, Hospice, Dar il-Kaptan, Inspire, Dr Klown li jferraħ lil pazjenti tfal, u Victim Support Malta fost oħrajn. Madankollu, donazzjonijiet oħra li jqajmu ċertu mistoqsijiet ma jonqsux. Għal xi raġuni, il-kumpanija tażżfin YADA ingħatat €30,000. L-istess somma ngħatat lil Assoċjazzjoni għall-Kolletturi EDWARD SCICLUNA: Ma weġibx lanqas jekk kinitx prattika li biex jingħataw id-donazzjoni l-għaqdiet kellhom jippreżentaw xi proġett, u jekk kellhomx juru li dawn il-proġetti ġew verament attwati tal-Armi. Kurżità tqum ukoll fuq brass band fis-Siġġiewi, li fil-bidu ta' din is-sena ngħatat €12,500. Il-Ministeru għall-Finanzi kien talab lill-Awditur Ġenerali jinvestiga f 'Ġunju li għadda. Dan wara li sar magħruf li filwaqt li filkontijiet bankarji tal-Fond kien hemm madwar €180,000, kienu ġew imwiegħda €3 milljun li kienu għad iridu jiġu mħallsa. Engerer iniedi l-kampanja 'Malta l-Ewwel' CYRUS Engerer ilbieraħ nieda l-kampanja tiegħu għall-elezzjoni talParlament Ewropew, bittema 'Malta l-Ewwel.' L-eks kunsillier Nazzjonalista qal li fid-deċiżjonijiet li se jieħu, il-priorità tiegħu se tkun l-interess nazzjonali. "Malta għandha bosta sfidi quddiemha u min jirrappreżentaha jrid iġib l-interess tal-pajjiż l-ewwel. Dan hu ż-żmien fejn kulħadd irid jiġbed ħabel wieħed fl-isfidi kollha li għandna quddiemna, kemm jekk huma sfidi ekonomiċi, soċjali jew sfidi marbuta mal-immigrazzjoni irregolari", sostna Engerer filkonferenza tal-aħbarijiet. Cyrus Engerer qal li ma jaqbilx ma' kandidati oħra tal-Partit Nazzjonalista li flaħħar jiem qalu se jkunu qed jaħdmu biex Malta tattwa dak kollu li jiġi deċiz fil-Parlament Ewropew. Skont hu, xogħol ta' MEP għandu jkun li jaħdem biex il-liġijiet Ewropej, b'emendi proposti mill-Maltin, jirriflettu ċ-ċirkustanzi ta' pajjiżna. Engerer temm jgħid li se jkun qed idur il-lokalitajiet kollha għax irid jirrifletti l-aspirazzjonijiet tal-Maltin u l-Għawdxin. BSL Britannia Tours … your holiday starts here! BLACK FOREST ROMANTIC ROAD CHRISTMAS MARKETS BELGIAN Visiting Schwenningen, Dorothenhutte, Stasbourg, Triberg, Furtwangen, Titisee, Hamburg, Colmar, Uberlingen, Birnau, Petersburg, Constance, Stuttgart, Europa Theme Park Visiting Neu Ulm, Ulm, Blauberen, Fussen, Munich, Lindau, Neuschwanstein Castle, Bregenz, Augsburg, Landsberg am Lech, Nordlingen, Rothenburg ob der Touber and Dinkelsbuhl PLUS A TOUCH OF FRANCE Visiting Ostende, Bruges, Ghent, Lille, Antwerp & Brussels WHITE CHRISTMAS MAGIC 7-14 December (8/13 Dec. Public Holidays) FROM ¢539 8-14 December (8/13 Dec. Public Holidays) FROM ¢569 WINTER WONDERLAND CHRISTMAS MARKETS 8-14 December (8/13 Dec. Public Holidays) FROM ¢529 All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, Services of Tour Leader and all Taxes (Terms and Conditions apply) Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620

