Illum previous editions

illum 26 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 Jippjanaw protesta favur ilbini ta' track tal-Motorsport JEROME CARUANA CILIA KULĦADD b'xi delizzju… min jilgħab il-futbol u min l-hena tiegħu imur jistad. Min joħroġ dawra biż-żiemel u min imur passiġġata filkampanja jiġbor il-bebbux. L-importanti li tqatta' ftit talħin għalik innifsek u tirrilassa wara xi ġimgħa xogħol. Iżda sfortunatament, mhux kulħadd jista' jagħmel dan. F'dan l-aħħar żmien, kienu ħafna li tkellmu dwar il-fatt illi SEJĦA GĦALL-PROPOSTI Sejħa għall-proposti taħt il-Programm Annwali 2013 Fond Ewropew għar-Ritorn Id-Diviżjoni tal-Fondi u l-Programmi fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, bħala l-Awtorità Responsabbli tal-Programm Ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni ta' Migrazzjoni (2007–2013) fetħet sejħa għall-proposti taħt il-Fond Ewropew għar-Ritorn fis-27 ta' Ottubru 2013. Issejħa għall-proposti taħt il-Programm Annwali 2013 tkopri assi ta' prijorità 1 u 3: Assi 1 - Appoġġ għall-iżvilupp ta' Pjan Strateġiku għall-Ġestjoni ta' Ritorn mill-Istati Membri Azzjoni 1: Tkomplija tal-implimentazzjoni ta' programmi għal ritorn volontarju assistit (RVA) Assi 3: Appoġġ għall- miżuri innovattivi (inter)-nazzjonali għall-ġestjoni tar-ritorn Azzjoni 3: Titjib tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi oħra ta' oriġini flimkien ma' Stati Membri oħra Madwar €390,477 (ko-finanzjament UE 75%) ser jiġu allokati għal din is-sejħa. Il-benefiċjarji għandhom jikkontribwixxu għal 25% tan-nefqa eliġibbli u kwalunkwe spejjeż ineliġibbli. Il-FRT huwa mmirat għaċ-ċittadini kollha ta' pajjiżi terzi li ma rċevewx deċiżjoni negattiva finali għat-talba tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali u għal dawk kollha li jgawdu minn forma ta' protezzjoni internazzjonali li jistgħu jagħżlu li jagħmlu użu mir-ritorn volontarju. Il-FRT huwa wkoll mmirat għaċċittadini kollha ta' pajjiżi terzi li ma jissodisfawx jew m'għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' dħul u/jew soġġorn fi Stat Membru. Se tiġi organizzata sessjoni ta' informazzjoni nhar it-13 ta' Novembru, 2013 sabiex l-applikanti jiġu megħjuna fil-preparazzjoni tal-proposti tagħhom. Dawk interessati għandhom jibagħtu l-formola ta' reġistrazzjoni lil: (fpd.meaim@gov.mt) sat-8 ta' Novembru, 2013. Il-formola ta' reġistrazzjoni tista' titniżżel mis-sit elettroniku tad-Diviżjoni tal-Fondi u l-Programmi (www.fpd.gov.mt). Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa hija disponibbli mill-istess sit elettroniku. Ilformola tal-applikazzjoni, linji gwida u dokumentazzjoni pertintenti oħra jistgħu jitniżżlu mill-istess sit. Iddata tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-proposti lid- Diviżjoni tal-Fondi u l-Programmi, Triq il-Kukkanja, Santa Venera SVR 1411 hija l-Ġimgħa, 6 ta' Diċembru, 2013 f'nofsinhar. Programm Ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni ta' Migrazzjoni (2007–2013) Fond Ewropew għar-Ritorn (FRT) Rata ta' kofinanzjament: 75% Fondi UE: 25% Fondi mill-Benefiċarju Ġestjoni Sostenibbli ta' Migrazzjoni f 'pajjiżna m'hawnx sit ta' korsa apposta tal-motorsport. Dan il-fatt qed jurta lil ħafna. Sorsi li tkellmu mal-gazzetta ILLUM qalulna li qed tiġi organizzata protesta sabiex l-awtoritajiet jirrealizzaw bil-bżonn li tinbena korsa tal-motorsport. Kapitlu 14 tal-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista jitkellem dwar l-isports u proposta numru 18 tgħid li "flimkien mal-istakeholders involuti, nidentifikaw sit għal żvilupp ta' korsa talmotorsport, possibilment blinvolviment tas-settur privat." Dawn is-sorsi qalu li jidher li n-nies li jħobbu l-motorsport f 'pajjiżna jridu l-protesta. "Ilhom jistennew għal track 'il fuq minn 60 sena imma qatt ma ngħataw kumpens." Huma enfasizzaw għodda utli għal dawn id-dilettanti, li hija l-paġna tal-Facebook 'Malta Car Spotting'. "F'din il-paġna, id-dilettanti Maltin qegħdin joħorġu l-vuċi tagħhom u jsemmgħu leħinhom. Saħansitra għamilna rokna għall-karozzi li qegħdin jistennew track." "Rigward protesta, Malta Car Spotting kienet qed tikkomunika mal-Malta Motors port Federation, iżda il-president kien ċar u qal li protesta mhijiex l-aħjar għażla. Allura għalissa għadna ħosbiena jekk se ssirx dilprotesta jew le mingħajr ilkunsens tal-Malta Motorsport Federation," komplew jgħidulna dawn l-individwi. "Id-dilettanti qegħdin jistennew il-baġit, iżda bħassnin ta' qabel, ma jidhirx li l-motorsport Malti se jingħata importanza," temmew jgħidulna b'qalb maqtugħa. F'kummenti ma' din ilgazzetta, Steven Camilleri li hu opinjonista u dilettant fil-qasam tal-Motorsport qal li "rridu nenfasizzaw dwar il-punt illi din il-faċilità mhux biss tmiss id-delizzju tal-motorsport, iżda fil-fatt tapplika l-aspetti kollha ta' Road Safety. Hemm aktar minn 8,000 persuna kull sena illi jixtiequ jitgħallmu kif isuqu f 'ambjent fejn ikun attrezzat għal kull forma ta' simulazzjoni għal kull kundizzjoni tat-triq u sitwazzjonijet ta' perikli oħra li jistgħu jinqalgħu matul il-vjaġġ." "Il-Motorsport Malti ġabilna rebħiet prestiġjuzi fuq livell internazzjonali meta l-Maltin ikkompetew barra minn xtutna. Dan irridu ngħiduh ukoll wara li l-parteċipanti Maltin jinvestu ħafna ħin u jippompjaw eluf ta' flus f 'pajjiżi oħra sempliċiment biex jaqtgħu l-għatx tagħhom li għandhom għad-delizzju," qal Steven Camilleri. "Illum, bit-twaqqif tal-Malta Motorsport Federation u bil-persistenza tagħha, b'mod speċjali tal-President talfederazzjoni Tonio Cini, jidher biċ-ċar li issa hemm xaqq ta' dawl biex din il-faċilità ssir realtà. Permezz ta' kampanja li fasslet il-federazzjoni talmotorsport fil-bidu ta' din is-sena, quddiem l-awtoritajiet governattivi, NGOs, persuni involuti fis-servizzi talemerġenza, tat-tagħlim tassewqan, mill-assoċjazzjoni talassikurazzjoni u dawk kollha involuti fil-kummerċ relatat mal-Motorsport, dawn taw interess ġdid għal din il-faċilità," spjega Steven Camilleri. "Fil-fatt, ftit qabel l-elezzjoni ġenerali ta' Marzu li għadda, il-Partit Laburista kkommetta ruħu billi semma' interess fil-bini ta' faċilità ta' Road Safety u Motorsport f 'waħda mill-key Proposals fil-Manifest elettorali. Iżda t-tarmak ma jistax jiġi applikat bi kliem u propożizzjonijiet," kompla jgħid Camilleri. "Kull ma qegħdin jistennew stakeholders sabiex jinvestu f 'dan it-track hija sinjal ta' approvazzjoni fejn din it-track tista' tiġi mibnija, bi flus ta' stakeholders privati fuq art mogħtija mill-Gvern. Art fejn tista' tiġi trasformata f 'wieħed mill-isbaħ kumplessi moderni armati bl-aħħar apparat għal simulazzjonijiet ta' sigurtà, u race track li jkun uniku fiż-żona tal-Mediterran. Inżid li jistgħu jsiru attivitajiet varji relatati mal-qasam taddivertiment u kunċerti għallpubbliku u kollox jiġġenera iktar xogħol u sigurtà fit-toroq tagħna. Il-bini ta' faċilità ta' Motorsport għandha tkun fuq l-ewwel nett bħala prijorità tal-pajjiż," temm jgħid Steven Camilleri. Kelliem għas-Segretarjat Parlamentari responsabbli millisport qal li "rigward l-iżvilupp ta' korsa tal-motorsport, ser ikun hemm żviluppi fi ftit ġimgħat oħra. Bħalissa qed isiru diversi laqgħat ma' għaqdiet u dilettanti talmotorsport biex nisimgħu l-ideat tagħhom fuq dan l-isport. Ser issir laqgħa ta' konsultazzjoni pubblika fuq dan l-isport, liema laqgħa sejra ssir fit-22 ta' Novembru."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2013