Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642
Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 | illum 19 mani jsejħulu 'casus belli' Minn dawk kollha li ma baqgħux fis-saltna tal-PBS Norman, għadu ma jridx jirrikonoxxi li l-impertur għarwien u mhux veru imlibbes. Din il-ġimgħa reġa' kien fl-aħbarijiet. Konvint li sa fejn jista', jagħmel minn kollox biex ikun. X'għandu f 'moħħu jiena ma nafx, iżda huwa ċar daqs il-kristall li qiegħed ifittex kull okkażjoni biex jillitiga malGvern. Irid isib, dak li r-Rumani kienu jsejħulu l-"casus belli". Jiġifieri raġuni tajba biex ikollu xi jgħid ma' Kastilja u b'hekk ikollu għalfejn imur quddiem dan il-bini biex jagħmel dikjarazzjonijiet lill-istampa. Jiena ma nafx eżattament x'ġara fl-ajruport meta intqal li ġibed xi ritratti f 'żona ristretta. Ġara x'ġara, din kienet l-okkażjoni fejn Norman ingħata fuq platt il-"casus belli" li tant kien ilu jfittex. Filwaqt na Aħjar jagħmel immedjatament eżami profond ta' kif jimxi malmezzi tax-xandir u jqis sew l-implikazzjonijiet ta' dak li jgħid. Niġu għal dak li ġara din ilġimgħa. Norman Vella, persuna magħrufa sew illi reġgħet bdiet taħdem bħala uffiċjal talimmigrazzjoni wara l-bidla filgvern ġiet arrestata fl-ajruport għal erba' sigħat. Għal min ma jafx, kull meta uffiċjal tal-Pulizija jżomm bniedem kontra r-rieda tiegħu għal kwalunkwe tul ta' żmien, dan jikkostitwixxi arrest. Vella kien qiegħed jiġi investigat wara li waqt li kien fuq xogħlu fl-ajruport allegatament ħa ritratt ta' żewġ uffiċjali talkomunikazzjoni tal-Gvern illi kienu fi triqithom lejn Londra u kkommunika l-aħbar tat-tluq tagħhom lil Daphne Caruana Galizia illi tmexxi blog. Issa ninsew għal mument li kemm Vella kif ukoll Caruana Galizia ċaħdu xi kuntatt bejniethom, imma anke kieku dan ma kienx il-każ, x'reat eżattament allegatament wettaq Vella illi kien jiġġustifika investigazzjoni mill-Pulizija? Intqal illi Vella ħa ritratt f'żona ristretta tal-ajruport imma dan il-fatt jikkostitwixxi reat? Min-nota li daħħal l-istess Kummissarju fil-proċeduri sussegwenti li saru quddiem il-maġistrat tal-għassa, nafu li Vella kien qiegħed jiġi investigat talli kiser l-artiklu 257 tal-Kodiċi Kriminali. Dan huwa artiklu li jwassal għal piena sa sentejn li jipprotesta jidher li għalih kienet manna. Kienet okkażjoni fejn fil-fehma tiegħi l-prudenza u l-eleganza tad-deċiżjoni kienu neqsin. Dak li kien ilu jfittex sabu. Apparti ukoll li jekk dan kien arrest, jiena għandi avversjoni għall-arresti. Nemmen li l-arrest għandu jintuża biss meta ma tkux tista' tagħmel mod ieħor. Meta l-Qorti ġustament tagħtu lura l-mobile u l-iPad, rajt xena li diġà rajtha drabi oħra. Ħareġ mill-Qorti jitbissem u affjankat minn xejn inqas minn żewġ avukati kandidat talPartit Nazzjonalista, b'wieħed minnhom uffiċjal tal-Partit Nazzjonalista u jekk ma tridx l-eks-Segretarju Ġenerali talistess Partit, Pawlu Borg Olivier. Għamlu rikostruzzjoni fjakka ta' xeni meta dawk li kienu jitressqu l-Qorti kienu jissejħu "martri". Żmien meta l-akkużat kien joħorġu vittorjużi mill- Qrati fuq l-ispallejn u bilgirlandi, affjankat minn Guido Demarco u Hugo Mifsud Bonnici. Fl-aħħar kampanja elettorali jiena għaddejt minn esperjenza li nista' nassigura lil Norman li ħdejn tiegħi l-esperjenza tiegħu kienet passiġġata. Ma ninsa qatt meta f 'jum San Valentinu kont ħiereġ niekol mal-mara u ċempel il-mobile. Kien l-eks-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo. Riedni dak il-ħin id-Depot. Kull pjan li kelli mal-mara tħarbat. Għamilt erba' sigħat interrogatorju dwar recordings li kienu ilhom fil-kexxun talPrim Minstru sentejn u nofs, għand il-Kummissarju talPulizija daqstant ieħor u għand David Aguis, li minn dak li qaluli kien hu li beda jinsisti li nkun investigat. Dakinhar jien qgħadt bi kwieti għax kont naf li dan kollu ma kien xejn ħlief nasba elettorali. Esperjenza li keddet lill-familjari tiegħi u tefgħet lill-missieri f 'qiegħ ta' sodda għal bqija ta' ħajtu. Wara li kien l-istess Kummissarju tal-Pulizija li kkonferma li qatt ma kien hemm każ kontra tiegħi u anke wara li l-elettorat wera kemm din l-istorja kienet patetika, jiena xorta żammejt is-skiet. Ma ridtx li l-affarijiet jikbru. Kif tħabbar ir-riżultat elettorali u ftakart minn xiex għaddewni, infqajt nibki qisni tarbija. Flok qgħadt nagħmel ħafna konferenzi stampi jew inkun trijonfalista quddiem l-għatba ta' Kastilja, ħfirt u anke għamilt qalb lil dawk li fil-mument kienu qed iħossuhom telliefa. L-aħħar li baqgħu jaqbdu miegħi dwar il-blokka kien jumejn qabel marru jivvotaw in-nies. Miegħi kelli lil Simon Busuttil u b'kumbinazzjoni jmexxi d-diskussjoni kien hemm Norman Vella. L-arresti huma odjużi daqs kemm huma inġusti dawk il-ġurnalisti li jriduha ta' imparzjali meta mhumiex. Ma għandi xejn kontra dawk li jiddikjaraw l-parzjalità tagħhom. Għallinqas taf fejn qiegħed magħhom u huma miegħek. Pereżempju Pierre Portelli kien jaf fejn jiena qiegħed miegħu u huwa miegħi. L-intiża kienet ċara u b'hekk ħadd ma jieħu għalih. Hemm x'hemm wara l-istorja ta' Norman Vella l-każ fih innifsu seta' kien avviċinat mod ieħor. Fejn tibda tilmaħ is-sovversjoni fejn jista' ma jkunx hemm, tajjeb li tirrealizza kmieni kemm jista' jkun li l-kalma u l-prudenza ma hemmx isbaħ minnhom. Ma tridx tagħti x-xabla f 'idejn min irid joqtlok. ħabs għal min jikxef sigriet professjonali jew sigriet li jkun ġie fdat lilu minħabba l-kariga tiegħu. X'sigriet seta' ġie fdat bih is-Sur Vella li l-kxif tiegħu jikkostitwixxi reat? Huwa ferm evidenti li anke kieku s-Sur Vella wettaq dak li qiegħed jiġi akkużat li wettaq, qatt ma seta' jinstab ħati ta' dan ir-reat. Seta' kien il-każ li s-Sur Vella wettaq xi nuqqas amministrattiv imma ma kienx assolutament il-każ li l-Pulizija tkun involuta f'xi mod. Kieku l-istorja waqfet hawn, kieku fiha u ma fihiex, għalkemm kwalunkwe arrest arbitrarju u mhux ġustifikat ta' kwalunkwe persuna m'hija bl-ebda mod aċċettabli. Imma l-Pulizija komplew iwettqu żball wara l-ieħor li poġġew dubji serji dwar it-tmexxija tagħhom. Fl-ewwel lok, minkejja li waqt l-interrogatorju tas-Sur Vella, huwa poġġa t-telefon ċellulari u t-tablet tiegħu għad-disposizzjoni talinvestigaturi, dawn xorta għażlu li jikkonfiskawhom minkejja li ma jidhirx li fetħu xi inkjesta maġisterjali. Is-Sur Vella mar il-Qorti sabiex jieħu ħwejġu lura u l-Kummissarju għażel li jipparteċipa personalment fil-proċeduri. Jekk ħaseb li l-parteċipazzjoni tiegħu sejra timpressjona l-Qorti, għarralu bl-ikrah. Il-Qorti kkonfermat li minkejja t-tgergir kollu li jsir dwar il-qasam tal-ġustizzja f'pajjiżna hija l-garanti tallibertajiet personali tagħna lkoll u ordnat ir-rilaxx immedjat tal- oġġetti personali tas-sur Vella għax ma kien hemm l-ebda suspett raġjonevoli li twettaq reat. Ir-reazzjoni tas-Sur Zammit kienet straordinarja. Minflok li għamel kif jgħidu t-Taljani buon viso a cattivo gioco, u baxxa rasu u stqarr li l-Korp tal-Pulizija jobdi l-ordnijiet tal-Qorti għax hekk, u xejn anqas, titlob issaltna tad-dritt, is-Sur Zammit ta bosta dikjarazzjonijiet li ma kinux f'lokhom. F'intervista li ta lil Malta Independent nhar l-Erbgħa, qal li t-teħid ta' ritratti ta' individwi f'postijiet bħall-ajruporti li huma suġġetti għar-regolamenti ta' Schengen u l-liġijiet dwar is-Sigrieti (x'sigrieti huma, dawk uffiċjali?) u l-famuż Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (dan li jdaħħluh f'kollox anke fejn ma jkollu x'jaqsam xejn) jesponi lil dak li jkun li jkun ħati li kiser "kull att immaġinabbli". "Kull att immaġinabbli" qalilna, imma allura għalfejn dawn ir-reati plurimi ma ssemmgħux il-Qorti u ssemma' biss l-artiklu 257 tal-Kodiċi Kriminali? U jekk kien hemm ksur daqshekk massiċċ ta' tant liġijiet għaliex ma nfetħitx inkjesta maġisterjali ħalli l-oġġetti personali tas-Sur Vella jinżammu taħt l-awtorità tal-Qorti inkwirenti u jinħatru periti sabiex jeżaminawhom għal kwalunkwe traċċa ta' reat? Evidentament il-Qorti talMaġistrati ma kkondividietx it-tħassib tas-Sur Zammit li rreaġixxa bi stqarrija straordinarja oħra, din id- darba lit-Times. Hu spjega li jekk hu, bħala investigatur, jemmen jew jissuspetta li oġġett intuża fit-twettiq ta' reat, hu obbligat li jiġbor dak l-oġġett u jippreservah. F'dan il-każ, huwa kkonserva l-evidenza sabiex il-Qorti tappunta l-esperti sabiex janalizzawhom. Kompla jgħid li din hija prattika li ilha tintuża għal bosta snin u staqsa jekk dan hux ser jinbidel abbażi ta' digriet mill-Qorti l-aktar baxxa. Kieku kienet il-Qorti tal-Appell Kostituzzjonali, kont ngħid iva, tali prattika ser tinbidel imma din hija l-aktar baxxa mill-qrati baxxi." Barra mill-fatt li l-Qorti tal-Appell Kostituzzjonali ma teżistix, il-Kummissarju tal-Pulizija m'għandu l-ebda dritt li joqgħod pubblikament imaqdar qorti għax hi baxxa mill-aktar baxxi. Messu jbaxxi rasu quddiem dak li ddeċidiet kif kulħadd huwa obbligat li jagħmel. Jidher ċar li l-Kummissarju ma jafx li dak li huwa jsejjaħ bħala "prattika" hija fil-fatt il-liġi li tobbliga lill-uffiċjali tal-Pulizija li jikkonservaw l-oġġetti konnessi ma' reat. Madankollu, f'dan il-każ, peress li kien jidher ċar li l-ebda reat kif ipotezzat ma' twettaq, il-Qorti ordnat ir-rilaxx ta' tali oġġetti. U huwa ċar li l-Pulizija m'għandha l-ebda dritt tikkonfiska oġġetti personali fejn ma jkunx twettaq reat. Dan kollu ma kienx biżżejjed. Din il-ġimgħa ġie ppubblikat ir-rapport tal-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data u l-Informazzjoni wara lment tad-deputat Jason Azzopardi li l-Pulizija kisret il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data meta talbet il-call profiles tal-persuni involuti fil-kontroversja li segwiet il-laqgħa li s-sur Silvio Scerri, Chief of Staff tal-Ministru tal-Intern kellu mal-persuna li kienet bi żball tressqet il-Qorti, laqgħa li ġie allegat li saret permezz ta' persuna li kienet intbagħtet il-ħabs fuq offiża ferm serja. F'Awwissu li għadda l-Pulizija ħabbru li kienu talbu l-call profiles tal-persuni kollha involuti f'dan l-inċident imma issa rriżulta illi l-Pulizija qatt ma talbet dawn il-profili u l-anqas setgħet titlobhom. Imma din x'serjetà hi li l-ewwel tgħid illi tlabt il-call profiles mingħand il-kumpaniji taċ-ċellulari? Biex imbagħad jirriżulta li dan m'hux minnu u tgħid minflok li ċċekjajt il-mobile tas-Sur Scerri! Ara f'dan il-każ, il-mobile ma ġiex ikkonfiskat imma l-Kummissarju kien pront jagħti l-assoluzzjoni tiegħu minkejja illi issa ħareġ ċar illi ma wettaqx investigazzjonijiet komprensivi. Insomma, l-operat talKummissarju jeħtieġ illi jitjieb sew jekk irid iżomm din ilpożizzjoni prestiġjuża u kritika. Ċertament, mhux fl-interess talpajjiż illi jkollna Kummissarju tal-Pulizija nieqes mill-awtorità meħtieġa sabiex imexxi korp li huwa t-tarka taċ-ċittadin kontra l-kriminalità li kuljum issir aktar sofistikata.

