Illum previous editions

illum 3 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

SPORTSillum L-ebda rebbieħ bejn Qormi u Rabat Ajax Qormi. ................. 0 Rabat A ................ 0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT L-ATTAKKANT Brażiljan Qormi u Rabat Ajax temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' mingħajr gowls b'Rabat Ajax juru l-aħjar logħob iżda ma rnexxielhomx isarrfu dan kollu f 'gowls. Kienu Qormi li ħarġu fuq l-offensiva u wara kwarta logħob, Nucera rċieva tajjeb mingħand Roderick Bajada iżda ra t-tentattiv bid-dawra tiegħu jgħaddi barra. Fit-32 minuta Mosies Avila Perez għal Rabat Ajax ixxuttja ferm dgħajjef meta ġie wiċċ imb wiċċ ma' Farrugia. Qormi rrispondew minuta biss wara permezz ta' Innocenti li tefa' barra bil-goalkeeper ta' Rabat Ajax Azzopardi joħrog minn postu biex jevita l-periklu. Qormi komplew jattakkaw u ftit sekondi biss wara, Triston Caruana ra t-tentattiv tiegħu jgħaddi ftit għoli. Rabat Ajax kienu l-aħjar tim lejn l-aħħar 20 minuta tal-logħba u fit-72 krossshot ta' Jonathan Bajada ġie salvat tajjeb minn Matthew Farrugia. Fit-80 minuta Adam Smeir ra t-tentattiv tiegħu jiġi salvat ftit 'il bogħod mil-linja minn difensur ta' Qormi. Qormi resqu viċin li jmorru fil-vantaġġ fit-83 minuta meta Effiong ra x-xutt tiegħu mill-viċin jiġi milqugħ minn Jonathan Azzopardi. Fis-87 minuta Leighton Grech kellu xutt tajjeb li għadda barra waqt li tliet minuti biss wara, Rabat Ajax spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Shaun Gauci permezz ta' karta ħamra diretta. Qormi Farrugia, Effiong, Sammut, Bellucci, Bajada (Del Giudice 83'), Terribile (Grech 50'), Caruana, Nucera (Pisani 58'), Bugeja, Bondin, Innocenti Rabat A. Azzopardi, Gauci, Azzopardi, Carapic, Falzon, DIEGO CARRILLO PENDAS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fil-25 ta' Settembru 1982 f'Hospitalet de Llobregat fi Spanja Ingħaqad ma' Rabat Ajax fil-21 ta' Diċembru 2012 Jilgħab bħala plejer ta' nofs il-grawnd ċentrali Gauci, Bajada (Licari 75'), Pelaez Bellido, Avila Perez, Carrillo Pendas, Smeir (Tanti 90') Referee Marco Borg Ritratt: Ray Attard Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 | illum 27

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 November 2013