Illum previous editions

illum 3 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

SPORTSillum 34 illum | Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 Futur mill-isbaħ għan-nazzjo CRISTIAN ANTONY MUSCAT Angela Adamoli – il-kowċ Taljana tat-tim nazzjonali femminili talbasketball li permezz tal-għarfien sħiħ tagħha dwar il-basketball u t-tmexxija professjonali u dedikata tagħha, jidher li hemm futur millisbaħ għall-istess tim nazzjonali Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-basketball? Kelli biss disa' snin u ridt nibda nipprattika xi tip ta' sport. Kien hemm ħabiba li kienet ċemplitli u ħajritni biex nibda nilgħab il-basketball. Darba minnhom akkumpanjajtha għat-taħriġ u minn hemm qatt ma ħarist lura! F'liema timijiet fil-karriera tiegħek lgħabt fl-Italja bħala plejer tal-basketball? Bdejt nilgħab mini-basket ma' Livorno meta kelli disa' snin u mbagħad ta' 14-il sena mort nilgħab u ngħix Vicenza li tinsab 400 kilometru 'l bogħod minn Livorno. Din kienet l-ewwel sena tiegħi bħala plejer professjonali. Kont għadni żagħżugħa u ma kinitx xi ħaġa faċli li nitlaq lil post twelidi biex immur ngħix Vicenza. Wara tliet snin nilgħab f 'Vicenza, imbagħad mort nilgħab Milan fejn domt sentejn qabel għamilt sentejn nilgħab f 'Pistoia u sena f 'Cesena. Għamilt ħames snin f 'Messina fi Sqallija, tliet snin fi Chieti u sentejn f 'Caserta, għalhekk nistgħu ngħidu li dort mhux ħażin postijiet flItalja! Liema unuri prinċipali rbaħt filkarriera tiegħek bħala plejer? Bħala plejer irbaħt darbtejn ilkampjonati ġovanili tal-Italja u rbaħt kampjonat tal-kbar kif ukoll Tazza taċ-Champions mal-Vicenza. Wara rbaħt it-Tazza Ronchetti li tista' titqies fl-iskala tal-UEFA Europa League fil-futbol. Imbagħad fuq livell nazzjonali rbaħt midalja tal-fidda fil-Logħob tal-Mediterran u fil-Kampjonati Ewropej kif ukoll id-deheb fl-Olimpjadi tal- "L-ikbar ħolma tiegħi hija dik li nikkowċja lit-tim nazzjonali Taljan tal-irġiel" Universitajiet meta konna għelibna lill-Istati Uniti fil-finali li kienet saret fil-Ġappun. Qabel bdejt tikkowċja t-tim nazzjonali Malti liema timijiet fl-Italja kkowċjajt u xi tragwardi rnexxielek tilħaq ma' dawn l-iskwadri diversi? Ikkowċjajt diversi timijiet ġovanili. Bħala timijiet tal-kbar ikkowċjajt lil Pomezia li huwa tim li jirrappreżenta post viċin Ruma li kien jilgħab fis-Serie A 2. Mis-sena li għaddiet, sirt l-assistent kowċ talistess tim li qed jilgħab fis-Serie A 1. Nikkowċja wkoll lil San Raffaele li huwa tim minn Ruma u li jilgħab fis-Serie A 3. Nikkowċja wkoll fillivell reġjonali li huwa bħal mininazzjonal fejn jilagħbu 15-il plejer żagħżugħa li jiġu magħżula mirreġjun tal-Lazio u li jiġu ttrenjati minni darbtejn fil-ġimgħa. Fis-sajf tal-2012 kont parti millistaff tekniku tat-tim nazzjonali Taljan ta' taħt l-20 sena filKampjonati Ewropej li saru flUngerija. Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek hemmhekk. F'dawn il-Kampjonati kont it-team manager minħabba li kien hemm diġà żewġ kowċis. L-esperjenza tiegħi hemmhekk kienet waħda importanti minħabba li kelli rwol differenti minn dak ta' plejer jew kowċ. Kienet esperjenza li kabbritni ħafna. Hemmhekk konna sfortunati hekk kif ħafna mill-plejers tagħna sofrew virus li kien laqat lil 50 persuna fejn spiċċajna fid-disa' post li ma sewa għalxejn għax huma biss l-ewwel tliet postijiet li jfissru xi ħaġa f 'dawn il-kampjonati. Fl-istess sena pparteċipajt ukoll f 'kamp organizzat mill-FIBA fis-Slovenja fejn kienu rrappreżentati 25 pajjiż differenti. F'dan il-kampjonat ġejt ippremjata bħala l-aħjar kowċ. Matul din is-sena, għat-tieni sena konsekuttiva ħadt sehem f 'NBC Camp f 'Portland fl-Istati Uniti fejn hemmhekk kont l-unika kowċ ġejja mill-Ewropa. Ġieli għaddietlek minn moħħok li tikkowċja lit-tim nazzjonali Taljan tal-basketball? Taħseb li dan għad jista' jseħħ fil-futur? L-ikbar ħolma tiegħi hija dik li nikkowċja lit-tim nazzjonali Taljan tal-irġiel iżda naf li din hija xi ħaġa impossibbli. Sinċerament ninsab kuntenta u kburija ħafna li qed nikkowċja lit-tim nazzjonali femminili tal-basketball. Induru għat-tim nazzjonali Malti tal-basketball fejn f 'Ottubru tal-2012 ġejt nominata mill-Assoċjazzjoni Maltija talBasketball bħala kowċ. Kif bdew il-kuntatti tiegħek ma' din l-Assoċjazzjoni? Ħames jew sitt snin ilu matul kamp li kien sar fl-Italja kienu ġew xi plejers Maltin mit-tim ta' Loyola. Hemmhekk sirt naf lil Joseph Muscat li kien diriġent tal-istess skwadra u li llum huwa s-segretarju tal-MBA. Fl-2012 kienu ċempluli mill-MBA fejn staqsewni jekk kontx interessata li nsir il-kowċ ilġdida tat-tim nazzjonali femminili u jien kont kuntenta ħafna li naċċetta din l-istedina! Kont issegwi lit-tim nazzjonali qabel ħadt it-tmexxija ta' dan ittim f 'idejk? Iva, kont insegwi xi ftit lil dan it-tim li kien immexxi millpredeċessur tiegħi Santino Coppa li kiseb suċċess fl-10 snin li dam jikkowċja lit-tim nazzjonali. Ma nistgħux ma nsemmux l-aħħar edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saret filLussemburgu fejn it-tim nazzjonali Malti tal-basketball iddiżappunta. Kien hemm tama għat-tim nazzjonali li nirbħu midalja imma dan sfortunatament ma seħħx. Huwa fatt li waħda mill-aqwa plejers Rebecca Thoresen ma kinitx parti minn din l-iskwadra. Ittim nazzjonali kellu wirjiet tajba f 'dawn il-logħbiet fosthom kontra l-Lussemburgu fejn tlifna biss għal żewġ baskets. Iżda x'mar ħazin għal Malta f 'dawn il-logħbiet? Jien naħseb li waħda mirraġunijiet kienet li l-plejers Maltin kellhom jaddattaw ruħhom għal mod ta' taħriġ tiegħi wara 10 snin ta' mentalità ta' kowċing ta' Santino Coppa li hija differenti minni. Il-fatt li l-plejers ma tantx kellhom taħriġ qabel dawn illogħbiet m'għenux lill-plejers Maltin. Però, naħseb li l-plejers rrispondew tajjeb ħafna għat-tip ta' taħriġ tiegħi. Waħda mill-probelmi f 'dawn il-logħbiet kienet li l-ewwel logħba li lgħabna fil-Lussemburgu kienet l-ewwel logħba kompetittiva għalina bħala tim – ma konniex lgħabna logħba kompetittiva oħra bħala tim qabel! Li kieku kellna iktar żmien ta' taħriġ u li kieku lgħabna iktar logħob kompetittiv qabel dawn il-logħbiet, kieku jkolli ngħid li konna niksbu riżultati aħjar minn dawk li fil-fatt ksibna. Kontra l-Lussemburgu lgħabna logħba tajba u dan huwa l-punt tattluq. Matul din is-sena ddeċidejna li naħdmu b'mod iktar kontinwu. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-basketball immexxija millPresident Paul Sultana? Jien nemmen li d-diriġenti talMBA qed jagħmlu xogħol tajjeb ħafna. Pereżempju l-problema li kien hemm fil-court f 'Ta' Qali ġiet solvuta fi żmien verament qasir. L-MBA qed torganizza wkoll proġetti għaż-żgħażagħ u qed tipprova toħloq iktar interess fil-livell tal-kbar. Naħseb li anki "L-isport huwa l-iktar ħaġa importanti biex jgħallmek kif tgħix fid-dinja" l-ħsieb li jinbena t-tieni court huwa xi ħaġa sabiħa ħafna. Dan għax iżid il-possibbiltà li wieħed jitħarreġ u għalhekk imbagħad jagħmel iktar progress għall-ġid ta' dan l-isport. Ninsab infurmat li t-tim nazzjonali Malti ma tantx jilgħab logħbiet ta' ħbiberija u ma jipparteċipax f 'ħafna training camps barra minn Malta. X'tikkummenta rigward dan? Taħseb li hemm bżonn li jiġu organizzati iktar logħbiet ta' ħbiberija kif ukoll ta' training camps biex it-tim nazzjonali femminili jimxi 'l quddiem? M'hemmx dubju li l-fatt li nilagħbu kontra pajjiżi oħra barranin ikabbar iċ-ċans li nagħmlu progess. Il-fatt li jien ikkowċjajt madwar id-dinja kollha kabbarni ħafna. Huwa loġiku li meta wieħed jikkonfronta ruħu ma' realtajiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 November 2013