Illum previous editions

illum 3 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 Il-Punt CLAUDIO GRECH Membru parlamentari Nazzjonalista IL-QASAM tas-saħħa huwa settur sensittiv, li fih sfidi kbar u jirrappreżenta funzjoni vitali fl-amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna. Huwa settur li niġu wiċċ imb wiċċ miegħu flaktar mumenti iebsin ta' ħajjitna u s-servizz li jagħti ħafna drabi jagħmel id-differenza kollha bejn ħajja u mewt. Bħala politiċi, nistgħu nagħżlu li noqogħdu nfettqu fuq elementi partiġġjani u battibekki frivoli iżda finalment ilkoll nafu li dan mhux ser itejjeb il-kwalità tas-servizz lill-pazjenti tagħna. Huwa proprju għalhekk li f 'dawn l-aħħar ġimgħat il-Partit Nazzjonalista għamel pass kuraġġuż 'il quddiem u saħaq li fil-qasam tas-saħħa għandna nibnu politika ta' kunsens, u fi spirtu ta' kollaborazzjoni niffukaw il-ħidma tagħna fuq dawk l-aspetti li lkoll naqblu li għandhom jiġu indirizzati. Bl-ebda mod ma jfisser li mhux se nagħmlu l-iskrutinju tagħna u wisq inqas m'aħna ser nabdikaw mir-responsabbilità tagħna li nżommu lil Gvern responsabbli ta' għemilu. Iżda l-qofol ta' kollox jibqa' li jinstab qbil fuq l-aspetti l-aktar importanti u sensittivi ta' dan is-settur. Aspetti ewlenin li qed Is-servizz tas-saħħa għandu jkun hemm biex jgħinek l-aktar meta int għandek l-aktar bżonn u fil-mument li int u l-familja tiegħek tkunu l-aktar dgħajfin Kunsens fl-interess talġid komuni inħarsu 'l quddiem lejhom biex nipparteċipaw u nagħtu l-kontribut tagħna huma dawk marbutin mar-rijabiltazzjoni talanzjani li jiġu rikoverati fl-isptar, il-problema tal-obeżità, l-istrateġija ta' konta l-kanċer, il-ħidma kontra d-dijabete kif ukoll l-involviment integrali tas-settur privat tas-saħħa f 'pajjiżna. F'dawn l-aspetti għandna l-ideat tagħna dwar fejn trid tiġi mtejba l-ħidma tal-Gvern u kif nistgħu nagħmlu aktar biex nindirizzaw il-ġenesi ta' dawn il-problemi kroniċi u kbar li jaffetwaw lil pajjiżna. Aspett ieħor li rridu nsemmgħu leħinnha fih huwa s-sostenibbilità u l-prioritarizzazzjoni talfinanzjament tas-servizz tas-saħħa. Sejrin nagħmlu ħilitna kollha biex mingħajr ma jintilef aktar żmien, is-sistema tas-saħħa tagħna tkompli tevolvi f 'waħda msejsa fuq il-prinċipji tal-ġustizzja soċjali. Aħna kommessi li naraw li s-servizz tas-saħħa għandu jkun hemm biex jgħinek l-aktar meta int għandek l-aktar bżonn u fil-mument li int u l-familja tiegħek tkunu l-aktar dgħajfin. Iżda aktar minn hekk l-għan tagħna mhux biss li nikkollaboraw fuq l-oqsma importanti iżda li noħorġu b'ideat ġodda ta' kif jistgħu jiġu indirizzati b'mod aktar effettiv ċertu aspetti tal-politika tas-saħħa biex is-servizz li jingħata jkun dejjem aħjar kif ukoll li nieħdu miżuri biex intejbu s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. F'dan kollu nemmnu li din il-kollaborazzjoni m'għandhiex tieqaf biss bejn iż-żewġ partiti iżda għandna wkoll inwessgħuha biex jipparteċipaw fiha l-istakeholders prinċipali f 'dan il-qasam f 'pajjiżna biex b'hekk ikollna YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt politika tas-saħħa li hija verament ta' kulħadd. L-involviment ta' dawn l-organizzazzjonijiet ma jsirx sempliċiment billi l-Gvern jinfurmahom b'xi jkun qed jagħmel iżda billi jintegrahom bħala parti essenzjali tal-formolazzjoni tal-istrateġija u l-proċess politiku f 'dan il-qasam. Iżda l-importanti issa hu li mill-kliem ngħaddu għallfatti. Kien proprju għalhekk Bla dubju s-servizz tas-saħħa huwa wieħed li ser jibqa' joffri sfidi kbar li l-Partit Nazzjonalista vvota favur il-liġi dwar is-saħħa mressqa millGvern. Mhux biss ivvutajna favur din il-liġi iżda fi stadju ta' kumitat ressaqna diversi proposti u emendi biex il-liġi ġiet imtejba u tirrifletti aktar il-bżonnijiet tal-pazjent u tal-ħaddiema fis-servizz tas-saħħa ta' pajjiżna. Il-pass li jmiss issa huwa li issa nistabbilixxu l-forum prinċipali fejn nistgħu verament nagħtu l-kontribut tagħna u nilħqu l-milja tal-irwol tal-Oppożizzjoni, jiġifieri li nwaqqfu l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa. Fil-ġimgħat li ġejjin ser inressqu formalment din il-proposta biex inkunu nistgħu nibdew naħdmu f 'qafas li llum huwa ppruvat li jaħdem u li fih iż-żewġ naħat tal-Kamra jkunu jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom. Bla dubju, is-servizz tas-saħħa huwa wieħed li ser jibqa' joffri sfidi kbar u għalhekk il-Partit Nazzjonalista jrid jagħmel ħiltu kollha biex anki jekk mill-Oppożizzjoni jkompli jara dan is-settur jissaħħaħ, jipprovdi servizzi ta' fejda lill-pazjenti f 'pajjiżna u jisseddaq dejjem aktar fuq il-prinċipji tal-ġustizzja soċjali. Għawdex: Mhux Min hu Għawdxi jew inkella jgħix Għawdex dara li din il-gżira ċkejkna tibda tissemma' ħafna qabel l-elezzjoni u l-wegħdi li jsiru dakinhar huma kbar fejn l-Għawdxin iħossuhom li se jkunu l-għira tal-Ewropa. Iżda meta jgħaddu dawk it-tliet xhur dawk il-wegħdi jibqgħu jiġu diskussi fejn s'issa, tmien xhur wara, għadu ma sar xejn li jidher. Il-Prim Ministru qal li l-Gvern qed jara li Għawdex għandu potenzjal li jrid isir ħafna xogħol fuqu u qal li l-akbar problema li trid tiġi ffaċċjata llum qabel għada hi l-aċċessibilità. Qed jissemmew air strip, helikopter, modi ta' vjaġġar bejn il-gżejjer aktar veloċi, port għal cruise liners, mina, pont u anke katamaran minn u lejn Sqallija. Il-mistoqsija hi meta u x'inhi l-prijorità u l-Għawdxi x'qed jistenna? Hemm mistoqsija oħra, li jekk issir link permanenti ma' Malta (bħal pont jew mina) Għawdex jista' jibqa jitqies reġjun? Jew isir parti minn Malta u titnaqqas l-għajnuna mill-EU? Tlabt il-kummenti minn diversi setturi f'Għawdex. is-servizz veloċi u żgur li din isserraħ ħafna millproblema tal-Għawdxin. Ministru għal Għawdex Anton Refalo Kollha huma ideat tajbin! Nistgħu wkoll nenfasizzaw fuq il-ħidma kbira li qed titwettaq min-naħa talMinisteru biex nagħtu importanza lill-ħaddiema Għawdxin u naraw li jinħoloq xogħol ġust f 'Għawdex għall-Għawdxin. Justyne Caruana (Membru Parlamentari Laburista u Għawdxija) L-akbar importanza hi li Għawdex ikun reġjun. Dwar l-oħrajn hemm il-proposti fil-manifest elettorali. Ilprijorità għall-Għawdxin hi xogħol f 'Għawdex. Prijorità għalissa għandha tkun Chris Said (Segretarju Ġenerali tal-PN u Għawdxi) L-aċċessibbilità ta' Għawdex hija kollox għall-Għawdxin. Matul l-aħħar snin sar titjib enormi fl-aċċessibilità. Biżżejjed insemmu l-bini ta' tlett vapuri ġodda, portijiet ġodda fl-Imġarr u fiċ-Ċirkewwa u skeda li tkopri 24 siegħa kuljum. Dan sar b'investiment ta' miljuni kbar mill-Gvernijiet preċedenti mmexxija mill-Partit Nazzjonalista. Dejjem jibqa' l-bżonn li l-aċċessibilità tittejjeb għax dan itaffi t-tbatijiet u spejjeż żejda tal-Għawdxin u jgħin biex jinħoloq aktar xogħol f 'Għawdex u tissaħħaħ l-ekonomija Għawdxija. Għalhekk kull inizjattiva li ttejjeb l-aċċessibilità hi importanti. Nemmen li link permanenti hi s-soluzzjoni għal tul ta' żmien. Kien għalhekk li ftit aktar minn sentejn u nofs ilu meta kont segretarju parlamentari

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 November 2013