Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642
Għawdex: Int djamant Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 | illum 9 minn John Busuttil x x'se jsir illum iżda x'se jsir ilbieraħ ressaqt proposta fil-kabinett biex jibda l-proċess ta' studju fuq link permanenti. Il-kabinet kien approva din il-proposta u minn hemm beda l-proċess. Sar studju preliminari estensiv finanzjat mija fil-mija millKummissjoni Ewropea. Dan l-istudju wera li link permamenti huwa possibbli u għalhekk il-Gvern kien iddeċieda li jieħu pass ieħor u jmur għal studju sħiħ ta' kif dan il-proġett jista' jkun attwat. Sadanittant kull miżura oħra li ttejjeb l-aċċessibilità u li tista' tittieħed fi żmien qasir u li tkun tagħmel sens tkun ta' benefiċċju għal Għawdex. Min qed jgħid li jekk isir link permanenti Għawdex ma jistax jitqies bħala reġjun hu żbaljat u naf biċ-ċert li mhux hekk. Joe Muscat (GTA) L-aċċessibbiltà bejn Malta u Għawdex mhux għażla tant sempliċi, bħal meta tmur tixtri u tagħżel minn fuq l-ixkaffa tal-ħanut. Hi sfortuna li d-diskussjoni dwar dan is-suġġett tant importanti qed tkun ridotta sempliċiment fuq x'tip ta' preferenza wieħed ikollu rigward l-aċċessibiltà bejn iż-żewġ gżejjer. Turistikament, jekk irridu nkunu prattiċi u objettivi jkollna ngħidu mingħajr tlaqliq illi Għawdex illum għandu bżonn aċċess bl-ajru permezz ta' fixed wing. Dan it-tip ta' aċċess hu l-iktar wieħed fattibli fi żmien relattivament qasir u b'investiment żgħir ta' bejn miljun u nofs u żewġ miljun Ewro. Kemm il-mina kif ukoll il-pont huma żewġ mezzi li t-tnejn iridu snin ta' studji, snin sabiex jiġu mwettqa u ovvjament mijiet ta' miljuni ta' Ewro sabiex isiru realtà. Allura nistaqsi, is-settur turistiku għandu jkompli jistenna iktar snin sabiex barra aċċess bil-baħar ikollna aċċess ieħor. Is-settur ilu ħamsin sena mċaħħad minn aċċess bil-fixed wing. U wara ħamsin sena ta' turiżmu, illum għadna fejn konna dakinhar, ħlief għal fatt li għandna għaddispożizzjoni tagħna għoli metri ta' rapporti dwar dan it-tip ta' aċċess. Iżda qatt ma kien hemm ir-rieda politika li dan il-mezz jitwaqqaf u ssir ġustizzja mal-gżira Għawdxija u ġustizzja massettur turistiku Għawdxi. Dan it-tip t'aċċess jgħaqqad lil Għawdex ma' Malta (MIA) f 'temp ta' għaxar minuti u ebda tip t'aċċess ieħor mhu kapaċi jaqdi turist li ġej jew sejjer lejn u minn Għawdex f 'ħin hekk qasir. Barra minn hekk din il-faċilità tagħti lil Għawdex li jkollu konnettività diretta ma' pajjiżi ġirien oħra, mingħajr il-bżonn li wieħed jieqaf l-ewwel Malta. Permezz ta' din ilkonnettività ġdida nkunu qed niftħu lil Għawdex għal swieq turistiċi ġodda, li s'issa noħolmu bihom biss. Finalment jekk ikollna din it-tip ta' faċilità nkunu qed noħolqu opportunitajiet ta' xogħol fl-industrija tal-avjazzjoni, anke jekk dawn huma relattivament limitati. L-aċċessibiltà trid tkun trattata mhux emozzjonalment iżda b'mod maħsub, bla ebda aġenda moħbija u b'mod sostenibbli, jekk verament irridu ġid lill-Għawdex tagħna. F'Għawdex kulħadd għandu l-opinjoni tiegħu fuq din il-materja, iżda dawn iridu jkunu mibnija fuq raġunar serju u miftuħ u mhux manipulati. Għawdex bata l-konsegwenzi li l-gżira ma kinitx meqjusa bħala reġjun meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea. Ir-raġuni vera għaliex, jafuha dawk li nnegozjaw ma' Brussell. Il-fatti huma li Għawdex seta' akkwista aktar fondi kieku kien meqjus bħala reġjun. Allura dan l-argument għadu validu anke llum. Iżda l-ħasra hi li ftit tingħata informazzjoni fuq din il-materja u f 'dan is-sens. Jekk Għawdex ikun verament meqjus reġjun veru u mhux għal raġunijiet ta' statistika (NUTS III), il-gżira Għawdxija tista' tibbenefika ħafna minn aktar fondi. Finalment inħoss li reġjonalità vera ta' Għawdex għandha wkoll tissarraf f 'governabbilità reġjonali. Tony Bezzina (Gozo Business Chamber) Waħda ma teskludix lill-oħra. Għal Għawdex, aktar ma l-aċċessibilità (din hi l-keyword) tkun faċli, aktar aħjar għallGħawdxin li jkollhom bżonn jaqsmu Malta ta' kuljum jew regolarment u anke għall-Maltin u turisti li jkunu jridu jiġu Għawdex. B'riżultat ta' hekk, l-akbar prijorità hi ta' fixed link permezz ta' mina (l-ewwel preferenza minħabba l-ambjent) jew pont. F'kull tip ta' pjanar irid ikollok il-pjanijiet għal żmien qasir u l-oħrajn għal żmien fit-tul. Ovvjament, fixed wings tista' tiġi realizzata ħafna aktar malajr, però fl-istess waqt għandu jibda jsir ix-xogħol għal xi ħaġa naqra iktar fit-tul – mina/pont. Jekk il-link permanenti jnaqqas sostanzjalment jew jelimina (nemmen li hu possibbli) d-distakk u l-problemi ta' Għawdex (f 'GDP ta' circa 73% ta' Malta) nippreferi link permanenti milli li nkunu reġjun. Fil-prattika u r-realtà, il-fatt li Għawdex hu reġjun s'issa ma tantx fisser aktar għajnuna jew flus biex il-livell ta' ħajja f 'Għawdex jogħla bħal dak ta' Malta. Ir-riżultati ma wrewx dan. Fit-teorija jgħidu, u nittama li hu veru, li jekk Malta tilħaq il-75% tal-GDP tal-medja tal-GDP tal-istati tal-EU, Għawdex jikkwalifika għall-aktar fondi ta' għajnuna millUnjoni Ewropea peress li l-GDP ta' Għawdex ma tilħaqx il-medja tal-75% talistati l-oħra tal-UE. immedjatament. Irridu naħsbu b'mentalità li mhux x'se jsir illum u lanqas x'se jsir għada iżda x'se jsir ilbieraħ. Dik hi l-problema ta' Għawdex u mhux jekk tkunx reġjun jew kemm se tagħtina flus l-Ewropa. Aħna rridu gżira li taħdem qabel kwalunkwe titlu ta' reġjun jew le. X'se jieklu n-nies jinteressana u mhux it-titlu. Nagħlaq billi nikkwota lin-negozjant Għawdxi John Magro fejn qal li qed jibża' li Għawdex qabad it-triq ta' Kemmuna li f 'ħamsin sena l-popolazzjoni tagħha minn madwar 50 persuna spiċċat bi tnejn għax il-gżira m'għadhiex sostenibbli. Avvenimenti kulturali f'Għawdex Mark Attard (Malti li jgħix Għawdex u jaqsam kuljum għax-xogħol) L-akbar prijorità għandha tkun li jkun hemm servizz ta' Katamaran lejn il-Belt bi prezz raġonevoli u mhux bi prezz ridikolu li jfalli qabel jibda. Illum il-Ħadd 3 ta' Novembru Tifkira tal-Għarqa 30 ta' Ottubru 1948 Il-Port tal-Imġarr:- 9.30 a.m. Tifkira tal-għarqa li seħħet fit-30 ta' Ottubru 1948 meta 23 ħaddiem Għawdxi tilfu ħajjithom meta qasmu lejn Għawdex b'luzzu li għereq. Se jintefgħu xi fjuri minn qrabat il-mejtin fil-post fejn kien għereq il-luzzu. Din ittifkira se tkun preseduta mill-Ministru għal Għawdex Dr Anton Refalo fuq wieħed mill-vapuri tal-Gozo Channel. DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW Mabbli Zammit (Għawdxi) L-aktar ħaġa importanti hi xogħol fuq din il-gżira YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

