Illum previous editions

illum 3 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 COLLIS Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Valletta DARWIN Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Guzepp, Ħamrun ANICI Pharmacy, Triq Anici, Qormi ST. Paul's Pharmacy, Triq Brared, Birkirkara ST. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Gużepp, Gwardamanġa J.V.'S Pharmacy, Wied is-Swieqi, Swieqi CHEMIMART Ltd. Pharmacy, 4,5,6, Il-Piazzetta, Triq it-Torri, Sliema M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Attard MEDICINE Chest Pharmacy, Triq Demitriju Farrugia, Għargħur PROMENADE Pharmacy, St Paul's Court, Pioneer Road, Buġibba FLEMING Pharmacy, 61, Triq ĦażŻabbar, Paola MILIA'S Pharmacy, 73, Triq il-Kottonera, Birgu CILIA'S Pharmacy, 303, Triq HażŻabbar, Fgura BLOSSOMS Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birżebbuġa CENTRAL Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Luqa SPIŻERIJA Ħal-Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Żebbuġ SANTA Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Dingli ABELA'S Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Victoria VELLA Pharmacy, 15, Triq 13 ta' Dicembru, Nadur TEMP ILLUM L-OGĦLA L-INQAS TEMP 26˚Ċ 18˚Ċ Ftit imsaħħab lokalment ftit jew wisq imsaħħab għall-ewwel, li jsir sabiħ jew lokalment ftit imsaħħab. VIŻIBILTA' Tajba RIĦ Lvant għall-Grigal forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 għallewwel, li jsir varjabbli forza 2 għal 3 aktar tard. GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq www.gozochannel.com TEMP GĦADA L-OGĦLA L-INQAS TEMP 26˚Ċ 18˚Ċ Ftit imsaħħab b'perjodi twal xemxin. VIŻIBILTA' Tajba RIĦ Punent għall-Majjistral forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4. Baħar: Ħafif. SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. 83 70 20 87 75 21 77 16 Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda Il-Ministri jattakkaw il-kunflitt ta' interess dwar it-theddida tal-PN li jirtira ċ-ċittadinanza IL-MINISTRU talIntern Manuel Mallia attakka l-pożizzjoni li ħadet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista dwar l-iskema taċ-ċittadinanza kif propost mill-Gvern Laburista, filwaqt li qal li l-pożizzjoni tal-partit mhux ċara għaliex filli l-PN kien kontra minħabba kwistjoni ta' prinċipju u filli qed jitlob emendi dwar din l-iskema. "Smajna b'ħafna interpretazzjonijiet," qal Mallia waqt konferenza tal-aħbarijiet flimkien masSegretarju Parlamentari responsabbli mill-Ġustizzja Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari responsabbli mit-tkabbir ekonomiku Edward Zammit Lewis. "L-istqarrija tal-PN uriet kif l-Oppożizzjoni trid tiddiskuti l-emendi dwar din il-liġi li aħna qed inressqu." Il-PN qal li jista' jirtira l-passaporti li jinħarġu taħt din l-iskema, ġaladarba jkun fil-poter. Il-Prim Ministru Joseph Muscat diġà ppromwova l-programm f 'Londra sabiex ibiegħ iċċittadinanza Maltija għallprezz ta' €650,000. Muscat sostna li permezz ta' din l-inizjattiva, pajjiżna jista' jdaħħal mat-€30 miljun li mbagħad jintefgħu f 'fond nazzjonali. Il-Ministru Mallia qal li l-qliegħ minn din l-iskema, li ser tattira persuni sinjuri ħafna, ser ikollha effett pożittiv fuq l-ekonomija tagħna, permezz ta' investiment addizzjonali, ixxiri ta' proprjetà u l-ħolqien tax-xogħol. "L-Oppożizzjoni qed tipprova tbeżża' bl-istess mod ta' kif għamlet waqt il-kampanja tal-elezzjoni ġenerali. Imma wara seba' xhur dan il-Gvern uriha kif kienet żbaljata. Il-PN baqa' ma tgħallem xejn minnegattività li wera fl-aħħar kampanja elettorali," tenna Mallia. Hu akkuża l-Oppożizzjoni li trid twaħħal il-proċess sabiex din l-iskema tidħol fis-seħħ. "Kif jista' jkun li l-Oppożizzjoni fil-prinċipju ma taqbilx ma' din l-iskema u fl-istess ħin tappella sabiex tiddiskuti l-emendi tagħha." Mallia spjega kif ilkumpanija legali taddeputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech kienet qed tirrappreżenta lill-azjenda Arton Capital, f 'appell dwar id-deċiżjoni tal-ministeru li jagħti d-drittijiet esklussivi lil Henley & Partners. Henley & Partners għandhom iljedd li jbigħu ċ-ċittadinanza Maltija bir-ribass u għal dan se tingħata kummissjoni fuq kull ċittadinanza li tbiegħ. "Kieku l-kumpanija Arton Capital rebħet it-tender, il-PN kien ser ikun pożittiv dwar din l-iskema?" staqsa Mallia. "L-Oppożizzjoni qed tkisser ir-reputazzjoni ta' pajjiżna billi tbeżża' lil dawk li jistgħu potenzjalment ikunu investituri f 'pajjiżna. Jien nisħaq li tieqaf tagħmel dan," enfasizza Manuel Mallia. Is-Segretarju Parlamentari Owen Bonnici qal li l-kumpanija Henley ser jiġu mħallsa somma ta' 4% tal-pagament tal-applikant u mhux €140,000 kif qed ikun allegat mid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. 90% ta' din id'donazzjoni' ser tmur għal fond nazzjonali. Fl-istess waqt, ilkandidata Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qed tirrappreżenta lillkumpanija Arton Capital li qed tikkontesta t-tender li ngħata lil Henley. "Li jkollok żewġ membri tal-PN jirrappreżentaw lil din il-kumpanija jġiegħlek tistaqsi jekk il-PN għandux membri li huma favur din l-iskema taċ-ċittadinanza u jekk kinitx tkun problema li kieku din l-iskema ntrebħet minn Arton Capital," qal Bonnici. Owen Bonnici insista li l-intenzjoni tal-Kap talOppożizzjoni Simon Busuttil li jirtira kull passaport li jkun inħareġ taħt din l-iskema, ġaladabra l-PN jitla' fil-Gvern, bħala "kontra l-kostituzzjoni." "Kieku l-PN jieħu pożizzjoni li jwaqqaf din l-iskema nifimha. Imma li jirtira ċ-ċittadinanza maħruġa? Hu fatt inkwetanti ħafna li xi ħadd li jaspira li jkun Prim Ministru jagħmel dikjarazzjoni bħal din, u b'sempliċi daqqa ta' pinna jirtira ċ-ċittadinanza mibjugħa." Il-PN jinsisti li l-irtirar taċ-ċittadinanza mibjugħa huwa skont il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta' pajjiżna Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li fil-jiem li għaddew, komplew jiżdiedu l-istqarrijiet u r-reazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet u esperti li lkoll qegħdin jgħidu b'mod ċar li l-iskema taċ-ċittadinanza kif proposta mill-Prim Ministru Muscat tpoġġi l-identità Maltija għall-bejgħ, hija nieqsa mit-trasparenza u tħalli wisq bibien miftuħin għall-abbuż ta' poter. L-istqarrija tgħid li "minkejja li l-Oppożizzjoni għamlet appell biex tiġi riveduta l-iskema taċċittadinanza qabel ma ssir ħsara rreparabbli lirreputazzjoni ta' pajjiżna, u minkejja li offriet l-appoġġ tagħha sabiex jinstab kunsens dwar dawn ilbidliet, il-Prim Ministru Muscat ħa d-deċiżjoni li jkompli jippromwovi din l-iskema kif inhi barra minn xtutna. Dan b'disprezz sħiħ lejn l-istituzzjoni talParlament, li għadha qas biss approvat din l-iskema." Fid-dawl ta' dan kollu, l-istqarrija qalet li l-Partit Nazzjonalista millġdid iwissi li ġaladarba jkun fil-Gvern, jirtira kwalunkwe ċittadinanza li tkun inbiegħet millGvern preżenti. Il-Partit Nazzjonalista jerġa' jsostni li l-pożizzjoni tiegħu hija skont dak li jipprovdu l-Kostituzzjoni u l-Att dwar iċ-Ċittadinanza li t-tnejn jagħtu d-dritt lillGvern ta' pajjiżna jirtira ċ-ċittadinanza. "Il-Partit Nazzjonalista mill-ġdid itenni l-appell tiegħu lill-Prim Ministru Muscat sabiex ma jkomplix iwebbes rasu rigward il-pjan tiegħu li jbiegħ bir-ribass iċ-ċittadinanza ta' pajjiżna," ittemm tgħid l-istqarrija.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 November 2013