Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642
Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 | illum 3 Ħames snin wara l-ftuħ tal-impjant taċ-Ċumnija: Jitilqu t-Taljani, jiżbroffa d-drenaġġ JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt PARTIJIET mill-impjant għat-trattament taddrenaġġ fit-Tramuntana ta' Malta spiċċaw ma tħaddmux, wara li fl-ewwel t'Ottubru l-konsorzju Taljan IBI telaq minn Malta u l-Korporazzjoni għasServizzi tal-Ilma (WSC) ħadet it-tmexxija tal-impjant f'idejha. Il-konsorzju Taljan telaq minn Malta mill-1 t'Ottubru kif miftihem fil-protokol Taljan, li ffinanzja l-maġġor parti tal-proġett. Sorsi infurmati li tkellmu magħna qalu li "kif telqu t-Taljani, bejn nuqqas ta' ħaddiema u nuqqas ta' expertise kien hemm nofs l-impjant ma setax jitħaddem." Jgħidu wkoll li ma kienx hemm hand-over sura u li l-Maltin ma tħarrġux fil-ħin biex jieħdu posthom. Konsegwenza ta' dan, kważi nofs l-impjant ma tħaddimx għal xi żmien u kien hemm żbruffar ta' drenaġġ fil-baħar minħabba dan in-nuqqas. Kelliem għall-Korporazzjoni tal-Ilma kkonferma li kien hemm xi żbroffi temporanji, iżda qal li dan kien frott xi L-impjant taċ-Ċumnija fil-Mellieħa testijiet li kienu qed isiru fuq makkinarji ġodda. Hu saħaq li l-problemi ma kienu xejn ta' barra minn hawn li kien jinħtieġ l-involviment tal-Ministeru. "Ma kien hemm xejn partikolari. Nassigurak li l-WSC wara 5 snin għandha altru minn biżżejjed esperjenza biex tħaddem impjanti ta' dan it-tip. Pereżempju aħna ilna nħaddmu l-impjant ta' Barkat, li hu ferm aktar sofistikat minn dak taċ-Ċumnija, għal aktar minn sentejn u nofs," qal il- kelliem. Hu kkonferma li teżisti l-problema ta' nuqqas ta' ħaddiema iżda li din kienet qed tiġi indirizzata b'sejħa biex aktar persuni jaħdmu f 'dan l-impjant. Sadanittant, għaddej proċess ta' ristrutturar intern sabiex il-ħaddiema jlaħħqu mal-esiġenzi tal-impjant. Dan jinkludi li l-ħaddiema qed jaħdmu fuq bażi ta' xiftijiet. L-impjant taċ-Ċumnija ġie jiswa madwar €11-il miljun, u beda jopera fil-bidu t'Ottubru 2008. fl-elezzjoni ġenerali ta' Marzu li għadda. Il-proċess tal-preżentazzjoni u l-approvazzjoni tal-baġit li jingħata bidu għalih għada filgħaxija, jieħu 18-il seduta parlamentari, sal-Ħamis 21 ta' Novembru. Ikompli minn paġna 1 Reazzjoni ta' sorpriża L-ISTESS reazzjoni ta' sorpriza kellhom grupp ta' nies li kienu qed jużaw il-lift tal-Ministeru, li hekk kif wasal fil-ground floor u nfetaħ sabu, lill-Prim Ministru jistenna biex jidħol minflokhom u jasal sas-sular li kien indikat lilu mir-receptionist. Is-sorsi li tkellem ma' ILLUM qalu li l-Prim Ministru ħa l-okkażjoni biex iltaqa' mal-ħaddiema li kienu għaddejin bil-ħidma tagħhom b'rabta mal-baġit, fejn fost l-oħrajn kienu qed isiru xi emendi f 'partijiet tad-diksors, li kienu indikati minnu. Dr Muscat anke ċċajta mal-ħaddiema dwar kemm kull tant ma jkunx faċli li oħrajn jagħrfu l-kitba tiegħu. Il-Prim Ministru għamel iktar minn tliet sigħat fil-Ministeru tal-Finanzi fejn flimkien mal-Ministru Edward Scicluna u mas- Segretarju Permanenti Alfred Camilleri reġgħu ħarsu f 'dettal lejn il-miżuri li l-Gvern se jkun qed iħabbar għada. Sadanittant ILLUM jista' jiżvela wkoll li b'differenza minn baġits oħra li kienu ppreżentati fl-aħħar snin, id-diskors tal-baġit li se jkun ippreżentat għada ma ħariġx mill-pinna ta' persuna waħda. Bil-kuntrarju, kienu tlieta l-membri tal-Kabinett li taw is-sehem tagħhom fil-kitba tad-diskors talbaġit. Minbarra l-Ministru tal-Finanzi, l-Profs Edward Scicluna, li għada se jkun qed jippreżenta u jaqra d-diskors tal-baġit, kkontribwew ukoll b'mod dirett fil-kitba tad-diskors id-Deputat Prim Ministru Louis Grech u l-Prim Ministru Joseph Muscat. Fil-pubbliku, f 'okkażjonijiet differenti l-Prim Ministru YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt ddikjara li permezz tal-baġit, il-Gvern se jkun qed iwettaq l-ewwel fażi tal-manifest elettorali li kien ippreżentat