Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642
4 illum | Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 Direct orders galore Tkompli minn paġna 1 NOFS id-direct orders mogħtija mill-privatisation unit fi żmien l-aħħar gvern Nazzjonalista marru għand dawn iż-żewġ ditti talavukati. Fil-fatt bejn l-2008 u Marzu li għadda, minn total ta' miljun ewro f 'direct orders li ngħataw mill-privatistaion unit, nofs miljun ewro, marru ħaduhom Fenech & Fenech u GVTH. Fenech & Fenech ingħataw 13-il direct order b'valur ta' €315,000 waqt li GVTH ingħataw 35 direct order b'valur ta' €180,000. Fenech & Fenech ingħataw direct order waħda fl-2008 u fl-2009, żewġ direct orders fl-2010, erba' direct orders fl2011 u fl-2012 u direct order ieħor fl-2013. Min-naħa l-oħra GVTH ingħataw tliet direct orders fl-2010, 13-il direct order fl-2011, 15-il direct order fl-2012 u erba' Anne Fenech u Joe Zammit Maempel, tnejn mill-avukati li jaħdmu f'dawn il-kumpaniji direct orders fl-2013. Il-ħlasijiet li saru lil dawn iż-żewg ditti kienu b'rabta ma' konsulenzi legali. Fost affarijiet oħra Fenech & Fenech ingħataw ħlasijiet qawwija b'rabta malprivatizzazzjoni tat-tarznari u tal-yacht marinas waqt li GVTH tħallsu eluf ta' ewros għal konsulenzi fl-oqsma tallotteriji u l-gaming. Fiż-żmien li dawn iżżewġ ditti legali waħedhom ingħataw nofs miljun ewro f 'direct orders, ilprivatisation unit kien jaqa' taħt ir-responsabbilità politika tal-eks Ministru talFinanzi Tonio Fenech, li wara l-aħħar elezzjoni ġenerali, intgħażel minn Simon Busuttil biex ikun ix-shadow Minister tal-Finanzi tiegħu. Missier ta' vittma talattakki f 'Lockerbie jgħid li Malta għandha tnaddaf isimha JEROME CARUANA CILIA MISSIER ta' vittma flattakki ta' Lockerbie appella lill-Gvern sabiex iressaq il-każ ta' Lockerbie quddiem l-iScottish Criminal Case Review Commission biex tnaddaf isimha minn kull implikazzjoni dwar dan l-att terroristiku li seħħ 25 sena ilu li fih kienu nqatlu 270 persuna. Dan ħareġ waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Kavallier ta' San Ġakbu l-Belt Valletta. Jim Swire tilef lil bintu ta' 24 sena fl-attakk ta' Lockerbie qal li "25 sena wara l-mewt ta' binti għadni ma nafx il-verità kollha dwar dan il-każ. Dan għaliex il-politiċi qed jaħbu l-verità kollha. L-istorja li tahom poġġiet lil Malta f 'dawl ikrah għaliex is-sentenza ta' alMegrahi tgħid li Malta kienet involuta, meta jien konvint li dan mhux minnu u Malta ma kienet involuta bl-ebda mod." Jim Swire jinsab f 'Malta fejn il-Ġimgħa attenda għal reċta blisem 'The Lockerbie Bomber' li saret f 'St James Cavalier. Iżżjara tiegħu qed issir bl-appoġġ ta' The Strickland Foundation. Al-Megrahi, kien instab ħati tal-qtil ta' 270 persuna fl-attakk terroristiku li sar permezz ta' bomba fuq l-ajruplan PanAm 103 li splodiet meta t-titjira kienet fuq il-villaġġ ta' Lockerbie fl-Iskozja. Hu kien illiberat fl-2009 minħabba raġunjiet ta' saħħa. Waqt li kien qed jinstema' l-każ, ilprosekuzzjoni argumentat li l-akkużat poġġa l-bomba fuq l-ajruplan li ħalla Malta. Swine li huwa akkumpanjat minn Robert Forester millGrupp Justice for Megrahi, kellhom laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat u malMinistru tal-Affarijiet Barranin George Vella. Hu qal li l-Gvern Malti jista' jagħmel xi ħaġa biex isem Malta jitnaddaf minn dan il-każ u Malta terġa' tikseb irreputazzjoni tajba tagħha. "Malta għandha tressaq dan l-appell quddiem l-awtoritajiet Skoċċiżi," sostna Swire. Abdelbaset al-Megrahi, kien instab ħati li poġġa l-bomba fuq l-ajruplan qabel ma dan ħalla Malta. Swire qal li al-Megrahi 'huwa ħabib' u saħaq li jinsab ċert bl-innoċenza tiegħu. "L-evidenza li kkonvinċiet lili u ħafna individwi oħrajn li al-Megrahi huwa innoċenti u l-ħtija ntefgħet kollha fuqu apposta, hija l-evidenza dwar itteknoloġija tal-bomba," temm jgħid Swire.