Illum previous editions

illum 3 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 | illum 5 "Qed jitmejlu bina" Tkompli minn paġna 1 "QED jitmejlu bina," qalilna individwu li ilu jaħdem ma' media.link communications għal aktar minn għaxar snin. "Dejjem għamilt xogħli bl-aħjar mod possibbli u dejjem tajt is-servizz tiegħi mill-qalb, issa qas biss qed nieħu dak li ħaqqni. Il-paga hi tiegħi bi dritt!" "Ma nistax nifhem kif sar dan id-dejn kollu. Jalla xi darba l-verità toħroġ u ż-żejt jitla' f 'wiċċ l-ilma," qal dan il-ħaddiem. Hu saħaq li minn Marzu li għadda baqa' ma ħax ir-ruħ. "Ilni xhur nistenna biex nerġgħu niġu fuq saqajna. Qtajt qalbi issa." Fit-28 ta' Marzu kienet saret laqgħa għall-ħaddiema kollha tal-PN li fiha l-eks Segretarju Ġenerali Pawlu Borg Olivier kien ħabbar li l-Partit Nazzjonalista jinsab fi kriżi finanzjarja u għaldaqstant il-paga taxxahar ta' Frar kienet ser tittardja xi ftit. Preżenti kien hemm ukoll l-eks kontrollatur finanzjarju tal-PN Antoine Borg li llum huwa deputat f 'isem il-PN. Il-ħaddiema li tkellmu mal-ILLUM qalu li Antoine Borg kien iktar moħħu fil-kampanja elettorali tiegħu personali milli fl-amministrazzjoni finanzjarja tal-PN. Huma jinsabu rrabjati b'dan kollu u enfasizzaw li Borg huwa wieħed minn dawk li b'nuqqas ta' responsabbilità ġab lill-Partit Nazzjonalista f 'qagħda finanzjarja tal-biki. "Pawlu Borg Olivier jidher li qed jgħaddiha tajjeb," kompla dan il-ħaddiem. "Hu u martu, li taħdem bħala segretarja mal-PN, siefru l-Alpi u Bologna u anke xtraw karozza ġdida. U jien bilkemm qed inwassal salaħħar tax-xahar. Imisshom jistħu. Nispera li issa li telqu dawn in-nies inkompetenti nerġgħu nieħdu r-ruħ, avolja għad fadal uħud parti minn din il-klikka," sostna dan ilħaddiem b'rabja kbira. Ħaddiema tal-PN li tkellmu mal-gazzetta ILLUM qalu li l-part-timers mhumiex ser jitħallsu minnufih, iżda wara li jitħallsu l-fulltimers. "Nifhmu li l-ewwel jitħallsu l-full-timers, imma l-amministrazzjoni għandha żżomm f 'moħħha li aħna nagħmlu xogħol daqshom. Saħansitra, għal ħafna minnha, dan hu l-uniku introjtu għalina," enfasizzaw dawn l-impjegati. Intant, sorsi qrib ħafna tad-Dar Ċentrali qalu li l-Media Manager ta' media. L-eks Segretarju Ġenerali Pawlu Borg Olivier flimkien ma' Ian Cilia, li hu responsabbli milli joħroġ il-pagi talħaddiema. L-impjegati li tkellmu magħna ddeskrivewhom bħala parti mill-'klikka' tal-amministrazzjoni tal-PN. link communications Louiselle Vassallo rriżenjat. Mhux magħruf jekk kinitx imġiegħla tirriżenja jew inkella jekk telqitx minn jeddha. Li hu żgur, qalulna dawn is-sorsi, li f 'dawn l-aħħar xhur kien hemm tensjoni kbira bejn Louiselle Vassallo u s-Segretarju Ġenerali Chris Said. Dawn is-sorsi qalu li Said u Vassallo ma kinux qed jaqblu fuq it-tmexxija tal-istazzjon talPartit Nazzjonalista. Ir-riżenja ta' Vassallo ġabet magħha numru ta' mistoqsijiet dwar min ser jieħu postha. Sorsi qrib ħafna tal-Partit Nazzjonalista qalu li Chris Scicluna huwa l-favurit għal dan l-irwol. Scicluna huwa viċin ħafna tal-Kap tal-PN Simon Busuttil u tal-eks Kap talKomunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Gordon Pisani. Fl-elezzjoni għallħatra ta' Kap ġdid tal-PN, Scicluna kien ħadem bis-sħiħ sabiex jilħaq Simon Busuttil. Barra minn hekk, din il- gazzetta tinsab infurmata wkoll li numru ta' eks ħaddiema li m'għadhomx jaħdmu ma' media.link communications għadhom bla pagi. Saħansitra wħud minn dawn il-pagi jmorru lura għal bosta xhur u hemm min għadu jrid jitħallas għax-xahar ta' Lulju. Dan minkejja li dawn ilħaddiema kienu ngħataw kelma li dak li hu dovut lilhom ser jingħatalhom malli jitilqu mill-post taxxogħol.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 November 2013