Illum previous editions

illum 3 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

"Il-Knisja qed teq 12 illum | Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 M eta tiġi biex tiddeskrivi lil Patri Mark Montebello għandek għażla minn fejn tagħżel għax kienu bosta t-tikketti li ngħataw lilu matul is-snin. Ribelluż, liberali, filosfu, Laburist? Hu jippreferi jiddeskrivi lilu nnifsu bħala kurjuż u imprevedibbli, imma jaċċetta wkoll li hu ribelluż kontra kull għamla ta' jasar mentali, fiżiku u materjali. B'mod partikolari, isostni li ma jissaportix l-istrutturi soċjali, politiċi, ekonomiċi u reliġjużi li jgħakksu lil xi ħadd. Jgħidli kif għalih, li wieħed ikun ribelluż quddiem l-inġustizzji u l-isfruttamenti hu dover uman daqskemm nisrani. Inkwiet mal-Knisja Iżda l-ħsibijiet u l-filosofija ta' Patri Mark mhux l-ewwel darba li ġabuh fl-inkwiet. Anke għaliex minn dejjem kien persuna li jgħidha kif iħossha, bla ebda tidwir mal-lewża. "L-onestà fil-ħsieb, fil-kliem u fl-għemil inqisha bħala kwalità li għandu jkollu kulħadd, kemm dawk li m'għandhomx setgħa u kemm dawk li għandhom. Sfortunatament, ħafna drabi ssib li min jilħaq jabbanduna xi ftit l-onestà. Isiru politiċi: nies li jfasslu kif se jibqgħu jirkbu fuq ħaddieħor. Dan għalija huwa immaturità umana daqskemm kontra l-prinċipji ta' Kristu, li nżomm bħala mudell ewlieni f 'ħajti," jirrispondi Patri Mark. Nirrimarkalu li bil-miġja ta' Papa Franġisku, il-Knisja universali bdiet issir aktar liberali fil-ħsibijiet. Iżda dan qed jiġi rifless fix-xena lokali? "Kif inhuma sejrin l-affarijiet, il-Knisja se tibqa' miexja fuq filmogħdija tal-estinzjoni. Qed teqred lilha nfisha u ma tafx kif għandha ddawwar il-korsa. L-Arċisqof Pawlu Cremona kien ġab miegħu ħafna tama li se jdawwar it-tmun, iżda dan ma seħħx. Frankament, ma jidhirx li l-affarijiet se jinbidlu fil-futur prevedibbli (għall-anqas mhux jekk ma tiġrix xi ħaġa mirakoluża). Biex l-affarijiet jinbidlu mil-lat istituzzjonali huma meħtieġa deċiżjonijiet ta' natura fundamentali ħafna, li ma naħsibx li hemm irrieda u t-tħejjija politika għalihom," jirrispondi bla ebda tlaqliq Montebello. Patri Mark Montebello dwar l-inkwiet mal-Knisja, l-Unjoni Ċivili u r-relazzjoni tiegħu mal-Partit Laburista. James J. Piscopo jpiscopo@mediatoday.com.mt Il-Knisja wara l-kampanja taddivorzju Iżid jgħid li l-kampanja tad-divorzju ħalliet effett devastanti fuq il-kurja. "Bid-divorzju l-Knisja sparat ġo saqajha. Iffukat fuq it-teknikalitajiet tad-divorzju mingħajr ma ntebħet dwar xiex kienet il-kwistjoni essenzjalment, jiġifieri jekk għandhiex moralità partikolari (f 'dan il-każ, dik Kattolika) tiġi imposta fuq il-popolazzjoni kollha. Tant dan ma ntebħitx bih (u lanqas tgħallmet), li issa, fil-kwistjoni tal-unjoni ċivili bejn nies tal-istess sess, qiegħda terġa' tirrepeti l-iżball li kienet għamlet fil-kampanja tad-divorzju. Dan jikkonferma l-mogħdija ta' estinzjoni li semmejt qabel." Mistoqsi dwar x'inhu t-tibdil meħtieġ, Montebello, li bħallArċisqof hu patri fl-ordni Dumnikana, jgħid biex il-Knisja tieqaf tilgħabha ta' istituzzjoni ta' setgħa u tinża kull pretensjoni fir-raġunar u d-diskorsi tagħha. Skont hu, il-Knisja lokali trid tinsa l-privileġġi politiċi li kisbet matul is-snin u sservi fl-umiltà fuq livell ugwali ta' movimenti soċjali oħra. Iċċensurat mill-Kurja L-inkwiet bejn Montebello u l-Knisja jmur lura sal-bidu taddisgħinijiet, meta żewġ programmi li l-patri kien jippreżenta ġew iċċensurati u mwaqqfa millawtoritajiet ekkleżjastiċi. Hu jiddeskrivi r-reazzjoni tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca bħala 'panikuża u esaġerata fiż-żmien meta beda jidħol il-pluraliżmu fix-xandir. Montebello jirrakkonta kif l-Arċisqof kien ġiegħel lis-superjuri tiegħu jwaqqfuh millprogrammi u saħansitra jimponu silenzju pubbliku fuqu għal diversi xhur. "Għaraft fil-laħam il-ħaj li mhux kull min jipprietka l-onestà, issinċerità u l-verità jħobbhom jew "Mhux kull min jipprietka l-onestà, is-sinċerità u l-verità jħobbhom jew jgħixhom tabilħaqq" jgħixhom tabilħaqq," jiddikjara Mark Montebello. L-eżilju Jgħidu li l-istorja tirrepeti ruħha, u għal Patri Mark hekk ġara. Ftit xhur ilu kien ordnat li jmur iservi filMessiku fejn prova jieħu dak li seta' minn din l-esperjenza. "Bagħtuni s-superjuri tiegħi minħabba li qiesu li l-pressjoni straordinarja li kien qed jagħmel l-Arċisqof fuqi setgħet tiżviluppa f 'konfront miftuħ u ikrah bejnietna. Kont qisni ruħ fil-limbu. Fost l-oħrajn esperjenzajt il-gwerer armati narkotiċi fit-tramuntana talpajjiż. Kienet esperjenza qawwija li koinċidiet mar-rieda tiegħi li nibda nirtira ftit mill-ħajja pubblika u ninġabar ftit aktar fija nnifsi." Madankollu ma jqabbilx dak li għadda minnu mal-eżilju ta' Manwel Dimech, li hu wieħed mill-patrijotti Maltin li jispira lil Montebello; l-oħrajn ikunu l-eks Prim Ministru Dom Mintoff, Mikiel Anton Vassalli u Ġiovanni Nicolò Muscat. Ir-relazzjoni mal-Partit Laburista Fl-aħħar snin, Mark Montebello ma naqasx milli jkun preżenti u anke jindirizza diversi attivitajiet tal-Partit Laburista. Inevitabbilment insaqsih jekk bħala reliġjuż għandux iżomm 'il bogħod minn attivitajiet politiċi. "Fil-fatt hekk nagħmel b'mod konsistenti. Rarament u eċċezzjonalment nieħu sehem f 'xi attività politika għaliex ikunu stednuni għaliha. Minn dan il-lat u b'dan il-mod, jien dejjem lest nieħu sehem f 'attivitajiet bħal dawn kemm ta' partit u kemm ta' ieħor. F'okkażjonijiet bħal dawn, inwassal ittwemmin tiegħi bħala nisrani u bħala Kattoliku," jispjega l-patri. Imma x'jirrispondi għal min waħħallu t-tikketta ta' Laburist? "Jien ma nidentifikax lili nnifsi mal-Partit Laburista. Lanqas xejn. Iżda mal-ideali li jirrappreżenta l-moviment Laburista dinji u malmod ta' analiżi soċjalista, iva. Irrelazzjoni li jien għandi mal-PL hija bħalma għandhom il-biċċa l-kbira tan-nies: miniex xi wieħed minn ta' ġewwa, kif ngħidu, u lanqas irrid inkun." Montebello jżid jgħid li kieku jista' jneħħi l-partiti politiċi u jbiddel s-sistema politika għal waħda fejn kull deċiżjoni tittieħed direttament mill-poplu. L-Unjoni Ċivili u d-droga Patri Mark jgħid li hu favur li l-omosesswali jkollhom id-dritt li jagħżlu unjoni li mhux kattolika, u li l-istat għandu jipprovdi l-possibbiltà legali ta' din l-unjoni. Jaqbel ukoll li koppji omosesswali jadottaw, għax la darba tiddaħħal l-unjoni ċivili, koppji omosesswali m'għandhomx jiġu mċaħħda minn drittijiet li għandhom unjonijiet oħra. Madankollu, jargumenta li jekk bħala kattoliku jaqbilx jew le huwa argument ieħor. Ma joġġezzjonax lanqas għaddekriminalizzazzjoni ta' soft-drugs, u jgħid li jekk ma tibqax illegali li tkabbar il-kannabis fost l-oħrajn, tkun qed taqta' ħafna mill-kummerċ "L-Arċisqof Pawlu Cremona kien ġab miegħu ħafna tama li se jdawwar ittmun, iżda dan ma seħħx" u l-isfruttament li qed isir bħalissa. "Għaldaqstant, ma nistax ma naqbilx magħha. Madankollu, ma naqbilx ma' min jippreżenta din it-tip ta' dekriminalizzazzjoni bħal xi soluzzjoni finali għall-problema tal-kummerċ u l-isfruttament taddroga. Id-dekriminalizzazzjoni mhux bakketta maġika li ssolvi l-kwistjoni kollha. Tista' tkun xabla b'żewġt ixfar." Wara dawn ir-risposti, ġietni mistoqsija naturali x'nagħmillu: Patri Mark iħossu f 'kunflitt mat-tagħlim tal-Knisja? "Lanqas xejn. Jien nipprofessa għal kollox it-tagħlim bażiku u fundamentali tal-Knisja Kattolika fl-intier tiegħu. Fejn inħossni f 'konflitt ma' xi wħud fit-tmexxija tal-Knisja f 'Malta huwa fil-viżjoni antropoloġika u ekkleżjoloġika tiegħi u tagħhom. Ngħid f 'Malta, għax f 'ħafna pajjiżi tad-dinja lanqas isqfijiet u kardinali ma jaqblu magħhom f 'dawn l-aspetti." Il-Papa Franġisku Nagħlqu l-intervista dwar il-Papa Franġisku u l-impressjoni li qed iħalli fil-bidu tal-pontifikat tiegħu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 November 2013