qred lilha nfisha"
Ritratt: Ray Attard
Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 | illum 13
Montebello jiddeskrivih bħala
konservattiv liberali, imma liberali
pur u sempliċi mhuwiex.
"S'issa l-Papa ma jidhirlix li
qatt tkellem dwar reviżjoni ta' xi
duttrina (la dommatika u lanqas
morali), iżda biss dwar il-ħtieġa
ta' metodi aħjar u aktar sempliċi
ta' kif titwassal l-istess duttrina
ta' qabel. Fl-istess waqt, minkejja
li l-Papa qiegħed jagħmel ħafna
eżortazzjonijiet (jew tħeġġiġ, jekk
trid) għal Knisja aktar sempliċi,
s'issa ma jidhirx li tħajjar jagħmel
bidliet sinifikanti ta' natura
strutturali. Żgur li ġibed ħafna
attenzjoni fuqu nnifsu. Dan ma
jgħinx fid-deċentralizzazzjoni
li għandha bżonn il-Knisja u li
pprova joħloq il-Konċilju Vatikan
II. Il-Papa Franġisku huwa persuna
stupenda. Imma hawnhekk
m'aħniex nitkellmu fuq x'persuna
hu, imma fuq x'persuna għandha
tkun il-Knisja fil-fasla istituzzjonali
tagħha," itemm jgħid Montebello.
"Bagħtuni
l-Messiku
minħabba li
qiesu li l-pressjoni
straordinarja li
kien qed jagħmel
l-Arċisqof
fuqi setgħet
tiżviluppa
f'konfront miftuħ
u ikrah bejnietna."