Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642
Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 | illum 15 x ... u l-Buzu jzekzek Il-poodle Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bilmobajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt jew sms 99395227 It-Tereżina u ż-Zammit Dimech Erġajt qomt mir-raqda, din il-ħalba xita tgħini mhux ħażin. Kemm għoġobni Francis Zammit Dimech meta kien qed jaħdem għallkumpanija li xtaqet tagħmel ix-xogħol minflok Henley. U kemm ħadt pjaċir nara lil Therese Comodini Cachia l-kandidata tal-PN tirrappreżenta l-istess kumpanija. Ħa ngħidlek trid tkun tajjeb u ipokrita li tkun f'partit li kontra l-ħruġ ta' passaporti u mbagħad taħdem għal min irid joffri l-Gvern Malti skema għall-passaporti. Lil Francis u lil Therese ngħidilhom 'give me five.' Austin miskin min ikun qed jagħti dawn il-pariri, xi kowċ li ma jkun iridu ħadd jew xi kowċ imkeċċi jew li qatt ma rebaħ xejn. Imma nsomma l-qaħba milli jkollha tagħtik hux vera! Imbagħad xi ngħidu għal dik li tkun fil-pitch u tagħmel analiżi sħiħa tallogħba għax min għaliha tifhem ħafna u tinsa dak li suppost ikun xogħolha li tgħid fil-qosor x'qed isir hemm isfel. U ngħidu LGBT għal omosesswali... jew ADHD għat-tfal imqarba... immigranti irregolari għal klandestini illegali, ifittxu ażil għal asylum seekers, unjoni ċivili biex ma ngħidux żwieġ bejn l-omosesswali… U bilħaqq għaliex dan il-qrid kollu għax l-LGBTs ma rriduhomx jadottaw u nwaħħlu fl-imsejkna tfal għax jitgerfxu... safejn naf jien l-ewwel kliem li jitgħallmu t-tfal huma MA-MA u PAPA, mela jekk ikollok żewġ mummies tgħajjat MA-MA u jekk żewġ daddies, PAPA...Għal din qed nagħmlu għaġeb? Sadanittant nixtieqkom tfehmuni biss id-differenza bejn unjoni ċivili u żwieġ? Arrest u miżmum għallinterogazzjoni? Worcestershire u Russel Square, Londra? Religio et Patria u vot favur l-unjoni ċivili? Laqa' penalty u falla penalty? Fehmuni ftit għax jien ma nafx x'jgħiduli pero 'slow' biex nifhem. Mela ħabib tiegħi staqsa din il-mistoqsija. Jekk jien kattoliku ferventi u għandi post li jinkera għat-tiġijiet u tiġi koppja LGBT (għax hekk suppost ngħidha) biex tikrih. U jien bħala kattoliku ferventi ma naqbilx ma' dawn iż-żwiġijiet jew aħjar Unjoni Ċivili. Skont ilkostituzzjoni ma nistax nirrifjuta għax inkun qiegħed niddiskrimina fuq bażi sesswali, iżda l-kostituzzjoni tgħid ukoll li jien għandi dritt nipprattika kull reliġjon li rrid. Tistgħu tgħiduli liema parti millkostituzzjoni tgħodd? Ħaġa moħġaġa tajba hux. Jien ta' ħmar li jien ma nafx inweġibha, tgħid hemm min jaf iweġibha? Min mhux kapaċi jsolviha jitfa' ritratt ta' ħmar (u mhux ta' ġiraffa) fuq il-Fejsbook flok wiċċu... Mela nnutajt li Jowey dan l-aħħar ma tantx qed iħares 'il fuq... għax meta ħares lejn il-baħar lemaħ ċimiterju ta' Afrikani u li kieku ħares lejn is-sema kien jara ċimiterju ta' tajr u ajkli. U minn għada addio, fejn marru Kurt u Ramona, addio Norman, addio kemm qed jitħallas dak u kemm kien jitħallas l-ieħor, addio Holmes u l-għaxar snin ħabs, addio Nirvana u dawk li mietu traġikament għax minn għada l-Fejsbook, l-istazzjonijiet tar-radju, tat-televiżjoni, il-ġurnali u l-online press full on fuq il-baġit. Naħa tgħid baġit ta' suċċess, l-oħra tgħid ta' falliment, esperti u ekonomisti jinqalgħu minn kullimkien u kulħadd jgħid tiegħu għal madwar xahrejn sħaħ. Sa ma naslu għal festi Natalizji fejn kulħadd jieħu b'idejn xulxin, nitgħannqu u mmorru fil-pjazza nippritkaw il-paċi. Tgerbeb is-sena u nerġgħu nibdew… addio Norman u l-oħrajn kollha għax issa tkun waslet l-elezzjoni għall-Ewropa.. U ż-żmien għaddej... TATA Ħassejt għafsa ta' qalb meta rajt lil Austin Gatt fuq il-vapur u ma jkellmu ħadd. U jaħasra x'ħasra. Kemm hu kiefer il-bniedem. Lil Austin ngħidlu, jien jekk narah żgur inkellmu. Anzi nigdmu u jekk irid nbullu ma' saqajh. Għoddni niftakar meta ġie d-dar fejn kont qed noqgħod u minflok ma daħal, dar fuq il-kanvasser tiegħu u qallu: "Hawn ma nidħlux, għax dawn jivvutawli u ma rridx naħli ħin." Spiċċajna ma tajnihx il-vot u minflok tajnih lil Jean Pierre t-tabib u komplejt fuq il-Lejber. Marlene, Marlene Qed jgħiduli li Norman Vella tgħidx kemm feraħ meta Marlene Farrugia fetħet… ħalqha u qabżet għalih fuq Facebook. U tgħidx kemm innutaw x'qalet Marlene li darba kienet Lejburista, imbagħad meta żżewġet lil JPO saret Nazzjonalista u issa reġgħet daret u saret Lejburista. Smajt, u jien nisma' ħafna, li ta' Kastilja mhux sejrin sew bil-paroli l-vojt tagħha u għalhekk aħjar tibda tgħodd għal meta jkun hemm reshuffle ieħor u hi terġa' tibqa l-art. Ir-rabja ta' Joey Kemm hu rrabbjat Joe Cuschieri għall-fatt li l-Partit (tal-Lejber) qed jappoġġja lil Miriam Dalli u Cyrus Engerer. Cuschieri ma qagħadx jomgħod kliemu. Qal li aħjar tkun t**** u Nazzjonalist għax iktar hemm ċans li titla' l-iskaluni. Instema' jgħid ukoll li mhux sew li dawn ikollhom programm fuq it-televixin u r-radju. Iżda ovvjament kulħadd injora lil Cuschieri – għax bejnietna Kastilja ma tantx jikkunsidrawh xi star. Anne Fenech b'żewġt irjus Kemm ħadt pjaċir li Fenech qed tirrapreżenta dawk il-qabda Għarab mill-Kuwait. Ikolli ngħid li s-sinjura Fenech taf kif imorru l-affarijiet.Tant hu hekk, li meta tiġi għal-lobbying mal-politiċi d-dottoressa Fenech hija minn tal-ewwel li taf minn fejn għandha tgħaddi. Ikun interessanti jekk din marritx xi laqgħa ma' dawn l-Għarab ma' xi ministru tal-Gvern Laburista. Jekk marret lanqas dubju m'għandi li kieku tibda ż-żjara billi tgħid hekk: "Ello, jien mhux qiegħda hawn taħt il-kappell tal-President tal-Eżekuttiv tal-PN, jien qiegħda hawn bħala avukata. U ma hemm ebda forma ta' kunflitt. U jien jekk inkun kostretta nagħżel bejn flus u politika, nagħmel l-oppost li għamel il-ħabib tar-raġel tiegħi, Franco Mercieca. Il-bravu James Piscopo Naħseb li Piscopo issa mhux kontra l-iżvilupp fix-Xemxija hija prova ta' kemm Piscopo huwa bniedem preparat u onest. Għax kieku ma kienx preparat kien jattendi għal-laqgħa tal-MEPA u juri l-impatt ta' 700 appartament fuq it-trasport u t-traffiku. U kieku kien diżonest kien jipproteġi l-interessi ta' dawn il-Kuwaitis u ovvjament l-aħwa Montebello. U għalhekk li nifhem li Piscopo l-eks CEO tal-Lejber baqa' ma qal xejn u ma oġġezzjonax għall-iżvilupp fil-Mistra. poodle@mediatoday.com.mt

