Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642
16 illum | Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 Ħames Minuti ma' Maria Debono MARIA Debono għandha sbatax-il sena u minn Ħal Qormi. Hija studenta talJunior College u tinsab fittieni sena taspira li ssegwi l-karriera ta' accountant. Fil-ħin vojt tagħha tħobb taqra ħafna bijografiji u kotba ta' ġeneri differenti, tħobb issegwi l-futbol kif ukoll tipprattika l-kant peress li huwa wieħed middelizzji favoriti tagħha. Kif tispjega ħajtek? Ħajti nħossha mimlija b'nies li japprezzawni u jħobbuni. Mhux waħda monotona għax fil-ħin liberu tiegħi dejjem nara x'nivvinta biex nimla l-ħin u ma naħlihx. X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? Onestament inħares lejn il-ħajja b'naqra negattività għax parti mill-karattru tiegħi hu pessimist, però nemmen li għandi napprezzaha għax il-ħajja hi mimlija b'affarijiet sbieħ u interessanti. Kemm hi importanti għalik l-imħabba? Inqisha bħala l-aktar valur importanti fost ilvaluri kollha għax mingħajr imħabba l-bniedem ma jiffunzjonax. Inqisha bħala fuel li magna għandha bżonn biex taħdem. Definizzjoni ta' kuntentizza għalik? Li jkolli familja u ħbieb li jħobbuni u niġi aċċettata kif jien biżżejjed biex inkun waħda mill-aktar persuni kuntenti fid-dinja. X'taħseb dwar il-kaċċa f 'Malta? Sinċerament ma naqbilx magħha għax qed noqtlu parti sostanzjali tal-għasafar importanti f 'Malta u għalija dak ma jitqisx bħala delizzju. X'tippreferi: is-sajf jew ix-xitwa? Ix-xitwa Il-frotta favorita tiegħek? Iċ-ċirasa X'taħseb dwar id-drittijiet tal-LGBTI? Għandhom dritt jiżżewġu? Iva nemmen li f 'Malta għandu jkun hawn dan iddritt għax kulħadd bniedem u dawn in-nies m'għandhom xejn differenti minnha u għandhom jingħataw iddritt li jgħixu bħalna. Taqbel mal-adozzjoni għall-koppji tal-istess sess u għalfejn? Iva naqbel għax kif għadni kemm għidt għandhom jingħataw l-istess drittijiet li jingħataw lilna. Għandhom kull dritt jgħixu bħalna u jingħatawlhom l-istess drittijiet li għandna aħna. X'inhi d-differenza skontok bejn nies li l-lingwa li jitkellmu biha ta' kuljum hi l-Malti u oħrajn blIngliż? Jien nemmen li la aħna Maltin għandna nitkellmu bil-Malti. La għandna lingwa oriġinali, għandna nkunu kburin biha. fejqan għaliha. X'jirrabjak? Li nara nies jiġġudikaw lil ħaddieħor mill-apparenza mingħajr ma jkunu jafu minn xiex għadda l-bniedem f 'ħajtu. X'inhi l-ewwel ħaġa li tagħmel kieku tkun eletta Prim Ministru ta' Malta? Nipprova ngħaqqad ilpoplu Malti aktar flimkien biex noħorġu aktar affarijiet tajbin għal pajjiżna. Temmen f 'Alla? Għaliex? Iva nemmen għax ilħolqien ta' madwari ma nimmaġinax li nħoloq waħdu. Li naf li nqum kuljum b'saħħti wkoll iġegħelni nemmen li hemm xi ħadd fuqi jieħu ħsiebi. X'ibikkik? Nies imutu bil-marda talkanċer għax għad m'hawnx Kemm hi moħħha miftuħ Malta fejn tidħol moda? Mhux ħażin, naħseb li hawn nofs Malta mingħaliha taf x'inhi moda u m'għandix l-iċken idea. Kemm tħobb lil pajjiżek? Miniex waħda minn dawk il-patrijottiċi fuq pajjiżhom però kburija li ngħix f 'pajjiż bħal tagħna. L-isbaħ esperjenza ta' ħajtek? S'issa meta ipparteċipajt fil-Junior Eurovision fl2010. Esperjenza li ma ninsiha qatt. Kieku jkollok tagħżel pajjiż li jirrappreżentak liem pajjiż tagħżel? Franza X'inhu suċċess fil-ħajja għalik? Li nagħmel dak li dejjem kelli pjanat u dak li ħdimt għalih. L-iktar darba li stħajt? Meta kont qed inservi ġo ristorant l-inbid u waqqajt xi ftit fuq il-mistednin! Il-Futur ta' Maria Debono... Il-futur ħadd ma jafu però kulħadd jippjanah. Tiegħi nimmaġinah mibni barra minn Malta mhux għax ma nħobbx lil Malta iżda għax minn dejjem kienet il-ħolma tiegħi li mmur ngħix barra u nsib xogħol hemm. Ktieb Ġdid ta' Carmel G. Cauchi Anniversarju FL-OKKAŻJONI talFestival tal-Ktieb 2013, Pubblikazzjoni Preca tal-Blata l-Bajda għadhom kemm ippubblikaw ktieb ġdid ta' Carmel G. Cauchi bl-isem "L-Istejjer tanNanna Vanna". Il-ktieb jiġbor fih 20 storja qasira għat-tfal ta' bejn il-ħames u l-għaxar snin. Kull storja ġġib magħha stampa attraenti bil-kulur, xogħol tal-artist Frank Schembri. L-istil ħafif u mexxej ta' Cauchi jagħmel il-ktieb aċċessibbli għal tfal ta' din l-età, u l-istampi sbieħ ta' Schembri żgur li jqajmu l-interess tal-qarrejja żgħar. Tfal ċkejknin li għadhom ma jafux jaqraw jieħdu gost jiflu YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt l-istampi u jisimgħu xi adult jaqralhom l-istejjer. Din il-prattika għandha tqajjem l-interess fil-qari sa minn età żgħira. Għalliema u katekisti jisgħu jagħmlu użu minn dawn l-istejjer fil-klassijiet tagħhom kemm għall-gost tat-tfal kif ukoll bħala spunt għal diskussjoni fuq livell ħafif u sempliċi "L-Istejjer tan-Nanna Vanna" hu mifrux fuq 96 paġna u qiegħed jinbiegħ għall-prezz ta' €4.00 l-kopja mil-Librerija Preca tal-Blata l-Bajda u minn ħwienet oħra ewlenin. B'tifkira għażiża f 'għeluq it-13-il sena anniversarju millmewt ta' Carmelo Camilleri mir-Rabat. Qatt minsi minn Paul, Joe, Doris, Ċettina, Katie, Marco; in-neputijiet kollha u l-proneputi Miguel Vella. Agħtih il-mistrieħ ta' dejjem. Quddiesa L-GĦAQDA Mużikali Imperial tal-Mellieħa ser torganizza quddiesa b'sufraġju għall-membri, Bandisti u Benefatturi mejtin tal-Għaqda, nhar il-Ħadd, 10 ta' Novembru fit8:15am fil-Knisja Parrokjali tal-Mellieħa. Wara l-Quddiesa jinżel Korteo għaċ-Ċimiterju 'Sultana tal-Vittorji'

