Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642
Kummercjali 22 illum | Ħadd 03 ta' Novembru 2013 Banif Bank jikkollabora f'restawr ta' żewġ pitturi Rinaxximentali tas-seklu 16 GĦAL darb'oħra Banif Bank qed jikkollabora malProgramm ta' Riċerka għallIstudju tal-Arti u l-Arkitettura Medjevali u Rinaxximentali, fid-Dipartiment tal-Istorja tal-Arti fl-Università ta' Malta, billi jalloka fondi għal testijiet dianjostiċi u għar-restawr ta' żewġ pitturi Rinaxximentali importanti, mis-snin 15101515. Il-pitturi li se jkunu studjati u restawrati huma tnejn minn ħdax-il pittura jew aktar, minn ġabra dokumentata ta' Antonio de Saliba, ikkummissjonata mill-Knisja Franġiskana ta' Santa Maria di Gesù tarRabat (Ta' Ġieżu). Din ilkummissjoni turi eżempju interessanti ta' patrunaġġ Franġiskan li wasal għand ilfamuż segwaċi ta' Antonello da Messina, li kellu reputazzjoni soda fil-Lvant ta' Sqallija fissnin bikrin tas-seklu sittax. Din il-kummissjoni hi wkoll prova li fil-gżejjer Maltin kienu jeżistu xogħlijiet kbar ta' arti Rinaxximentali qabel il-wasla tal-Kavallieri fl-1530. Banif Bank u l-Programm tar-Riċerka diġà kkollaboraw fuq proġett ieħor ta' restawr – dik tal-pittura 'Verġni fuq Tron tikkontempla lil Binha' filKnisja Parrokkjali taż-Żejtun. Wara testijiet dianjostiċi l-pittura kienet restawrata minn ReCoop Laboratories. "Malta għandha pitturi ta' valur kbir għall-istorja tal-arti," qal il-Professur Mario Buhagiar, li jmexxi l-Programm ta' Riċerka, bl-assistenza ta' Charlene Vella. "Aħna grati lejn Banif Bank li rrikonoxxa l-importanza ta' dan l-eżerċizzju u għall-appoġġ ġeneruż li għal darb'oħra qed jagħtina." "Ir-riċerka fl-istorja tal-arti tista' tiskopri numru kbir ta' dettalji minn xogħlijiet eżistenti," qalet Charlene Vella. "Testijiet dianjostiċi jgħinu biex wieħed jidentifika mudell f 'xogħol ta' artist partikolari, u f 'perjodu artistiku inġenerali. Diġà nafu ħafna fuq l-arti Rinaxximentali Taljana, fuq il-proċess ta' kif kienu jpittru u l-materjal li kienu jużaw. Ixxogħol li qed isir Malta se jżid ma' dan l-għarfien." Fr Sandro Overend OFM, Ministru Provinċjal tal-Franġiskani Minuri Osservanti (Malta) hu entużjast li dawn il-pitturi se jkunu studjati u konservati, għall-benefiċċju tal-komunità. L-interventi biż-żebgħa miżjuda fuq il-panelli probabbilment lejn l-aħħar tas-seklu dsatax biddlu l-karatteristiċi oriġinali tażżewġ pitturi. It-testijiet li qed isiru fuq iż-żebgħa li kienet użata, kif ukoll ritratti bl-IR, UV u X-Rays se jgħinu biex wieħed jidentifika l-materjal li ntuża, it-tip ta' njam, l-istruttura tal-polittiku u kif il-panelli kienu qed iżommu Mix-xellug, Roderick Abela (ReCoop), Fr Gino Gauci (Konsulent Artistiku tal-Franġiskani Minuri) u Charlene Vella (Università ta' Malta) jiddiskutu t-testijiet dianjostiċi sponsorjati mill-Banif. flimkien. Se jiddetermina wkoll kif u x'għandu jsir f 'termini ta' restawr. Il-konservazzjoni ta' dawn iż-żewġ pitturi se jeħodhom aktar viċin lejn ix-xogħol oriġinali ta' Antonio de Saliba, u dan l-eżerċizzju għal darb' oħra qed jagħmlu r-ReCoop. "Hu eċitanti li tiskopri parti mill-istorja Maltija minn studji u restawr ta' xogħol artistiku importanti," qal Joaquim F. Silva Pinto, Kap Eżekuttiv ta' Banif Bank (Malta) plc. "Kemm l-istudju, kif ukoll ilkonservazzjoni tal-wirt tagħna jagħmilna aktar sinjuri, u Banif dan jirrikonoxxih. Malta għandha ħafna teżori u nħossu li għandna nagħmlu mill-aħjar biex nieħdu ħsiebhom, għall- ġid komuni." Atlas Insurance PCC Ltd u Island Insurance Brokers ukoll taw sehem f 'dan il-proġett. Island Insurance ta konsulenza fuq l-assigurazzjoni u r-riskju involut, waqt li l-Atlas ipprovda l-assigurazzjoni għat-trasport u l-ħażna tal-pitturi. Dawn is-servizzi ngħataw b'xejn bħala parti mill-impenn soċjali tażżewġ kumpaniji. Lawrence Pavia mill-Island Insurance qal "Għandna pjaċir li nkunu parti minn dan ilproġett u li nkunu assoċjati mal-wirt kulturali ta' Malta. Il-kumpanija tagħna, issa fil-25 sena tagħha, minn dejjem tat appoġġ lix-xena lokali tal-arti." Bl-istess mod, mhux l-ewwel darba li Atlas Insurance qed tassisti fil-preservazzjoni talwirt nazzjonali Malti. Robert Micallef, Chief Commercial Officer tal-Atlas tkellem dwar is-sodisfazzjon tal-kumpanija li tippreserva l-wirt storiku, permezz tal-programm ta' responsabbiltà soċjali tagħha. "Aħna kburin li għamilna kontribut u nemmnu flimportanza tar-riabilitazzjoni tal-wirt storiku, biex inżommu l-kultura u l-istorja tagħna ħajja għall-ġenerazzjonijiet futuri. Ninsabu xxurtjati li għandna kultura u storja daqshekk sinjura, speċjalment meta tikkunsidra l-kobor ta' pajjiżna. Hemm bżonn nibżgħu għall-wirt nazzjonali tagħna, biex nippreservaw il-passat u niġġeneraw l-istorja tal-futur". GO4MINI SMS – Irbħu premjijiet mill-isbaħ kuljum ma' GO KLIJENTI tal-GO mobile għandhom iċ-ċans li jipparteċipaw f'kompetizzjoni ta' trivia tal-SMS u jirbħu premjijiet mill-isbaħ. GO4Mini tagħti lill-klijenti GO mobile l-opportunità li jittantaw xortihom biex jirbħu iPad Mini kuljum, sett tat-TV ta' 42 pulzier, vawċer b'valur ta' €500 fuel u, aħjar minn hekk, karozza ġdida fjamanta tat-tip MINI One. Il-kompetizzjoni tibda fl-4 ta' Novembru u tibqa' sejra sas-17 ta' Novembru – iż-żewġ dati inklużi. Il-kompetizzjoni hija miftuħa għall-klijenti kollha ta' GO mobile li għandhom 18 il-sena u akbar u li huma abbonati ma' kwalunkwe tariffa ta' Pay As You GO jew GO Pay Monthly. Biex jipparteċipaw, il-klijenti jridu biss jibagħtu SMS lejn 50700300 bil- kelma 'MINI'. Parteċipanti mbagħad jirċievu żewġ messaġġi inizjali. L-ewwel messaġġ jinkludi tagħrif dwar il-premjijiet u l-ispiża ta' kull SMS. It-tieni messaġġ jikkonsisti f'mistoqsija ta' trivia. Il-parteċipant irid jagħti tweġiba korretta billi sempliċiment jibgħat '1' jew '2'. Kull SMS li jibgħat parteċipant jiswa €1.20. L-SMS li jiffurmaw parti minn bundle ta' kull xahar ma jistgħux jintużaw għall-fini ta' din il-kompetizzjoni. Matul il-kompetizzjoni, il-parteċipanti jistgħu jiġbru l-punti billi jwieġbu b'mod korrett għall-mistoqsijiet. Kull mistoqsija għandha żewġ tweġibiet – tweġiba korretta u oħra żbaljata. Kull tweġiba korretta tiġi ppremjata b'punti. Il-punti huma mgħoddija minn jum għall-ieħor. iPad Mini ser jintrebaħ kuljum inkluż il-Ħadd. Parteċipanti li jibagħtu mill-anqas SMS wieħed lejn 50700300 matul il-ġurnata huma eliġibbli li jirbħu l-premju li jittella' kuljum. Karozza tat-tip MINI One ser tiġi ppreżentata fl-aħħar jum talkompetizzjoni. Il-parteċipanti kollha huma eliġibbli biex jirbħu l-MINI. L-għadd ta' punti akkumulati permezz ta' tweġibiet korretti jagħti aktar ċans lill-parteċipanti biex jirbħu xi premju. Parteċipanti ser ikunu jistgħu jwieġbu għal massimu ta' 30 mistoqsija ta' trivia kuljum. Waqt li kien qed jitkellem dwar il-kompetizzjoni, Simon Falzon, Product Manager – Mobile ta' GO qal: "Aħna tassew sodisfatti li qed nagħtu lill-klijenti tal-mowbajl tagħna l-opportunità li jiddevertu permezz ta' kompetizzjoni ta' trivia bl-SMS u, fl-istess ħin, huma għandhom l-opportunità li jirbħu premjijiet mill-aqwa! Fil-ġimagħtejn li ġejjin ilklijenti tagħna ser ikunu qed jikkompetu biex jirbħu iPad Mini kuljum, żewġ premjijiet li jikkonsistu f'sett tat-TV ta' 42 pulzier u vawċer b'valur ta' €500 fjuwil u, fl-aħħar talkompetizzjoni, karozza ġdida tat-tip MINI One." "Aħna nafu kemm ilklijenti tagħna jieħdu pjaċir iwieġbu għal mistoqsijiet interessanti bl-opportunità li jirbħu premjijiet fantastiċi u preċiżament għal din ir-raġuni, aħna ħsibna li norganizzaw din il-kompetizzjoni –GO4MINI SMS," qal Falzon. Jekk ikun hemm xi parteċipanti li jiddeċiedu joħorġu mill-kompetizzjoni, huma jistgħu jagħmlu dan billi sempliċiment jibagħtu SMS bil-kelma "STOP" lejn 50700333 – servizz bla ħlas." Għal aktar informazzjoni dwar il-kompetizzjoni GO4MINI SMS, klijenti jistgħu jċemplu lill-customer care ta' GO fuq 146 b'xejn f'kwalunkwe ħin u b'xejn mill-konnessjoni GO mobile tagħhom jew iċemplu fuq 8007 2121 (servizz bla ħlas). Jistgħu wkoll iżuru s-sit: www. go.com.mt jew jidħlu fil-paġna Facebook ta' GO. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

