Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642
Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 | illum 21 Editorjal I d-deċiżjoni tal-kap tal-Oppożizzjoni, l-avukat Simon Busuttil biex jiddikjara li jekk jitla' fil-Gvern hu jreġġa' lura l-passaporti li jingħataw skond il-programm taċċittadinanza hija għajta pwerili u irresponsabbli. Irresponsabbli għax turi f'liema livell l-Kap talOppożizzjoni lest li jaqa'. Ifakkarna fil-frejjeġ talPrim Ministru Laburista Karmenu Mifsud Bonnici. Kien Mifsud Bonnici li kien jagħmel dawn it-tip ta' ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 EDITUR: SAVIOUR BALZAN Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt L-ipokrezija tirrenja dikjarazzjonijiet li finalment kienu jagħmlu ħsara lil Malta u lil partit tiegħu. Jekk kien hemm mument fejn ir-reputazzjoni ta' pajjiżna kienet taħt skrutinju kien meta l-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem b'dan il-mod medjokri u stupidu. Apparti li huwa kontra l-kostituzzjoni li taqbad u tiddikjara li l-liġi u l-frott ta' dik il-leġislazzjoni tista' tiġi mibdula. Busuttil, b'dak li qal, jiġifieri li min jingħata ċittadinanza permezz tal- iskema taċ-ċittadinanza jkollu l-passaport irtirat kisser u farrak din l-iskema. Minflok ma qabad u kkritika l-iskema u prova jagħmel xi punti validi Busuttil prova jiskorja punti politiċi. Li ma qalx li l-kumpanija barranija Henley, li kienet imqabbda mill-Gvern, kienet kellmet għal darbtejn il-partit Nazzjonalista. Fosthom l-eks Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech, id-deputat mexxej tal-PN Mario de Marco u Jason Azzopardi. Jidher li waqt din illaqgħa ma kien hemm ebda referenza għal problema li ċ-ċittadinanza tinbiegħ. Il-memorja ta' Simon Busuttil hija qasira, taħt Gvern ieħor kien hemm skema li fiha jingħataw permessi ta' residenza fuq il-kulur tal-wiċċ u fuq kriterji ineżistenti. Il-każ ta' Rakhat Aliyev huwa każ bħal dan. Pwerili, għax huwa ċert li kieku seta' Busuttil kien jagħmel din l-iskema hu. U li hu qed joġġezzjona biex sempliċiment joġġezzjona. L-isbaħ waħda hija li l-kumpanija li ma ġietx magħżula għal din l-iskema marret il-qorti biex tipprotesta li ntgħażlet Henley. F'dan il-grupp insibu fost l-oħrajn lil Francis Zammit Dimech, deputat Nazzjonalista li ffirma l-protesta u l-avukatessa Therese Comodini Cachia, kandidata f'isem il-Partit Nazzjonalista għallParlament Ewropew. Jekk hemm każ ċar ta' ipokrezija, tinsab f'dan il-każ.

