Illum previous editions

illum 3 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 | illum 31 L-E.T. Dr George Abela jżur l-ASMK f'Ta Qali waqt li Cassar u Pisani jiddominaw fl-Autocross NHAR il-Ħadd 27 ta' Ottubru, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat programm ieħor mill-Kampjonati Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2013/14. Dan kien jikkonsisti f 'tiġrijiet bilkarozzi Autocross Maltin u Għawdxin u Muturi Motocross. Tul il-programm għall-ħabta tas-1pm l-ASMK laqgħet filkorsa ta' Ta Qali lill-President ta' Malta l-Eċċellenza tiegħu Dr George Abela li malli wasal mill-ewwel segwa dak li kien għaddej fil-korsa mill'Paddock/spectator Area'. Ftit tal-ħin wara kompla jsewgi iktar Motorsport mill-Control Room fejn minn hemm seta' jara l-attività kollha li tkun għaddejja taħt il-kontroll tal-Amministraturi ASMK. Minn hemm kompla jsegwi tiġrijiet tal-Karozzi u Muturi. Għall-President ta' Malta din kienet l-ewwel żjara tiegħu fil-bini f 'Ta'Qali. Minkejja dan, l-Assoċjazzjoni dejjem żammet l-appuntament ta' kull sena li tieħu ħsieb iżżur lill-President ta' Malta filPalazz ta' San Anton ħafna drabi bil-preżenza ta' diversi uffiċjali u sewwieqa. Il-President Frans Deguara quddiem il-membri kollha tal-ASMK ippreżenta lill-President ta' Malta d-donazzjoni li kienet inġabret fid-19-il attività li saret b'riżq il-Malta Community Chest Fund. Min-naħa tiegħu l-President ta' Malta rringrazzja lilluffiċjali kollha li jieħdu ħsieb din l-Għaqda u lill-membri kollha u awguralhom għal iktar suċċessi fil-futur. Ħaġa interessanti li ħa miegħu l-President ta' Malta minn din iż-żjara kienet li ħeġġeġ lil kulħadd jibqa' jżomm f 'moħħu l-motto tal-Għaqda 'AĦJAR DELIZZJU MILLI VIZZJU'. B'hekk inkunu qed inżommu liż-żgħażagħ tagħna 'l bogħod minn kull vizzju u wisq aktar mit-tentazzjoni ta' sewqan eċċessiv fit-toroq Maltin. Qabel temm din iż-żjara l-President ta' Malta ltaqa' ma' diversi sewwieqa fosthom Ġużi Pace li għandu karozza Ford Escort fejn flimkien mal-Eċċellenza Tiegħu segwa iktar mill-viċin kif tkun attrezzata karozza għal dan l-isport. Intant, l-attività kompliet bil-karozzi u jekk nagħtu ħarsa lejn it-tiġrijiet fisSezzjoni Autocross kellna kompetizzjoni qawwija. Rajna wkoll ir-ritorn taċchampion preżenti Patrick Cassar fuq Opel Corsa flimkien ma' Vince Farrugia fuq VW Polo li ddominaw ilġurnata. Dawn irnexxielhom iġibu l-ogħla punteġġ talġurnata fejn awtomatikament ikkwalifikaw għall-finali ta' Klassi A. Magħhom ikkwalifikaw ukoll Gordon Johnson fuq Peugeot 205, Christian Galea fuq Fiat Ritmo, Malcom Borg fuq Opel Corsa u Carlos Mifsud fuq Ford Fiesta. Tul din il-finali mat-tluq rajna lil Cassar u Johnson jagħmlu ħruġ tajjeb tant li mill-ewwel ħadu l-ewwel żewġ pożizzjonijiet b'Cassar jieħu t-tmun u Johnson isegwi viċin tiegħu u minn Mifsud li wara l-ewwel dawra kien issuperat minn Galea. Minn hawn 'il quddiem l-attenzjoni marret fuq l-aħħar tliet sewwieqa fejn Mifsud mirraba' post kellu lil Farrugia jagħmel pressjoni fuqu sakemm ukoll irnexxielu jissuperah. Mifsud kompla l-attività fil-ħames post fejn ukoll sab pressjoni minn Borg li iktar tard kellu jirtira minħabba ħsara mekkanika. Ir-riżultat finali spiċċa b'Cassar jirbaħ l-ewwel attività f 'dan il-kampjonat segwit minn Johnson u Galea rispettivament. Fil-Finali Klassi B kellna start kompost minn Mario Scicluna fuq Opel Corsa, Andrew Pisani, Matthew Borg, Philip Vella kollha fuq Opel Nova, Godfrey Gauci fuq Ford Fiesta u Godwin Martin fuq Opel Corsa. Mal-ħruġ ta' din il-finali rajna lil Borg, Pisani u Vella joħorġu fuq quddiem fejn wara l-ewwel kantuniera rajna lil Pisani jieħu l-ewwel pożizzjoni segwit minn Scicluna u Borg. Sfortunatament Scicluna kellu jirtira mit-tiġrija minħabba ħsara mekkanika u b'hekk kien faċli għal Borg biex ikompli javvanza waqt li kien segwit minn Gauci u Martin rispettivament. Minkejja li Martin prova jagħmel pressjoni fuq Gauci, minnaħa l-oħra Martin kellu lil Vella jagħmel pressjoni fuqu sakemm l-istess Vella spiċċa biex issupera lil Martin. Ilfinali spiċċat b'Pisani rebbieħ segwit minn Borg u Gauci rispettivament. Fis-Sezzjoni Autocross Gozo rajna lil Domenic Zammit fuq Alfa Sud li ddomina l-ġurnata fejn għal darb'oħra rebaħ anki l-finali. Zammit kien segwit minn Joseph Agius fuq Ford Fiesta u Christian Apap fuq Ford Escort li spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Fir-raba' post spiċċa Joseph Vella fuq Ford Fiesta. Nagħtu ħarsa lejn is-Sezzjoni Motocross fejn għal din issezzjoni kienet ġurnata Fun Race fejn l-aħwa Camilleri rnexxielhom jiddominaw il-ġurnata fi Klassi A. Clayton Camilleri fuq KTM 250cc spiċċa rebaħ din il-klassi b'rebħa f 'żewġ heats minn tlieta biex spiċċa l-ġurnata bi 72 punt. Dan kien segwit viċin tiegħu minn Paul Muscat fuq KTM li spiċċa l-ġurnata b'69 punt. Camilleri u Muscat kienu segwiti minn Edward Ciantar fuq Kawasaki 250cc li spiċċa l-ġurnata b'55 punt. Fi Klass B rajna lil Kyle Camilleri fuq l-iżgħar mutur - Suzuki RM 85cc jiddomina u jirbaħ il-heats kollha talġurnata. Camilleri spiċċa l-ġurnata b'75 punt segwit minn Pierre Jourdon fuq KTM 150cc li spiċċa l-ġurnata fit-tieni post b'65 punt. Fit-tielet post spiċċa Peter Sammut fuq Honda 125cc li għalaq il-ġurnata b'56 punt. Intant l-attivitajiet organizzati mill-ASMK ikomplu nhar il-Ħadd li ġej bi programm ieħor mis-sezzjoni Autocross bil-programm jibda fl-10am b'quddiesa li ssir kull sena b'suffraġju għall-erwieħ ta' eks membri tal-ASMK li llum m'għadhomx magħna. It-tim nazzjonali tal-weightlifting jipparteċipa f'kompetizzjoni prestiġjuża fl-Isvizzera IT-TIM nazzjonali Malti talweightlifting għadu kemm ipparteċipa f 'kompetizzjoni prestiġjuża tal-weightlifting li saret fi Tramelan ġewwa l-Isvizzera. Din ilkompetizzjoni saret fis-26 ta'Ottubru. 'Challenge 210' hija l-akbar kompetizzjoni tal-weightlifting li tiġi organizzata fl-Isvizzera. Għal din il-kompetizzjoni pparteċipaw 131 atleta minn sitt pajjiżi li kienu Franza, ilĠermanja, l-Isvizzera, l-Italja, Malta u Monaco. It-tim Malti kien kompost minn tliet atleti li kienu Jovan Reljic, Ryan Agius u Martin Pisani. Dawn kienu taħt il-gwida tal-kowċ Charles Degiorgio u mmexxija mill-uffiċjal tal-Malta Weightlifting Association, Jesmond Vassallo. Il-prestazzjoni tat-tim Malti kienet waħda eċċellenti tant li Jovan Reljic, Ryan Agius u Martin Pisani kisru rekord personali tagħhom kemm fis-Snatch kif ukoll fil-Clean & Jerk. Fl-overall ranking taċ'Challenge 210' minn 131 atleta, Jovan Reljic ġie fl-20 Ryan Swiss li ħa sehem fil-kompetizzjoni Clean & Jerk post, Ryan Agius fil-50 post u Martin Pisani fis-60 post. Għal Ryan Agius u Martin Pisani din kienet l-ewwel esperjenza li rrappreżentaw lil Malta barra l-pajjiż. Il-Malta Weightlifting Association tawgura lil dawn l-atleti għas- suċċess personali li kisbu. Il-kompetizzjoni kienet possibli bl-għajnuna talKumitat Olimpiku Malti u l-Federazzjoni tal-Isvizzera. Tul din il-ġimgħa li għaddiet il-President tal-Għaqda, Jesmond Caruana kien ġewwa Wroclaw, il-Polonja bħala referee internazzjonali fil-Kampjonat Dinji talWeightlifting. Huwa kien ukoll il-'head referee' fil-finali tal-kategorija 'Super Heavy Weights' li ntrebħet minn Albegov tar-Russja segwit minn Moulaei tal-Iran.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 November 2013