Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642
SPORTSillum 32 illum Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 Sebastian Vettel – l-aqwa sewwieq tal-F1 ta' kull żmien? SEBASTIAN Vettel – ilbniedem tar-rekords impressjonanti li nhar il-Ħadd li għadda fl-Indja rebaħ ir-raba' titlu tal-F1 konsekuttiv fil-karriera tiegħu biex b'hekk sar l-iżgħar sewwieq flistorja tal-Formula 1 li rnexxielu jirbaħ erba' titli konsekuttivi. Vettel irnexxielu jilħaq dan ittragward impressjonanti fletà żgħira ta' 26 sena u 117-il ġurnata. L-ISTESS sewwieq Ġermaniż diġà qed ikun meqjus bħala fost l-aqwa sewwieqa ta' kull żmien filFormula 1. Dan għaliex dak li għamel hu tal-età tiegħu ma rnexxielu jagħmlu l-ebda sewwieq ieħor qablu. Il-fatt li Vettel li beda l-karriera tiegħu fl-awtomobiliżmu fil-'go-karting' rebaħ erba' titli konsekuttivi hija xi ħaġa inkredibbli u li tpoġġih fl-istess lista ta' sewwieqa li għamlu l-istorja tal-Formula 1. FOST dawn is-sewwieqa nistgħu nsemmu lil Juan Manuel Fangio, Alain Prost u Michael Schumacher b'Fangio u Schumacher biss ikunu l-uniċi żewġ sewwieqa li rebħu erba' titli konsekuttivi tal-F1 bis-sewwieq Ġermaniż jirbaħ xejn inqas minn seba' titli fil-karriera tiegħu. B'hekk Vettel qabeż ukoll lil-leġġenda Brażiljana Ayrton Senna fin-numru ta' titli mirbuħa hekk kif dan is-sewwieq li kellu tmiem ferm sfortunat fil-karriera tiegħu rebaħ tliet titli. Vettel bħalissa jikkompeti mal-aqwa tim fil-Formula 1 li huwa Red Bull Renault immexxi mill-ġenju Adrian Newey. IL-MISTOQSIJA l-kbira li tqum wara dan is-success uniku ta' Vettel hija jekk sewwieqa tal-ogħla livell bħal m'huma Lewis Hamilton ta' Mercedes u Fernando Alonso ta' Ferrari Rappreżentanti taż-Żejtun Corinthians Football Nursery fl-Iskozja kienx jirnexxilhom jiksbu l-istess suċċess li kiseb Vettel kieku kienu huma li kienu qed isuqu r-Red Bull Renault. Fil-fatt sieħeb Vettel fuq Red Bull Renault, l-Awstraljan Mark Webber ma rnexxielux jikseb issuċċess ta' Vettel f 'dawn l-aħħar snin għalkemm isuq l-istess għamla ta' karozza. U jidher li hemm rivalità qawwija bejn l-istess Webber u Vettel hekk kif fil-fatt wara li ra kif jaħdem Vettel kif ukoll ra programmi talkompjuter tal-laps li għamel Vettel għal ħames snin sħaħ, is-sewwieq Awstraljan xorta waħda huwa tal-fehma li fil-fatt is-sewwieq ta' Ferrari Fernando Alonso huwa aħjar minn Sebastian Vettel. U jidher ukoll li r-relazzjoni ta' Webber mad-diriġenti ta' Red Bull Renault mhix waħda ottimali hekk kif fil-GP ta' nhar il-Ħadd li għadda fl-Indja, Webber deher irrabjat immens hekk kif kellu jirtira mill- istess tellieqa wara li marlu l-'alternator' fejn saħaq li d-diriġenti tat-tim tiegħu ma kinux avzawh minn ħafna qabel li kellu ħsara fl-istess 'alternator' u kienet biss 'short notice' għax meta avżawh, kien tard wisq u fil-fatt ma setax ikompli jikkompeti fil-GP tal-Indja mirbuħ minn Vettel, fejn sa dak il-ħin kien fl-ewwel post. MIN jaf x'inhu l-futur ta' Sebastian Vettel fil-Formula 1? Li hu żgur hu li meta wieħed iqis l-età żgħira tiegħu ta' 26 sena, ma jeżistix l-iċken dubju li fis-snin li ġejjin huwa jista' tabilħaqq jilħaq u jaqbeż lil Michael Schumacher li huwa l-iktar sewwieq li rebaħ titli flistorja tal-Formula 1 u b'hekk ikun meqjus bħala l-aqwa sewwieq tal-Formula 1 ta' kull żmien. Bosta segwaċi u kritiċi tal-F1 filfatt diġà qed iqisu lil Vettel bħala l-aqwa sewwieq tal-F1 ta' kull żmien sa minn issa stess! Ir-rekords li kiseb Vettel fil-karriera tiegħu sa issa • • • • • • • • • • • Żejtun Corinthians Football Nursery jipparteċipaw fi proġett Leonardo ġewwa l-Iskozja L-iktarpuntimiksubafl-istaġun:392(2011) L-iktarpolepositionsmirbuħafl-istaġun:15(2011) L-ikbarnumruta'lapslifihomkienfuqquddiemfl-istaġun:739(2011) L-iżgħarsewwieqliqattikkompetafiGrandPrix:19-ilsenau53ġurnata(GPtat-Turkija,2006–'freepractice') L-iżgħarsewwieqlirebaħpuntfl-F1:19-ilsenau349ġurnata(GPtal-IstatiUniti,2007) L-iżgħarsewwieqlirebaħ'pole-position':21senau72ġurnata(GPtal-Italja,2008) L-iżgħarsewwieqlirebaħtellieqa:21senau73ġurnata(GPtal-Italja,2008) L-iżgħarsewwieqlitela'fuqil-podju:21senau73ġurnata(GPtal-Italja,2008) L-iżgħarchampiontad-dinjatal-F1:23senau135ġurnata(2010) L-iżgħarchampiontad-dinjagħaldarbtejn:24sena,99ġurnata(2011) L-iżgħarchampiontad-dinjagħaltlietdarbiet:25senau146ġurnata(2012) RAPPREŻENTANTI min-Nursery taż-Żejtun Corinthians matul l-ewwel ġimgħa ta' Ottubru telgħu ġewwa Glasgow fl-Iskozja biex jesperjenzaw aktar mill-viċin il-ħidma ta' diversi klabbs tal-Premier Skoċċiż waqt it-taħriġ divers tagħhom minn etajiet żgħar sa dawk talMinors. L-għan ewlieni tal-proġett kien li kemm min-naħa teknika, kif ukoll minn dik amministrattiva, in-Nursery tkun tista' tara u tevalwa aktar kif it-taħriġ tal-futbol fost it-tfal u ż-żgħażagħ ikun iktar ta' kwalità u fuq bażi professjonali. Il-grupp ta' parteċipanti ltaqa' ma' sezzjonijiet varji minn Celtic FC, Kilmarnock FC u Partick Thistle FC, fejn wara li ġie osservat ittaħriġ, kien jiġi diskuss u pprattikat flimkien malkowċis rispettivi tagħhom. Kellhom ukoll l-opportunità li jassistu għal diversi logħbiet fosthom Celtic FC kontra Motherwell FC, kif ukoll Partick Thistle FC kontra Hibernian FC. Dak li ġie esegwit matul din l-esperjenza edukattiva issa qed jiġi addattat u utilizzat bl-aħjar mod possibbli fl-isfera lokali ta' nursery stabbilita bħal ta' Żejtun Corinthians FC. Il-proġett ġie ffinanzjat mill-Programm tal'Lifelong Learning' fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea. Webber jikseb il-pole Dhabi fl-Emirati Għar HEKK kif it-titlu tal-F1 ġie mirbuħ nhar il-Ħadd li għadda fl-Indja, hekk kif il-fenomenu Ġermaniż, Sebastian Vettel irnexxielu jirbaħ ir-raba' titlu konsekuttiv fil-karriera mill-aqwa tiegħu, issewwieq veteran Awstraljan ta' Red Bull Racing Renault, Mark Webber irnexxielu jikseb il-pole position ta' Abu Dhabi fl-Emirati Għarab Magħquda. Tajjeb ngħidu li dan huwa l-aħħar kampjonat tal-F1 li fih se jkun qed jikkompeti Webber fejn għadu qed ifittex l-ewwel rebħa tiegħu matul din is-sena. Illum, huwa se jkun qed ifittex li jtemm il-mixja ferm impressjonanti ta' Sebastian Vettel li kiseb xejn inqas minn sitt rebħiet konsekuttivi fl-aħħar sitt itlielaq li huwa kien involut fihom. Mark Webber li għandu 37 sena u li qiegħed fil-ħames post fil-klassifika tal-kampjonat tal-F1 kiseb it-tieni pole position tiegħu f 'dan l-istaġun, b'dawn jirnexxielu jiksibhom flaħħar tliet tlielaq, liema pole kienet it-13-il waħda li rnexxielu jikseb fil-karriera tiegħu fil-Formula 1. Intant, dawn huma l-ħinijiet li kisbu lbieraħ l-ewwel għaxar sewwieqa fil-pole position ta'Abu Dhabi, flEmirati Għarab Magħquda: 1. MarkWebber,RedBull,1:39.957. 2. SebastianVettel,RedBull, 1:40.075. 3. NicoRosberg,Mercedes,

