Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

20 illum | Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 IL-ĠID TA' NAZZJON IMMANUEL MIFSUD IL-ĠIMGĦA d-dieħla se jkun hawn il-festival talktieb, attività li se tieħu post il-fiera tal-ktieb li kienet tiġi organizzata annwalment mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK). Il-bidla fit-titlu talavveniment aktarx li qiegħda timmarka bidla fid-direzzjoni li l-KNK il-ġdid, appuntat millamministrazzjoni l-ġdida, qiegħed jaffetwa, fejn minbarra l-bejgħ ta' kotba ta' kull ġeneru mill-pubblikaturi lokali, distributuri tal-kotba u entitajiet oħrajn li għandhom xi tip ta' interess fil-qari, se jsiru numru ta' attivitajiet oħrajn li jmissu l-ktieb u l-qari. F'dawn l-aħħar snin, ilfiera tal-ktieb ħadet ċerta importanza għaliex għallokkażjoni l-pubblikaturi lokali bdew joħorġu l-maġġoranza ta' kotba li joħorġu annwalment. Din hija mossa interessanti u huwa ta' inkoraġġiment kbir li d-djar talpubblikazzjonijiet jibqgħu jżommu dan l-appuntament biex iressqu lill-pubbliku lokali x-xogħol ta' kittieba u studjużi. Ta' min isellem lil dawn id-djar li qegħdin jaħdmu ħafna mhux biss biex jilħqu miri kwantitattivi iżda wkoll kwalitattivi: meta wieħed iqabbel il-produzzjoni tal-ktieb tal-lum ma' dik tal-passat ma jistax ma japprezzax il-qabża kbira fil-kwalità talproduzzjoni. Jidher li għal din is-sena wkoll id-djar tal-pubblikazzjoni ħejjew numru ta' pubblikazzjonijiet ġodda għas-suq lokali. Din is-sena, il-festival – il-festa – tal-ktieb se jkun jinkludi numru ta' attivitajiet li, għalkemm wieħed irid jammetti li mhumiex ta' interess wiesa', għandhom jimlew vojt li ilu jinħass: id-diskussjoni dwar il-ktieb, il-kitba u l-kittieba. Ilu jinħass dan ilvojt. Sa wħud mill-kittieba nfushom stqarrew numru ta' drabi li x-xogħol tagħhom, anki jekk qiegħed jinqara, mhuwiex jiġi diskuss. F'dan ir-rigward, wieħed jieħu n-nifs malli jara li waqt il-festival se jkun hemm id-dibattitu "Bla Kritiċi" (14 ta' Novembru) li waqtu se jiġi diskuss mhux in-nuqqas ta' kittieba, iżda n-nuqqas ta' kritika letterarja dwar ix-xogħol tal-kittieba lokali; u ta' nifs ikbar tara li d-diskussjoni se ssir bejn uħud mill-aħjar imħuħ li għandna jaħdmu filkamp tal-kritika letterarja bħalissa. Kien hemm din il-ħtieġa li dan il-vojt jiġi indirizzat ukoll proprju minn min huwa mistenni li jimlieh. Minbarra l-kotba li se jitfaċċaw fil-jiem li ġejjin, il-KNK ħa inizjattiva oħra li wkoll ilu jinħass innuqqas tagħha: il-ġurnal jew rivista letterarja Maltija. B'xorti ħażina se tkun pubblikazzjoni ta' darba fis-sena biss, u mhux voluminuża bħalma wieħed aktarx li jkun jistenna. Iżda huwa bidu li jagħti kuraġġ anki meta wieħed iqis id-deċiżjoni editorjali li din l-ewwel ħarġa se tkun iddedikata kollha kemm hi lil sitt kittieba emerġenti. Ir-rivista, bit-titlu L, (letteratura), titnieda fl-14 ta' Novembru wkoll. Kienu saru diversi tentattivi biex titnieda pubblikazzjoni bħal din u wieħed irid jirrikonoxxi l-pubblikazzjoni Il-Malti, maħruġa mill-Akkademja tal-Malti, li talterna bejn volum akkademiku u ieħor letterarju, iżda jeħtieġ li rivista ta' dan it-tip tkun aktar konsistenti u spissa. Schlock Magazine huwa eżempju tajjeb lejn xiex wieħed għandu jimmira. Il-Festival tal-Ktieb qiegħed jaħbat wara avvenimenti importanti li seħħew riċentament marbuta mal-letteratura. Fi tmiem Awwissu li għadda l-inizjattiva kulturali Inizjamed żammet l-appuntament annwali tagħha bilFestival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta, avveniment letterarju li huwa konġunt ma' workshop ta' traduzzjoni li fih jipparteċipaw numru ta' kittieba minn pajjiżi differenti. Din is-sena ħabtet it-tmien edizzjoni talfestival u mqar in-numru ta' nies li attendew u l-lista ta' parteċipanti magħrufa fuq livell internazzjonali jawgura futur tajjeb għal din l-inizjattiva. Xi ġimgħat ilu d-Dipartiment tal-Malti filFakultà tal-Arti organizza konferenza dwar il-kittieb kontroversjali Juann Mamo, bis-sehem ta' akkademiċi minn fakultajiet differenti li wessgħu d-diskors dwar dan il-kittieb kif qatt ma sar qabel. Inħossni grat ukoll lejn it-tim ta' produzzjoni tal-programm Mixja ta' Poplu, li minbarra li qed jagħti tagħrif storiku u kritiku tal-mixja politika u soċjali Maltija, qed iwessa' l-argumenti miġjuba b'referenzi għall-kamp kulturali u artistiku li ħafna drabi nħalluhom barra meta nippruvaw niddefinixxu lil Malta. Inizjattivi bħal dawn, u oħrajn li jsiru matul issena, huma ta' importanza kbira u ġaladarba l-KNK bidel l-avveniment annwali ewlieni tiegħu minn fiera għal festival forsi jkun f 'waqtu li tingħata ħarsa lejn xi nuqqasijiet oħrajn li għandhom jiġu indirizzati. L-idea li kittieb jinqafel waħdu f 'rokna u jiltaqa' mal-qarrejja tiegħu meta jniedi xi ktieb ma sservi xejn ta' ġid għall-kamp letterarju lokali. F'pajjiżi oħrajn il-kittieba huma impenjati b'laqgħat malpubbliku li fihom mhux biss ikabbru l-opportunitajiet ta' bejgħ tal-kotba tagħhom, iżda jkabbru l-preżenza kulturali tal-letteratura li jipproduċu. Sfortunatament mhijiex tradizzjoni lokali din, imma jeħtieġ li tiġi indirizzata wkoll. Fieri ħafna akbar minn dik tal-ġimgħa d-dieħla, pereżempju l-Fiera tal-Ktieb f 'Leipzig, jagħtu importanza kbira lil dawn il-laqgħat u l-KNK għandha taħseb dwar dan ukoll. La qegħdin nitkellmu fuq festival aktarx li tkun mossa għaqlija kieku l-avveniment ikun mifrux u jixref xi ftit 'il barra minn Dar ilMediterran. Skont it-taqsima tal-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ tal-Kummissjoni Ewropea, wieħed minn kull ħames żgħażagħ Ewropej ta' ħmistax-il sena għandu problemi ta' qari. Bil-għan li tiġi indirizzata din ilproblema, il-Kummissarju Ewropew Androulla Vassiliou, nidiet programm, imsejjaħ "L-Ewropa Tħobb Taqra", li l-għan tiegħu huwa li jxerred il-gost tal-qari. Meta wieħed iqis l-iskarsezza traġika ta' qari f 'Malta, il-KNK għandu juża l-mezzi kollha possibbli, inkluż il-Festival tal-Ktieb, biex iniedi proġetti simili. "L-Ewropa Tħobb Taqra", flimkien ma' inizjattivi minn entitajiet oħrajn, jinsistu fuq l-importanza ta' avvenimenti letterarji għattfal, l-adoloxxenti u l-adulti (li huma l-faxxa fis-soċjetà li taqra l-inqas) li matulhom jiltaqgħu mal-kittieba u jisimgħuhom jaqraw. Imbagħad hemm il-mezzi tax-xandir. Hija ħasra li l-qari u l-letteratura huma kważi inviżibbli f 'dan ilqasam. M'iniex qiegħed nipproponi programmi televiżivi li jixxandru ħames minuti qabel ma wieħed imur jorqod fejn il-preżentaturi jistiednu kittieb u jitolbuh jgħidilhom xi ħaġa fuq il-ktieb li se jintervistawh dwaru huwa u jiċċassa lejn mera għallirtokk. Naħseb li l-mezzi tax-xandir għandhom jerfgħu r-responsabbiltà li minbarra l-irmixk jippreżentaw ukoll dak li huwa tant meħtieġ għal soċjetà li, trid jew ma tridx, se jkollha tibbaża ħajjitha fuq l-għarfien u l-għerf. U forsi anki f 'dan l-aspett il-KNK jaf u għandu jkollu sehem importanti, imqar fittfassil tal-ideat u direzzjoni. Meta fl-2011 il-kittieb Kostas Hatziantoniou, mill-Greċja mgħarrqa f 'waħda mill-agħar kriżijiet tal-istorja tagħha, rebaħ il-premju letterarju talUnjoni Ewropea, ta diskors ta' mhux aktar minn sittin sekonda, ħin twil biżżejjed biex jiddikjara li "l-ġid ta' nazzjon jinstab fil-kultura tiegħu".

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013