Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 | illum 3 Jirduppjaw il-firem fl-aħħar xahar: Ikompli minn paġna 1 20,000 firma favur ir-referendum kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa IL-KOALIZZJONI kontra l-Kaċċa fir-Rebbiegħa lbieraħ ħabbret li iktar kmieni din il-ġimgħa tela' għal 20,000 in-numru ta' firem tal-petizzjoni favur ir-referendum ħalli titneħħa l-kaċċa firrebbiegħa. Il-Koalizzjoni nediet din il-petizzjoni madwar tliet xhur ilu u fl-ewwel xahrejn tal-kampanja ġabret 10,000 firma. It-tieni 10,000 firma nġabru f 'nofs iż-żmien li ħadu l-ewwel 10,000. Dan ifissier li r-rata ta' dawk li ffirmaw din il-petizzjoni rdoppjat fl-aħħar xahar. Christian Debono, kelliem għall-Koalizzjoni kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa qal li hu jemmen li l-petizzjoni se żżomm dan il-momentum li qabdet hekk kif aktar persuni qed jiffirmaw. "Mhux biss qed ikollna numru sabiħ ta' persuni li jiffirmaw din il-petizzjoni ta' kuljum, iżda qed javviċinawna numru sabiħ ta' individwi jistaqsuna kif jistgħu jgħinu u jikkontribwixxu sabiex jinġabru aktar firem." Il-fatt li nġabru aktar minn 20,000 firma huwa fatt importanti mmens. Dan ifisser kważi d-doppju tal-ammont ta' kaċċaturi li rreġistraw għall-permess sabiex jikkaċċjaw firrebbiegħa. "Fadlilna triq twila sabiex nilħqu l-mira tagħna ta' 35,000 firma li huma meħtieġa sabiex jissejjaħ referendum," qal Debono, "però s'issa diġà wrejna li hemm proporzjon talelettorat Malti li jrid li l-Gvern jibda jisma' bisserjetà l-opinjoni tagħhom dwar il-kwistjoni tal-kaċċa fir-rebbiegħa; li jridu li l-vuċi tagħhom tinstema' u l-interessi tagħhom jiġu rrappreżentati. Jidher li l-koalizzjoni qed tikkunsidra l-possibbilità li dan ir-referendum isir f 'Mejju fl-istess jum talelezzjoni għall-għażla tal-Membri Parlamentari Ewropej. Il-Koalizzjoni kontra l-Kaċċa fir-Rebbiegħa ser tkompli taħdem qatigħ filġimgħat li ġejjn, b'numru ta' voluntiera jiġbru aktar firem f 'postijiet pubbliċi. Il-petizzjoni tinsab ukoll online, wieħed jista' jniżżilha u jipprintjaha. Kull min hu mħajjar li jiffirma l-petizzjoni jew jixtieq li jgħin fil-ġbir tal-aħħar 15,000 firma meħtieġa qabel ma din ilpetizzjoni tiġi ppreżentata lill-Gvern, jista' jniżżel din il-formola mis-sit elettroniku: http://bit. ly/17U5Zvo Mizzi u Cuschieri jerġgħu jitħallew barra FL-AĦĦAR ġimgħat, la Mizzi u qas Cuschieri ma riedu jikkummentaw dwar il-pożizzjoni tagħhom. Kanvassers u nies qrib dawn iż-żewġ kandidati tkellmu mal-ILLUM jilmentaw dwar il-fatt li mhux biss il-PL għadu m'approvax dawn iż-żewġ MEPs, talli l-ħin kollu jimbotta lilleks-preżentattriċi Miriam Dalli u lil Cyrus Engerer f 'kull opportunità. Dalli u Engerer dehru kważi f 'kull programm fejn kien meħtieġ kandidat għall-Parlament Ewropew, b'mod partikolari fuq l-istazzjon nazzjonali. Kollox jindika li l-MEPs attwali mhumiex kuntenti b'din is-sitwazzjoni, anke fid-dawl li Miriam Dalli għad għandha programm prominenti fuq l-istazzjon televiżiv tal-Partit Laburista. Jekk il-PL japprova lil Marlene Mizzi u Joseph Cuschieri, in-numru ta' kandidati jitla' għal tnax, l-istess numru ta' kandidati li kien preżenta l-PL fl-2009. Għaldaqstant, lanqas mhu qed ikun eskluż li l-PL għażel l-istrateġija li ż-żewġ MEPs jiġu approvati f 'data eqreb tal-elezzjoni. Sadanittant, l-MEPs l-oħra John Attard Montalto u Claudette Abela Baldacchino mhux se jkunu mal-lista finali. L-ewwel wieħed iddeċieda t-tmiem għallkarriera politika tiegħu ħames snin ilu, meta rnexxielu jitla' fil-Parlament Ewropew grazzi biss għax kunjomu kien fuq nett fillista. Peress li Abela Baldacchino għad għandha każ pendenti l-Qorti, qas hi mhi mistennija li tikkontesta. Fil-preżent, il-kandidati Laburisti għall-Parlament Ewropew huma l-eks mexxej Laburista Alfred Sant, Miriam Dalli, Cyrus Engerer, l-eks Kap talProtezzjoni Ċivili Peter Cordina, is-Sindku tal-Qala Clint Camilleri, il-Perit Lino Bianchi u l-lekċerer Ivan Grixti. Ma' dawn jingħaqdu d-deputata Deborah Schembri, Mario Farrugia Borg u Fleur Vella li ġew approvati l-Ħamis li għadda. "Il-Gvern Malti kommess li jbigħ saħħet il-poplu" - NGOs WARA l-approvazzjoni ta' bosta proġetti u permessi mill-MEPA, partikolarment l-approvazzjoni tal-iżvilupp kontroversjali fil-Mistra, disa' organizzazzjonijiet mhux governattivi saħqu li wara l-aħħar żviluppi, l-Gvern wera li huwa kommess biss sabiex ibigħ saħħet il-poplu lill-iżviluppaturi. L-organizzazzjonijiet Din l-Art Ħelwa, Birdlife Malta, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth, Moviment Graffiti, Greenhouse Malta, Malta Organic Agricultural Movement, Nature Trust Malta u l-Assoċjazzjoni tar-Ramblers kritikaw ukoll in-nuqqas ta' trasparenza fl-approvazzjoni ta' permessi u n-nuqqas ta' infurzar. Waqt konferenza stampa lbieraħ indirizzata minn Simone Mizzi u Astrid Vella, kelliema rispettivi għal Flimkien għal Ambjent Aħjar u Din l-Art Ħelwa, "Ħafna drabi ma jindenjawx janalizzaw is-siti tal-iżvilupp qabel ma japprovaw il-permessi" - Astrid Vella ġie mħabbar li ħa jkun hemm protesta nhar it-30 ta' Novembru, protesta li tisħaq sabiex tindirizza "n-nuqqas ta' trasparenza traġika tal-MEPA u tal-Gvern fl-approvazzjoni tal-permessi." "Minkejja li l-Partit Laburista kritika l-pożizzjoni tal-biki u traġika tal-MEPA, il-Gvern mhu qed jagħmel xejn sabiex ibiddel is-sitwazzjoni u intant, l-approvazzjoni ta' permessi oħra qed jiggravaw is-sitwazzjoni bikrija tal- ambjent Malti," tennew l-organizzazzjonijiet. Astrid Vella, kelliema għal FAA, qalet li l-iżvilupp ta' bini u proġetti qed ikun ta' dettriment għal saħħet ilbniedem. Filwaqt li insistiet li kemm hi u kif ukoll l-FAA m'huma kontra l-iżvilupp, Vella saħqet li s-saħħa għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox u għalhekk, is-saħħa m'għandhiex titpoġġa f 'riskju. "Studju riċenti talOrganizzazzjoni Dinjija għas- Saħħa, il-WHO, juri li 14% tal-mard huma marbuta maliżviluppi kontinwa fl-ambjent." Sadanittant, Vella qalet li mhux l-organizzazzjonijiet ambjentali biss se jiġu influwenzati minn dan l-iżvilupp kontinwu hekk kif is-settur turistiku se jbati wkoll. "Liem turist se jiġi Malta biex igawdi l-bajjiet miksija biddell tal-bini? B'konsegwenza, l-ekonomija Maltija u ċ-ċittadin Malti se jbatu wkoll hekk kif il-Malti ħa jkollu jħallas aktar taxxi għannuqqas ta' turiżmu." Astrid Vella kritikat ukoll innuqqas ta' uffiċjali tal-infurzar li "ħafna drabi ma jindenjawx janalizzaw is-siti tal-iżvilupp qabel ma japprovaw ilpermessi." Min-naħa l-oħra, Simone Mizzi, kelliema għal Din l-Art Ħelwa, qalet li kull min isuq mill-Belt Valletta għal San Ġiljan "ma jiltaqa' mal-ebda ħdura jew spazji miftuħa iżda jara biss bini monstruż u ikrah li jġiegħlek tistħi li inti Malti." Mizzi tenniet ukoll li l-obbligu tal-MEPA huwa li tħares saħħet il-bniedem u l-ambjent u mhux li tapprova l-permessi tal-bini madwar il-gżejjer Maltin. Intant, kemm Astrid Vella u kif ukoll Simone Mizzi qablu li qabel ma' l-MEPA tinqasam f 'dipartiment tal-Ippjanar u tal-Ambjent, il-Gvern għandu l-ewwel ibiddel l-ideoloġija u l-prijoritajiet tal-MEPA.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013