Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

SPORTSillum 28 illum Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 Sliema W. jirritornaw għar-rebħ u jkabbru l-problemi ta' Rabat A. Sliema W............... 4 Rabat A ................. 1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT WARA t-telfa sorprendenti kontra t-tim inferjuri ta' Mosta fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Sliema Wanderers irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Rabat Ajax bliskor kbir ta' 4-1, liema rebħa ħalliet lill-Magpies ankrati waħedhom fil-qiegħ tal-klassifika b'4 punti biss minn 11-il logħba biex b'hekk komplew jiżdidulhom il-problemi fittentattiv tagħhom li jevitaw ir-relegazzjoni għallKampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni fl-istaġun li ġej. Il-Wanderers kellhom bidu perfett meta wara biss tmien minuti rnexxielhom isibu x-xibka meta minn freekick tal-plejer Taljan, Paltemio Barbetti, it-Taljan l-ieħor fil-formazzjoni ta' Sliema, Stefano Bianciardi għola tajjeb biex antiċipa lill-goalkeeper Velimirovic u permezz ta' daqqa ta' ras tajba tefa' fix-xibka. Tnax-il minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Blues irduppjaw l-iskor meta minn kross mil-lemin ta' John Mintoff, il-ballun spiċċa f 'saqajn Matais Mucahrdi li tefa' l-ballun fix-xibka permezz ta' daqqa ta' ras. Rabat Ajax naqqsu l-marġni tal-iskor fis-70 minuta permezz ta' daqqa ta' ras sabiħa ta' Malcolm Licari wara li rċieva tajjeb minn freekick ta' Dani Pelaez. Tmien minuti mit-tmiem tal-logħba, il-Wanderers għamlu l-iskor 3-1 favurihom meta minn kross mil-lemin tal-Arġentin Matias Muchardi, Abubakar Bello-Osagie għola tajjeb u tefa' ġewwa permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin. U jidher li l-Blues ma kinux kuntenti biżżejjed b'dan ir-riżultat hekk kif fil-ħin miżjud mir-referee Malcolm Spiteri, huma żiedu gowl ieħor hekk kif il-plejer Taljan Andrea Navarra rebaħ 'loose ball' wara li freekick ta' Dani Pelaez għal Rabat Ajax ħabat ma' dahar Dylan Falzon, u għeleb lill-goalkeeper sostitut ta' Rabat Ajax, Jonathan Azzopardi permezz ta' xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa. Sliema W. Bonello, Muscat, Mintoff, Scerri, BelloOsagie, Gatt Baldacchino, Cilia, Gueye (Navarra 78'), Barbetti, Muchardi, Bianciardi Rabat A. Velimirovic (J. Azzopardi 81'), Tanti, Azzopardi, Carapic, Falzon, Borg (Vella 74'), Carrillo Pendas, Pelaez Bellido, Avila Perez, Licari, Bajada (A. Azzopardi 35') Referee Malcolm Spiteri MATIAS MUCHARDI Twieled fid-9 ta' Frar 1988 fl-Arġentina Skorja t-tieni gowl f'din ir-rebħa Slimiża u kellu logħba tajba Inagħaqad ma' Sliema Wanderers fl-1 ta' Lulju 2012 u l-kuntratt tiegħu mal-Blues jintemmlu fit-30 ta' Ġunju 2014 Huwa wieħed mill-iktar plejers importanti fil-formazzjoni ta' Sliema Wanderers Floriana jkomplu jikkonvinċu u jegħlbu lil Qormi Floriana ..............3 Qormi .................0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT FLORIANA komplew jikkonvinċu bis-sħiħ fil-wirjiet tagħhom meta mingħajr tbatija għelbu lil Qormi li spiċċaw jilagħbu b'9 plejers bl-iskor ta' 3-0, biex b'hekk ilGreens komplew ikabbru l-problemi ta' Qormi matul dan l-istaġun. Kienu Qormi li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża meta fl-ewwel minuti tallogħba, Effiong żmarka lil Grech li avvanza tajjeb iżda l-lob tiegħu ġie kklerjat mid-difiża Furjaniża. Qormi komplew juru logħob tajjeb u wara biss 7 minuti, Grech għadda pass fit-tul lejn Effiong li deher ċert li kien se jsib ix-xibka meta llobbja l-ballun minn fuq Daniel Hanford li ħareġ minn postu iżda l-ballun għadda ftit barra. Kontra x-xejra tal-logħob, kienu l-Greens li fetħu l-iskor fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu f 'din il-logħba meta Steve Pisani għadda pass fil-baxx fuq il-lemin lejn Igor Coronado li dar tajjeb qabel spara xutt fil-baxx li għeleb lill-goalkeper u captain ta' Qormi, Matthew Farrugia. Man-nofs siegħa logħob, kross minn corner ta' Roderick Bajada ħoloq periklu iżda ħadd millplejers ta' Qormi ma rnexxielu japprofitta minn dan. Erba' minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Diogo kellu ġirja tajba qabel ra x-xutt angulat tiegħu jintemm barra, b'Farrugia megħlub. Meta kien għad fadal 19-il minuta logħob, Qormi qalgħu daqqa ta' YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt ħarta meta spiċċaw jilagħbu b'10 plejers hekk kif tkeċċa għalihom id-difensur Owen Bugeja li propju kien qed jilgħab kontra l-eks tim tiegħu, meta rċieva żewġ karti sofor f 'temp ta' żewġ minuti biss, bit-tieni waħda jirċeviha minħabba fawl ikrah fuq il-plejer ta' Floriana, Sacha Borg. U Qormi kellhom itemmu l-logħba b'9 plejers meta 11-il minuta mit-tmiem tal-logħba, tkeċċa għalihom il-goalkeeper Matthew Farrugia wara li waqqa' lis-sostitut Luca Casha fil-kaxxa. Mill-11-il metru, Gary Muir ma żbaljax biex għeleb lill-goalkeeper ta' riserva Għawdxi li ħa post Farrugia bejn il-lasti, Steve Sultana. Ftit wara, Floriana għamlu l-iskor finali 3-0 meta Diogo tefa' fix-xibka mill-viċin wara li bidel il-ballun ma' Christian Caruana. Floriana Hanford, Scicluna, Ibok Edet, Pisani (Casha 64'), Caruana, Coronado (Tabone 85'), Pinheiro de Sousa (Favero 85'), C. Borg, Farrugia, Muir, S. Borg Qormi Farrugia, Effiong, Sammut, Grech, Bajada, Caruana, Bugeja, Bondin (Pisani 32'), Innocenti (Sultana 80'), Petrsassi, Santaguida (Gabriele 73') Referee Clayton Pisani IGOR CORONADO Kellu logħba mill-aqwa għall-Floriana tant li ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-18 ta' Awwissu 1992 fil-Brażil Ingħaqad ma' Floriana fl-10 ta' Novembru 2012 Għadu kif rebaħ l-unur tal-BOV Plejer taxXahar għal Ottubru Ġie magħżul mill-MFA bħala l-Aqwa Plejer barrani tal-kampjonat matul l-istaġun li għadda Malta u teg Malta......................37 Kroazja ...................20 F'LOGĦBA li ntlagħbet quddiem attendenza sabiħa fil-Hibernians Stadium f'Kordin, it-tim nazzjonali Malti tar-rugby impressjona bil-kbir meta għeleb lit-tim nazzjonali Kroat bl-iskor ta' 37-20. Din kienet rebħa ferm importanti għall-Maltin hekk kif għadhom jittamaw li jżommu posthom f'Diviżjoni 2A. Dan hekk kif wara l-logħob li fihom kienu impenjati ż-żewġ timijiet nazzjonali rispettivi nhar is-Sibt li għadda, Malta telgħu mid-49 għal 45 post fir-Rankings Mondjali tar-Rugby waqt li l-Kroazja niżlu mit-52 għall-55 post. Malta mal-ewwel għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari fil-logħba u wara biss 10 minuti logħob, minn scrum, Toby Quarendon żmarka lil James Kirk fuq il-lemin u l-winger Malti ġera mal-linja biex kiseb l-ewwel try fil-logħba. Il-plejer James O'Brien ikkonverta biex poġġa lil Malta 7-0 minn fuq. It-tim nazzjonali Malti kompla juri logħob mill-aqwa u fid-19-il minuta, Daniel Apsee ġera tul id-difiża Kroata bil-ballun jispiċċa għand l-iskipper Malti Dominic Busuttil li qabeż Marquez jikse IL-FENOMENU Spanjol Marc Marquez kiser rekord ieħor biex rebaħ il-pole position f'Valencia fi Spanja fejn illum se ssir l-aħħar tellieqa tal-istaġun li se tiddeċiedi l-istaġun kollu talMoto GP, u għalhekk resaq pass 'il bogħod milli jikseb it-titlu tal-Moto GP ta' din is-sena meta għad għandu biss 20 sena. Marquez irnexxielu jikseb ħin ta' minuta u 30.237 sekondi. Fit-tieni post se jkun qed jibda s-sewwieq Jorge

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013