Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 ASMK tiftaħ il-Kampjonat Motocross u Enduro Podium fi Sqallija Stefan Dimech fuq Honda L-'ASSOĊJAZZJONI Sport Muturi u Karozzi', l-ASMK, illum il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 se tiftaħ il-Kampjonati ASMK Pasta Poiatti 2013/14 talMotocross. Dan wara li l-aħħar attività organizzata kienet 'Fun Race'. Se jkun hemm żewġ klassijiet Klassi A għal sewwieqa b'esperjenza avvanzata u Klassi B għall-'beginners' flimkien ma' klassi oħra msejħa 'Junior' li jaqgħu fiha sewwieqa taħt is-16il sena. Tul il-progamm se jkun hemm ukoll isSezzjoni Autocross li se tkun qed torganizza t-tielet programm tagħha talistaġun. Il-progamm tattiġrijiet se jkun qed jibda fil-11am. Intant, il-programm tallum se jibda b'quddiesa fil-kwartieri tal-ASMK f 'Ta' Qali. Din id-drawwa issa daħlet sew mal-membri tal-għaqda fejn niftakru f 'dawk il-membri kollha li m'għadhomx magħna fosthom l-Eks Champion tal-Motocross, Darren Dimech li din is-sena jagħlaq 9 snin li ħalla din id-dinja għall-ħajja aħjar flimkien ma' eks membri veterani, eks kompetituri u oħrajn. Il-quddiesa tibda fl-10am. Qraba u ħbieb mistiedna jattendu. Żewġ membri talASMK marru Sqallija biex ikkompetew fil-Kampjonat Moto-Enduro. Dawn irrappreżentaw lil Malta u lill-ASMK fit-tiġrija Enduro Interprovinċiali tal-FMI li saret bejn Ragusa u Marina di Ragusa fuq żewġ distanzi ta' madwar siegħa u kwart kull waħda bi Cross u Enduro tests sections iebsin ħafna. Il-Maltin Andrew Cassar u Nicolai Abela fuq Muturi KTM kienu l-uniċi Maltin f 'din it-tiġrija FMI. L-Għawdxi John Attard saq fl-istess korsa iżda filkampjonat UISP. Wara r-reġistrazzjoni u l-iskrutinaġġ tas-sewwieqa u l-muturi, Andrew u Nic bdew it-tiġrija tagħhom qrib nofsinhar. Dawn bdew l-ewwel ħames kilometri fuq medda ta' blat ta' kull għamla u qies ta' blat matul it-triq inkluż blat bi xfar u niżliet wieqfa li kienu iebsin ħafna speċjalment wara t-taħriġ tal-ġurnata ta' qabel u l-fatt li dawn iridu jgħaddu minn tliet darbiet fuq din il-korsa. F'temperatura ta' 26 grad is-sewwieqa kellhom jieħdu ħsieb saħħithom billi jixorbu ħafna ilma minħabba s-sħana waqt it-tiġrija. Is-sezzjoni Cross kienet korsa mmarkata bit-tejp fuq art ċatta, b'ħafna tidwir li ma jispiċċa qatt u li tagħlaq f 'forma ta' lembut kull fejn tibdel id-direzzjoni u hemm l-użu tal-brejks. Tal-anqas kien hemm inqas ġebel jiżloq fejn tibdel id-direzzjoni din id-darba. Wara dan kollu waslu fis-sezzjoni Enduro li kienet tikkonsisti f 'kurituri dojoq bejn blat bi xfar ħerġin 'il barra minn kullimkien, blat ħiereġ fl-art fil-korsa, ostakli bħal rampi, niżliet, siġar u arbuxelli fil-passaġġ. Fil-fatt, Cassar weġġa' jdejh fit-tielet korsa meta pprova jevita fergħa ta' siġra għax ħabat idu mal-ħajt. F'din is-sezzjoni wkoll Nic induna li tilef skorfina tal-fus tarrota ta' wara iżda ż-żewġ sewwieqa kienu determinati li jkomplu t-tiġrija sal-aħħar minkejja kollox kif fil-fatt għamlu. Il-fatt li dawn is-sewwieqa qed jitilgħu jikkompetu waħedhom mingħajr 'crew' jirrikjedi li s-sewwieqa jridu jagħtu l-petrol u jagħmlu l-manutenzjoni lill-muturi u jieħdu ħsieb in-nutriment tagħhom infushom ukoll fil-ħin qasir ta' madwar 1015-il minuta li jkollhom bejn sezzjoni u oħra. It-Taljani u l-iSqallin jiġu armati sew billi jkollhom tim li jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-muturi, mekkaniks, ilqugħ mix-xemx, appoġġ u aktar mill-klabbs tagħhom. Minkejja dan kollu Andrew u Nic spiċċaw is-sezzjonijiet kollha fil-ħin, bla penalità u għal darb'oħra kkwalifikaw fit-Tieni u fit-Tielet post rispettivament fil-klassi li kkompetew fiha. L-Uffiċjali tal-FMI kienu wkoll ġentili biżżejjed billi għamlu l-preżentazzjoni uffiċjali li fiha kkompetew il-Maltin u ppremjaw din il-klassi fil-bidu tal-premjazzjoni uffiċjali li Andrew u Nic jikkompetu fiha ħalli dawn ikunu jistgħu jilħqu il-katamaran fil-ħin. Nic u Andrew jirringrazzjaw lill-ASMK (b'mod speċjali lill-President, Frans Deguara) u lill-Virtu Ferries tal-għajnuna kollha li dawn taw f 'dan l-ewwel Kampjonat Enduro tal-Federazzjoni Taljana, FMI. Intant, nagħtu ħarsa ħafifa lejn il-klassifika nazzjonali tal-Autocross wara żewġ attivitajiet. Fi klassi A nsibu lil Christian Galea fuq Fiat Ritmo bi 13-il punt, Patrick Cassar fuq Opel Corsa b'9 punti u Gordon Johnson fuq Peugeot 205 b'6 punti. Fil-Klassi B, Andrew Pisani jinsab fil-quċċata segwit minn Josef Grech fuq Fiesta u Melo Zammit fuq Escort 3. Fil-Klassi Gozo Autocross insibu lill Domenic Zammit fuq Alfa Sud quddiem Joseph Agius u Joseph Vella, it-tnejn fuq Fiesta. Fil-Klassi Nazzjonali tal-Autocross insibu lil Christian Galea fuq Fiat Ritmo b'45 punt. Gordon Johnson għandu 38 punt segwit minn Matthew Borg bi 30 punt fuq Opel Nova. Iktar dettalji jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-ASMK, www.asmk.org.mt SPORTSillum La Salle BHS jirbħu l-MHA CUP 2013 LA Salle BHS żammew ir-rekord ta' suċċessi wara rebħa impressjonanti fuq ir-rivali Aloysians Von Taine. B'din ir-rebħa, La Salle BHS kisbu t-tieni unur tal-istaġun hekk kif ftit tal-ġimgħat ilu rebħu s-Super Cup. Il-plejer xellugi Peter Naudi kien nieqes għall-Aloysians filwaqt li l-captain ta' La Salle BHS Andrew Said ma setax jilgħab għax kien imweġġa'. Sa mill-bidu tal-logħba, La Salle ħadu r-riedni f 'idejhom u ddominaw il-logħba bi prestazzjoni soda. Dan huwa l-għaxar unur konsekuttiv għal La Salle. Aloysians urew titjib konsiderevoli f 'din il-kompetizzjoni. Il-logħba spiċċat 33-24 favur La Salle BHS. Chris Magro, kien l-aqwa skorer b'9 gowls, u ġie vvutat bħala l-aħjar plejer tal-logħba. Ilbieraħ, fetaħ is-separju fuq il-Kampjonat tal-irġiel talhandball. La Salle BHS - rebbieħa tal-ewwel unur tal-istaġun li joffri l-handball lokali, it-Tazza MHA Stevie Camilleri u Andreas Galea jirbħu l-unur tal-BOV Waterpolo plejers tas-sena L-ISTILLA ta' Neptunes Stevie Camilleri rebaħ il-premju tal-plejer tassena tal-BOV Water Polo Premier Division waqt li ż-żagħżugħ ta' Ta' Xbiex misluf minn San Ġiljan Andreas Galea, rebaħ l-unur tal-ewwel diviżjoni. Imdorri jirbaħ premijiet individwali, Camilleri, li jilgħab mat-tim tas-Serie A1 RN Bogliasco, spiċċa l-istaġun fuq nota pożittiva meta għolla t-Tazza talBOV Water Polo Premier League kif ukoll spiċċa l-aqwa skorer tad-diviżjoni. Bi prestazzjonijiet tajbin tul il-kampjonat kollu, Camilleri laħaq l-aqwa forma tiegħu fl-aħħar fażi tal-kampjonat meta Neptunes sfurzaw deċiżiva kontra San Ġiljan. Prestazzjoni eċċellenti fiddeċiżiva minn Camilleri rebħet it-tazza lin-Neptunes. Il-plejer ta' San Ġiljan, Andreas Galea għalaq l-ewwel staġun tiegħu mat-tim tal-kbar bir-rebħ tal-unur tal-aqwa plejer fl-Ewwel Diviżjoni. Iżżagħżugħ lagħab ma' Ta' Xbiex, it-tim Nazzjonali ta' U17 u kien parti milliskwadra ta' U-20 ta' San Ġiljan li rebħet ilkampjonat tal-kategorija tagħha. Andreas kien figura prominenti tat-tim ta' Ta' Xbiex u kważi dejjem spiċċa fuq l-iscoresheet tat-tim u xewka fid-diviża avversarja. Anthony Scicluna, Chief Officer fi ħdan il-Bank of Valletta u Joe Caruana Curran, President tal-ASA ippreżentaw l-unur lil Galea. Camilleri ma kienx disponibbli għax jinsab l-Italja mat-tim tiegħu. Stevie Camilleri u Andreas Galea - rebbieħa tal-BOV Waterpolo Plejers tas-Sena fiddiviżjonijiet rispettivi li fihom jieħdu sehem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013