Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

jiet tal-ftuħ tal-ħwienet Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 | illum 5 enfasizza Borg Bonello. Hu fisser kif hemm argument ieħor, dak li jekk ħanut jiftaħ l-oħrajn ikollhom jiftħu. "L-ewwelnett l-esperjenza mhux hekk turina. Illum hemm ħwienet li jiftħu pereżempju l-Ħadd filwaqt li oħrajn ma jiftħux. It-tieni jekk xi ħadd ma jridx jaħdem f 'ċertu ġranet jew ħinijiet għandu kull dritt li ma jaħdimx, iżda m'għandux dritt li ma jħallix lil ħaddieħor jaħdem." Dwar il-ħaddiema, Borg Bonello wieġeb hekk: "Għallħwienet il-kbar ħafna millħaddiema, speċjalment in-nisa, ma jaħdmux ġurnata sħiħa iżda jaħdmu f 'ħinijiet differenti, ħinijiet li jkun jaqbel għal familja. Kull ma jrid tal-ħanut hu li jara li jsib ħaddiema biex ikun jista' jaħdem il-ħinijiet li huma l-aħjar għalih." Dwar il-ħaddiema l-oħra li jaħdmu fuq bażi fulltime, Borg Bonello f 'isem l-Għaqda tal-Konsumaturi qal li, li jkun hemm bżonn hu li jiġu impjegati ħaddiema oħra. "Jistgħu wkoll jieħdu l-ħinijiet tal-mistrieħ tagħhom f 'ħinijiet oħra. Din mhix xi ħaġa ġdida għaliex għandna ħaddiema li "Sal-lum il-ħsibijiet tal-membri tal-GRTU huma maqsuma dwar jekk għandhomx jinbidlu r-regolamenti" jaħdmu bix-xift. Fuq kollox għall-ħaddiema hemm ilunions biex jaraw li ma jiġux sfruttati. Aħna nemmnu li l-unions f 'Malta huma kapaċi li jissalvagwardjaw l-interessi tal-ħaddiema," qal il-kelliem tal-Għaqda tal-Konsumaturi. Madanakollu, l-Għaqda tibqa' tinsisti li jkunu xi jkunu l-ħinijet tal-ħwienet, l-aktar ħaġa importanti hi li tinżamm il-kwalità. "Ir-regolamenti għandhom jipproteġu n-negozjant iżżgħir" Kiran Debono li hi sid il-ħanut Mariage fil-Belt Valletta qalet li "mhux kull settur għandu l-istess bżonnijiet. Ngħid għalija li qiegħda fis settur tal-bejgħ tal-ibiesi tat-tieġ, ma narax lok li jiġu estiżi l-ħinijiet tal-ftuħ jew li niftħu l-Ħadd jew f 'festi pubbliċi. Nemmen ukoll li l-Ħadd għandha tkun ġurnata ta' mistrieħ u li fiha wieħed igawdi l-familja." Kiran Debono kompliet tispjega kif minħabba s-suq żgħir ta' pajjiżna, l-ispejjeż żejda li se jkollha jekk tiftaħ nhar ta' Ħadd, mhux se jiġu kkumpensati b'aktar dħul. "Dan għaliex il-bejgħ talĦadd ikun qed jintilef millbejgħ ta' matul il-ġimgħa," sostniet sid il-ħanut Mariage. "F'kull settur għandu jsir studju biex wieħed jara jekk is-servizz estiż lillklijent huwiex vallapena li l-ħaddiema kollha f 'dak is-settur jiġu mċaħħda millfamilji tagħhom nhar ta' Ħadd." Kiran Debono enfasizzat li "r-regolamenti għandhom jibqgħu biex jipproteġu n-negozjant iż-żgħir. Għalhekk naħseb li l-multa fissa li titħallas minn kull min irid jiftaħ nhar ta' Ħadd (sakemm mhux eżentat) għandha tvarja skont id-daqs tal-ħanut." Il-ħwienet żgħar u medji jagħżlu ħinijiet magħmula apposta għall-klijent Marianne Cardona, self- employed u sid il-ħanut Serenity Hair and Beauty Clinic f 'Ħal Qormi qalet li tinsab indeċiża. "Naqbel u ma naqbilx. Illum ilġurnata ħafna ħwienet stabbiliti għandhom ħinijiet konvenjenti. Biss min-naħa l-oħra għalkemm hawn ħafna ħwienet kbar u stabbiliti, il-maġġoranza f 'Malta huma negozji żgħar u medji u huma stabbiliti wkoll. Iddifferenza ta' dawn il-ħwienet hi li joħolqu konvenjenza ta' ħinijiet personali u għallklijentela tagħhom." Cardona fissret kif li tkun taħdem għal rasek u jkollok negozju tiegħek ma taqbilx li għandna niġu kkmandati dwar il-ftuħ ta' ħinijiet, ir-raġuni hi li ma nibqgħux liberi wisq iktar jekk ma jkunx hemm impjegati. Hi qalet li "dawn irregolamenti għandhom ikunu validi għal ċertu negozji bħal super/mini markets, spiżeriji, u oħrajn l-iktar li huma ta' bżonnijiet ta' kuljum. Biss xorta ma narax li hija valida għal Malta. Però din m'għandhiex tapplika dwar il-ħwienet l-oħra bħal hair & beauty clinics, boutiques, bażars u ħwienet ta' dan it-tip." Il-PN għad irid jevalwa u jiddiskuti l-għażliet kollha Il-Kelliema tal-Partit Nazzjonalista għallKompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku Kristy Debono, qalet li "l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jevalwa l-proposta tal-Gvern fil-White Paper, jiddiskuti mal-istake holders kollha kkonċernati u finalment jieħu deċiżjoni fl-interess tal-konsumaturi, tas-sidien tal-ħwienet u l-ħaddiema." "Ir-regolamenti għandhom jipproteġu n-negozjant iż-żgħir"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013