Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 Ir-rotta talġurnalist Jerome Caruana Cilia Il-Qawra: żona turistika mimlija ħmieġ Il-Lokalità ta' San Pawl il-Baħar hi magħrufa bħala l-iktar post turistiku fuq il-gżira tagħna. Parti sostanzjali tal-popolazzjoni tal-gżira, madwar 60,000 jiġu jqattgħu x-xhur tas-sajf hawnhekk. Il-bqija tas-sena, il-post jerġa' jakkwista t-trankwillità tiegħu. Fost il-postijiet ta' interess li wieħed jista' jżur hemm ix-Xemxija Heritage Trail, Ċentru tat-tkabbir taż-Żebbuġ f'San Pawl Milqi f'Burmarrad, banjijiet Rumani f'Buġibba, Planet Walk mal-promenade fil-Qawra, Torri Wignacourt u Akwadotti mibnija mill-GranMastru Alof de Wignacourt fil-Pwales. Iżda din id-darba l-ġurnalist għażel li jżur it-toroq tal-Qawra. ĦMIEĠ MA' KULLIMKIEN Ma nixtieqx inkun allarmanti, imma l-ammont kbir ta' ħmieġ li rajt ma jitwemminx. Jiddispjaċini li għad hawn min hu daqshekk egoist. Fit-toroq talQawra wieħed isib minn kollox: bottijiet tal-birra, boroż tal-plastik, fdalijiet ta' għamara mkissra, biċċiet tal-ħadid u saħansitra sufan qadim. Nispera li naslu fi żmien fejn din il-mentalità tinbidel u nsiru aktar konxji tal-ambjent ta' madwarna. SUPPOST JAGĦTU EŻEMPJU Kif tistgħu taraw fir-ritratt hemm borża taż-żibel flimkien ma' fdalijiet tal-ikel u ħmieġ ieħor imxerred ma' kullimkien. Dan jinsab fl-entratura taċ-Ċentru Aċċess tal-Qawra. "Suppost dawn jagħtu eżempju. Dan kollu jista' jattira aktar annimali li jiġu jkomplu jqattgħu l-boroż taż-żibel u jħammġu l-inħawi. Jista' jagħti l-każ li dan il-ħmieġ ma tefgħuhx il-ħaddiema taċ-Ċentru Aċċess, imma setgħu mqar naddfuh," qalli resident. ĊINT PERIKOLUŻ Dan iċ-ċint huwa fi stat perikoluż ħafna. Speċjalment f'dan iż-żmien tas-sena, meta tibda dieħla l-ħarifa u tiżdied ixxita. Nispera li l-awtoritajiet ikkonċernati jieħdu azzjoni b'mod immedjat. ĦĠIEĠ MAL-ART Waqt ir-rotta sibt numru mhux ħażin ta' fliexken tal-birra mkissrin u anke xi ħġieġ imkisser ieħor. Dan huwa ta' periklu kbir. Iktar u iktar meta rajt numru ta' tfal waħedhom, jgħaddu minn din ir-rotta sabiex jirritornaw lura d-dar mill-iskola! DJAR VOJTA BIL-BIEB MIFTUĦ Fir-rotta ltqajt ma' diversi appartamenti ġodda li jinsabu bil-bieb miftuħ jew saħansitra sgassat. Din mhix xi ħaġa xierqa għaliex fost oħrajn hemm il-periklu li jsir xi serq jew vandaliżmu fl-appartament ikkonċernat. Gladjat minn John Busuttil L-Università tag ROBERTA Magri twieldet fid-9 ta' Awwissu ta' 23 sena ilu, l-unika bint u l-fessuda ta' John u Irene. Twieldet u trabbiet San Ġwann iżda l-aħħar ħames snin għexithom tal-Ibraġġ. Roberta twieldet bilkundizzjoni ta' Central Core Myopathy li bażikament hi li l-muskoli tal-ġisem ikunu dgħajfa u b'hekk hemm ċertu limitazzjonijiet dwar movimenti. Bdiet tuża l-wheelchair wara li kellha tagħmel operazzjoni taliscoliosis. Iżda dan kollu qatt ma żamm lil Roberta milli tħossha tfajla normali, li tħobb id-drama, il-qari, moda, psikoloġija, l-Inter u l-PN, ħabiba ta' eluf u mimlija ħolm pożittiv. Lil Roberta sirt nafha ftit tas-snin ilu mill-Facebook fejn Roberta għandha eluf ta' ħbieb. Hi tfajla li tiddiskuti fuq kollox, politika, football, realtajiet tal-ħajja u fuq kull ħaġa li nsomma jiddiskuti l-Facebook. Iżda l-aktar li kienet għamlet impatt miegħi hi l-mod pożittiv li dejjem tħares lejn kull sitwazzjoni. U fiha rajt gladjatur qawwi tal-ħajja. Għalhekk din l-intervista xtaqt nagħmilha fejn Roberta tqatta' ħafna millħin tagħha, fuq l-internet, u permezz ta' Skype, fejn kważi bdiet tintervistani hi, meta rrakkontajtilha r-raġunijiet li bdilt ix-xogħol tiegħi. Din it-tfajla ferm intelliġenti u ħelwa kellha twaqqaf l-istudji tagħha salForm 3 f 'Sir Adrian Dingli minħabba li dak iż-żmien kellha tagħmel operazzjoni diffiċli li damet tmien sigħat, "u spiċċajt fallejt ħafna u kien impossibbli li naqbad li tlift," qaltli Roberta li kompliet tgħidli wkoll li minn wara dik l-operazzjoni spiċċat tuża l-wheelchair, "kont naf minn qabel li se jkolli nuża l-wheelchair." Roberta nqisha bħala tfajla intelliġenti ħafna anke għal posts u kitbiet tagħha li ġieli kitbet fuq ġurnali lokali u bdejt inħajjarha biex tieħu xi kors l-Università speċjalment fuq il-psikoloġija, suġġett li tant tħobb. "Ngħidlek il-verità qatt ma kelli dik l-ambizzjoni li nidħol l-Università, iżda l-università tiegħi hi l-ħajja nnifisha li minnha nitgħallem kuljum. Però jkolli nammetti li qed tħajjarni." Staqsejtha wkoll meta kienet konxja li l-kundizzjoni tagħha mhux bħal tifla oħra normali, u hawn irribellat dwar ilkelma 'normali', "il-kelma normali ddejjaqni għax nemmen li n-normalità għal kulħadd hi differenti u ħafna nies jużawha kif jaqbel lilhom. Dwar il-mistoqsija tiegħek, ovvjament minn meta kelli ftit sens bdejt ninduna b'ċerti limitazzjonijiet." Roberta tgħid ukoll li hi qatt ma ddisprat, "u qatt ma naf li f 'ħajti għidt xi darba kemm nixtieq li ma kontx dak li jien. Il-proċess biex tiffaċċja r-realtà hu ftit diffiċli speċjalment meta tkun għadek żgħira. Kien hemm żmien fejn fissilenzju tiegħi bla ma qatt urejt lil tal-familja ħassejtha wisq diffiċli li nintegra ruħi għax kont konxja talkundizzjoni tiegħi. "Kundizzjoni li kienet tbiegħdni mis-soċjetà, il-biża' tiegħi kif iħarsu lejja n-nies. Din kienet waħda mir-raġunijiet li kont magħluqa fija nnifsi u jekk jista' jkun kont naħrab min-nies. Illum irnexxieli negħlibha sew u sirt ilkontra ta' dak li kont qabel, infatti waħda mill-affarijiet li jagħtuni sodisfazzjon hu meta niltaqa' man-nies. "Però biex wasalt s'hawn ħadt ħafna żmien. Bdejt noħroġ mill-qoxra, l-ewwel u qabel kollox meta aċċettajt ir-realtà u ma bqajtx inħares lejn il-kundizzjoni bħala problema iżda bħala sfida, sirt aktar kunfidenti biex nintegra ruħi fis-soċjetà." Iżda l-internet u l-Facebook kienu ċ-ċavetta tal-bibien għal ħbiberiji kbar li għamlet, "Il-Facebook hu mod kif taqsam il-ħsibijiet tiegħek, l-opinjoni u dan jgħin biex in-nies isiru jafuk aktar mill-qrib u japprezzawk. Inħobb inkun ħabiba ma' kulħadd iżda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013