Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253
18 illum | Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI HAWN ilhom li bdew l-iskjeramenti tar-rigali għall-Milied. Il-MaltinAwstraljani ta' hawn il-Milied ma jħossuhx, ħlief għall-ikla f 'nofsinhar u dinner dance bejniethom, għall-Ewwel tas-Sena. Iqisu li hu xott u protestant, iddominat biss mix-shopping. Hawn f 'Melbourne tħosshom jiżdiedu l-konsumaturi, skjavi tal-katini l-kbar talprovvisti, b'Woolworth u Coles jiddominaw b'mod assolut. Dak il-monopolju dan ix-xahar kien attakkat filmagażin tal-Kooperativa tal-Bdiewa li jkabbru prodotti organiċi: "L-Awstraljani qed jgħixu bl-illużjoni li l-'l-irħis' tas-supermerkati huwa prodott tajjeb." Imma min-naħa l-oħra, ta' min iqis li l-prodotti organiċi huma għaljin verament, kważi d-doppju ta' dak li ssib għand Woolworth jew Coles. Tkellimt ma' xi Maltin dwar il-Milied. Qaluli li hawn kollox kwiet, speċjalment fissubborgi, u bilkemm tinduna li qorob il-Milied. Kull sinjal ta' Milied Ewropew kien ikkanċellat mas-snin, imma qaluli li għad hemm xi Maltin anzjani li għadhom jippruvaw iżejnu bil-figuri kbar talpresepju, magħmulin bilkartun oħxon, fuq il-ġnejna ta' quddiem tad-dar. PAUL CAPSIS U L-KĊINA TAZ-ZIJA Paul Capsis hu kantant u attur bravu, rispettat mill-media teatrali, li jgħix f 'Sydney. Is-sena li għaddiet kiteb dramm Malti-Ingliż, Angela's Kitchen, fejn interpreta waħdu l-personaġġi kollha ta' familja Maltija minn Tas-Sliema li emigrat lejn l-Awstralja. Għal dan ix-xogħol Capsis, li għandu dixxendenza Maltija minnaħa ta' ommu (missieru hu etnikament Grieg) kien nominat għal żewġ Helpmann Awards għas-sena 2012, wieħed għall-aħjar attur u l-ieħor għall-aħjar xogħol teatrali ġdid. Dawn huma l-ogħla Awards li l-Awstralja tista' tagħti għall-Industrija Teatrali. Il-media laqgħet dan ix-xogħol b'entużjażmu kbir kif xehdu rivisti speċjalizzati u gazzetti popolari bħal The Australian, The Sunday Telegraph, is-Sydney Morning Herald u oħrajn. Capsis hu wieħed mill-artisti l-aktar magħrufin u l-aktar maħbubin fl-Awstralja u x-xogħol performattiv tiegħu ħadu New York, Londra, Shanghai, Vienna, Hong Kong, Edinburgh u San Francisco. "Lil barran TONI ABELA B ernard Shaw qatt ma kellu lsienu taz-zokkor. Darba ltaqa' ma' prostituta u staqsiha jekk kinitx lesta torqod miegħu għal 750 sterlina. Din weġbitu flaffarmattiv. Wara reġa' staqsiha jekk kinitx lesta li tagħmel l-istess għal 5 sterlini. Il-prostituta nġibdet u ħadet għaliha u b'suppervja weġbitu "X'qed taħsibni li jien?!" Bernard bil-kalma kollha wieġeb "X'inti nafu... Paul Capsis – interpreta l-personaġġi ta' familja Maltija li emigrat l-Awstralja Min-naħa l-oħra fl-Awstralja ħadem għal teatri prominenti bħall-Malthouse ta' Melbourne u kumpaniji ta' quddiem nett, bħall-Melbourne Theatre Company, il-Victorian Opera u s-Sydney Theatre Company. Issa b'identità artistika bħal dik, tistenna li Malta tilqa' bi ħġara lil dan l-artist. Imma mill-istazzjon Malti tal-SBS qaluli li la t-Teatru Manoel u lanqas iċ-Ċentru tal-Kreattività m'aċċettaw il-performance ta' Angela's Kitchen. Ma tawnix raġuni għaliex. Imma jekk sar hekk, dan qed imur kontra l-wegħdi politiċi li l-emigranti Maltin madwar id-diaspora ma jkunux emarġinati. Il-każ ta' Paul Capsis ta' min jistħarrġu. IL-MEDIA U L-ABORIĠINI Il-media Awstraljana qed tfakkar l-għoxrin sena minn mindu kienet iddikkjarata l-politika ta' rikonċiljazzjoni mal-indiġeni. Il-programm statali ppreżenta dibattitu li kkonkluda li mhux minnu li l-Aboriġini ma jridux ikunu involuti u li jippreferu jitgħażżnu u jieħdu kollox b'xejn, kull tip ta' privileġġ. Jekk jingħataw ir-responsabbiltà huma lesti li jaċċettawha, imma jridu jkunu fdati li lesti jmexxu lilhom infushom u jagħrfu x'inhuma l-prijoritajiet partikolari tagħhom. Irid ikun rikonoxxut ukoll is-sens spiritwali qawwi ta' dawn in-nies. Fil-programm, produzzjoni ta' Screen Tasmania, kien hemm min baqa' jinsisti dwar il-privileġġi eċċessivi li ngħataw u qed ikomplu jingħataw l-indiġeni. Dwar dawn l-oġġezzjonijiet, għamel intervent inċiżiv membru tal-panel: "Ejjew ma nkunux ipokriti – kemm hawn minnkom li jixtiequ li twieldu suwed?" IS-SUQ ĦIELES U L-FAQAR Fi programm ieħor (Q & A fuq ABC One) tkellmu dwar kif is-suq ħieles qed ikisser l-istat tal-manifattura li fl-Awstralja "qed tmut". Hu minnu li l-Awstralja issa qed tgħum fi xmara ta' prodotti ġejjin miċ-Ċina u minn pajjiżi Asjatiċi oħra. U forsi għalhekk qed ikunu daqstant imbuttati l-prodotti Awstraljani. Miżżraben Ugg (bi prezzijiet astronomiċi) sat-tadam u l-kaboċċi). Issa l-mantra hi: Made in Australia, Purely Australian, Genuinely Aussie, u reklami oħra bħal dawn, tikketti prominenti jsejħulek minn kull naħa. Fil-programm kien imfisser kif is-suq ħieles ifisser li qegħdin iqaxxruk mingħajr ma tinduna u kif il-"vantaġġi" li joffri jfisser li hemm xi ħadd li kull ma jmur qed jiftaqar. 'IR-REBBIEGĦA GĦARBIJA' U L-ARTISTI Wara r-Rebbiegħa Għarbija fit-Tuneżija (glorifikazzjoni oħra prematura min-naħa tal-Punent), l-artisti li qed jipproduċu kitbiet biex isostnu d-drittijiet talfqar qed jinħatfu b'arrest, jissawtu fl-għases talpulizija u kkundannati għal sentenzi ta' ħabs in absentia. Dawn l-artisti fehmu, forsi qabel kulħadd, li l-libertà kienet ċajta traġika, finta spettakolari. issa dwar il-prezz qegħdin nitkellmu." Dan l-annedotu fakkarni fl-iskema ta' akkwist ta' ċittadinanza minn barranin. Minbarra dettalji ta' kif ser tkun implimentata, l-oġġezzjoni prinċipali talOppożizzjoni mhix li ser tingħata ċ-ċittadinanza, iżda kemm tiswa. Mhux li ma għandhiex tingħata iżda dwar il-valur materjali u monitarju tagħha. Tant huwa minnu dan li lesti jaċċettaw dan ilprinċipju basta jkun hemm xi xorta ta' investiment ieħor, fejn naf jiena li dak li jkun jimpjega tant nies b'investiment. Jiġifieri minkejja kull impressjoni li qed tingħata li ma hemmx qbil fuq ilprinċipju fir-realtà hemm qbil assolut. Kien għalhekk li ma fhimtx il-protesta ta' dawk iż-żgħażagħ tal-MŻPN quddiem il-bieb tal-palazz. Il-partit tagħhom stess huwa favur il-prinċipju li tingħata din iċ-ċittadinanza, mentri huma kienu qegħdin L-Istat Disfunz D arba kien hemm opinjonista (kelma kerha u inadekwata) illi ddeskriviet lil Eddie Fenech Adami bħala l-avukat tar-raħal. Qalet dan b'ton derrogatorju u tgħidx kemm kienet qajmet furur. Kieku jien kont flok Eddie Fenech Adami, ma kontx nieħu għalija. Anzi kont inħossni onorat. L-avukati mhumiex maħbubin imma mal-ewwel għawġ, wieħed mill-ewwel imur għand l-avukat. L-avukat tar-raħal irid jieħu ħsieb kull tip ta' problema: min ma ħallasx jew ma jistax iħallas, min ħabat, min għandu kwistjoni fuq il-qasma, min ser jissepara u elf sitwazzjoni oħra. F'ġurnata tipika jista' jkollok arbitraġġ dwar ħlas ta' bosta miljuni u medjazzjoni dwar separazzjoni ta' koppja fejn hu ma jaħdimx u hi bla flus. L-avukat tar-raħal mhux bħal dak l-avukat illi jgħaddi ħajtu jirreġistra l-vapuri jew it-trusts u qatt ma jixref l-għatba tal-qorti. Togħġobni l-aktar din il-ħajja minħabba l-kuntatt illi jkolli man-nies. Irwol importanti tal-avukat tar-raħal hu illi jservi ta' konfessur għallklijenti tiegħu. Ġieli nqatta' sigħat sħaħ nisma' lill-klijenti jferrgħu dak kollu li għandhom fuq l-istonku. Tiskanta kemm għal bosta l-qrar iserraħhom u waħedhom jindunaw liema triq għandhom jaqbdu, mingħajr wisq direzzjoni. Xi sena ilu, l-iswing qawwi favur il-Partit Laburista kien ferm ċar. Bosta klijenti kienu JOE ELLIS qed jindikaw dan. Illi ma kienx magħruf kien jekk il-PN jirnexxilux jirkupra l-iżvantaġġ illi kellu, bħalma kien għamel ħames snin qabel. Wieħed partikolari, bniedem finnegozju, laqatni r-raġunament tiegħu: din mhux għal ħames snin? U m'aħniex fl-UE? Dejquni l-ministri u hemm bżonn ta' bidla. Il-kumplament tal-istorja lkoll nafuha. Ftit xhur ilu, kulħadd kien jistenna illi l-partit Laburista jagħmel tal-anqas għaxar snin fil-Gvern. Mid-dehra, anke fil-PN kien hemm min qagħad lura mit-tellieqa fit-tmexxija għax kien qed jistenna illi t-tiġrija vera ser issir wara l-elezzjoni li jmiss. Imma l-ħajja, u l-politika, hija mimlija sorpriżi. U wieħed m'għandu jeskludi xejn għax il-marġni enormi tar-rebħa elettorali ta' din is-sena mhu l-ebda garanzija għall-futur. Dan peress illi l-PL donnu ma fehemx illi tela' fil-Gvern għaliex il-poplu kien xeba' bil-PN fil-Gvern u għax ħassu rassikurat illi b'Malta fl-UE, ftit ser ikun hemm differenza