Illum previous editions

illum 17 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€0.90 Call us on 99860983 Or visit our website www.tadernis.com 17 ta' Novembru 2013 • Nr 370 IL-KELLIEM talOppożizzjoni Tonio Fenech f 'intervista mal-gazzetta ILLUM qal li l-kritika tiegħu mhix fuq il-kompetenza ta' Henley & Partners, imma minħabba l-fatt li dawn għandhom kunflitt ta' interess. Huwa mbagħad stqarr li jekk il-pariri dwar din l-iskema tawhomlhom Henley & Partners. "Mela nibda ninkwieta, u nikkunsidra l-pożizzjoni tiegħi dwar x'naħseb fuq din id-ditta." "Imma jiena naf li huma wkoll qalu lill-Gvern li m'għandux jagħmilha b'dan il-mod. Li m'għandux iħares lejn il-quick buck imma jfittex l-investituri," qal Tonio Fenech. Imma f 'kuntatti millgazzetta ILLUM li saru lbieraħ dwar dan l-aħħar kumment ta' Fenech, kelliem tal-Gvern qal li assolutament mhux minnu li Henley & Partners taw dan il-parir. "Anzi tawna ħafna pariri biex pereżempju ma niżvelawx il-persuni li ser jiġu aċċettati u aħna issa dawwarna kollox." Ara intervista paġna 11, 12 Il-każ tat-toilets u d-direct orders paġna 3 Whistle blower jitneħħa minn Segretarju Eżekuttiv JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt "KIXEF il-verità u qaċċtuh 'il barra." Hekk iddeskrivew persuni li tkellmu malgazzetta ILLUM, it-tneħħija ta' Arthur Bajada minn Segretarju Eżekuttiv talKunsill Lokali ta' Sannat f 'Għawdex. Sorsi li kellmu lill-gazzetta ILLUM fissru kif dan seħħ L-aħjar kittieba ssibhom filgazzetta Illum wara li kuntrattur mar ikellem lill-eks Segretarju Eżekuttiv Arthur Bajada u qallu li jinsab urtat ħafna bil-fatt li s-Sindku kien daħak bih. Dan il-kuntrattur allega li s-Sindku Philip Vella kien qallu biex ma jixħetx l-offerta tiegħu ħalli kuntratt partikolari jingħata lill-kuntrattur ieħor. Imbagħad il-kuntrattur li jintgħażel jagħtih ix-xogħol hu. Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata li x-xogħol kien relatat mal-bini tal-ħitan tas-sejjieħ. "Iżda issa lanqas biss qed iħares lejja u qiegħed dejjem jaħrabni," spjega dan il-kuntrattur b'riferenza għasSindku. Din il-gazzetta tinsab infurmata li l-eks Segretarju Eżekuttiv irrekordja dan kollu, u wara li għamel ftit kuraġġ mar bih għand il-Pulizija. Sorsi li tkellmu mal-gazzetta MARIO AZZOPARDI Paġna 18 ILLUM qalu li b'xi mod ilkontenut ta' dak ir-rekording wasal għal widnejn is-Sindku ta' Sannat. Fil-fatt xi jiem wara li Bajada mar għand il-Pulizija, propju fil-15 ta' Lulju 2013, saret seduta tal-Kunsill Lokali mmexxija mis-Sindku Philip Vella, li fiha tressqet mozzjoni sabiex Arthur Bajada jitneħħa minn Segretarju Eżekuttiv. JOE ELLIS Paġna 18 Ikompli paġna 2 TONI ABELA Paġna 18 L-EKS brigadier talForzi Armati ta' Malta Martin Xuereb ma aċċettax il-kariga ta' Kap Koordinatur tas-Sigurtà u d-Difiża fi Brussell. Il-brigadier ma tax raġuni definita għad-deċiżjoni tiegħu. "Hemm bosta raġunijiet għaliex mhux se naċċetta din il-kariga però m'iniex se nelabora fuq l-ebda," Xuereb tenna. F'Settembru l-brigadier Martin Xuereb ħabbar irriżenja tiegħu wara 26 sena fil-Forzi Armati ta' Malta. Fi sfond tar-riżenja, il-Ministru tas-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia kien ħabbar li Xuereb se jingħata kariga diplomatika fi Brussell, però din ġiet miċħuda. Xuereb spjega li wara li rrifjuta l-offerta talMinistru Mallia u spiċċalu t-termination leave, issa jikkonsidra lilu nnifsu bħala "ċittadin normali." Ikompli paġna 17 IMMANUEL MIFSUD Paġna 20 NEWSPAPER POST Fenech jargumenta li lest li jibdel fehmtu dwar Henley & Partners Il-brigadier jirrifjuta li jmur Brussell

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 November 2013