Illum previous editions

illum 17 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 WATERFRONT Dispensary, Forni 2l, Pinto Wharf, Floriana THOMAS'S Pharmacy, 796, Triq ilKbira San Guzepp, Ħamrun PINTO Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Qormi ĦERBA Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara TONY'S Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Gżira SAN Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke DRUG Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd, 382, Triq Manwel Dimech, Sliema ST. Michael Pharmacy, Misraħ tatTransfigurazzjoni, Lija ST. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Mosta ST. Paul's Bay Pharmacy, 504, Triq ilKbira, San Pawl il-Baħar TARXIEN Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Tarxien VICTORY Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, Isla SAN Ġwakkin Pharmacy, 1, Triq Sant'Anna, Marsascala POMPEI Pharmacy, 28, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk CHRYSANTHEMUM Pharmacy, Triq San Nikola, Qrendi DE Rohan Pharmacy, 24, Triq Sant'Antnin, Żebbuġ ST. Anthony Pharmacy, 18, Triq ilKbira, Rabat BATU Pharmacy, 38, Triq Palma, Victoria GOZO Chemists, Mġarr Road, Xewkija 23˚Ċ 14˚Ċ Ftit imsaħħab u jiżdied is-sħab għoli VIŻIBILTA' Tajba RIĦ Majjistral forza 3 lokalment forza 3 għal 4 għall-ewwel, li jsir varjabbli l-iktar mix-Xlokk filgħodu u forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 mal-lejl. www.gozochannel.com TEMP GĦADA L-OGĦLA L-INQAS TEMP RIĦ 23˚Ċ 17˚Ċ Ftit jew wisq imsaħħab, li jsir il-biċċa l-kbira msaħħab bix-xita kultant u li tista' tkun bir-ragħad f'xi nħawi mal-lejl. Xlokk forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 għall-ewwel, li jsir min-Nofsinhar ix-Xlokk forza 5 għal 6 lokalment forza 6 għal 7 filgħodu, u jdur min-Nofsinhar il-Lbiċ mal-lejl. SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. 71 46 1 53 8 65 54 56 Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda Is-Sindku Vella jgħid li ma setax jibqa' jaħdem miegħu Is-Seba' Leġislatura - Mix-xellug għall-lemin: Arthur Bajada (Segretarju Eżekuttiv), Maria Cassar Sultana (Kunsillier), Frances Galea (Viċi Sindku), Philip Vella (Sindku), Joseph Bajada (Kunsillier) u Margaret Said (Kunsillier) TEMP ILLUM L-OGĦLA L-INQAS TEMP Ikompli minn paġna 1 F'KUMMENTI malgazzetta ILLUM, is-Sindku ta' Sannat Philip Vella qal li r-raġuni ewlenija għalfejn tneħħa s-Segretarju Eżekuttiv kienet minħabba li ma kienx iktar possibbli li jibqa' jaħdem miegħu. "Ma stajtx nibqa' naħdem miegħu. Kien hemm nuqqas kbir ta' rispett min-naħa tiegħu lejja bħala sindku. Saħansitra kien hemm ġranet fejn ħa l-leave mingħajr ma jien kont approvajtu," kompla s-Sindku Vella. In-nuqqas ta' komunikazzjoni effettiva bejn iż-żewġ partijiet kienet fattur ieħor. "Ħafna drabi ma konniex niftehmu millewwel," qal Vella. Is-Sindku sostna li mhux l-ewwel darba li l-eks Segretarju Eżekuttiv Arthur Bajada kien involut f 'kontroversji. Vella fisser kif fil-Kunsill Lokali Ta' Sannat kien hemm numru ta' riżenji minn membri taż-żewġ partiti. "Ir-raġuni ewlenija għalfejn dawn irriżenjaw kienet minħabba li sabuha diffiċli immens biex jaħdmu mal-eks Segretarju Eżekuttiv Bajada. Ma setgħux jibqgħu jaħdmu miegħu," qal Philip Vella. Hu semma' kif l-eks Sindku Carmel Camilleri kien irriżenja minħabba nuqqas ta' qbil masSegretarju Eżekuttiv. Il-gazzetta ILLUM staqsiet lill-Kunsill Lokali biex ikollna kopja tal-minuti tallaqgħa li saret fil-15 ta' Lulju 2013 u li fiha l-Kunsill ivvota biex jitneħħa s-Segretarju Eżekuttiv Arthur Bajada. Iżda s-Sindku Philip Vella qalilna li l-minuti għadhom mhumiex lesti. Dan għaliex skont is-Sindku, l-eks Segretarju Eżekuttiv Arthur Bajada li kiteb il-minuti ta' dik l-istess laqgħa, ma kienx raġonevoli. "Kien hemm ħafna affarijiet li kiteb li ma qbiltx magħhom u għaldaqstant ma stajtx niffirma dawn il-minuti. Meta staqsejt lid-dipartiment tal-Gvern lokali x'għandi nagħmel dwar din ilkwistjoni, huma qaluli biex ngħid lill-assistent Segretarju Eżekuttiv jikteb il-korrezzjonijiet bl-aħmar. Jien tlabthom biex jibgħatuli kollox bil-miktub, iżda s'issa bqajt mingħajr ebda tweġiba," spjega s-Sindku Ta' Sannat. "Il-mozzjoni tressqet fit-3 ta' Lulju u ġiet diskussa waqt is-seduta tal-Kunsill Lokali tal-15 ta' Lulju. Dan ifisser li kellu 12-il ġurnata ċans sabiex jiddefendi lilu nnifsu," qalilna s-Sindku. Fil-fatt il-liġi dwar ilKunsilli Lokali f 'taqsima V, artiklu 49 tgħid li Segretarju Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga jew jiġi trasferit minn Kunsill Lokali għallieħor mill-Ministru kif ġej fuq talba tal-Kunsill Lokali, wara li titressaq mozzjoni bir-raġunijiet għat-tneħħija u tiġi approvata mill-Kunsill Lokali. Il-Kunsill Lokali Ta' Sannat jikkonsisti minn erba' membri f 'isem il-Partit Laburista u Kunsillier f 'isem il-Partit Nazzjonalista. Il-mozzjoni biex jitneħħa s-Segretarju Eżekuttiv Ta' Sannat ġiet approvata bi tliet voti favur, vot kontra u astensjoni. Din il-gazzetta tinsab infurmata li l-astensjoni saret minn kunsiller f 'isem il-Partit Nazzjonalista u dan minħabba li għandu parentela mal-eks Segretarju Eżekuttiv. Kunsillera talPartit Laburista vvotat kontra għaliex ma qabiltx marraġunijiet għalfejn tneħħa l-eks Segretarju Eżekuttiv. Dan kollu huwa f 'kuntrast ma' dak li kien qal il-Partit Laburista waqt il-kampanja elettorali. Fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista, hemm miktub iswed fuq abjad li "indaħħlu l-Whistleblower Act. Din tkun tipproteġi lil dawk kollha, inklużi uffiċjali pubbliċi u kumpaniji, li jista' jkollhom informazzjoni ġdida u fondata dwar każ jew każijiet biex jersqu 'l quddiem mingħajr biża' ħalli l-informazzjoni tiġi investigata fl-interess talpoplu Malti." Barra minn hekk, jgħid ukoll li "inneħħu l-liġi talpreskrizzjoni għall-politiċi dwar reati relatati malkorruzzjoni." Persuni li tkellmu malgazzetta ILLUM qalu li t-tneħħija ta' Arthur Bajada minn Segretarju Eżekuttiv hija xi ħaġa tal-mistħija. Huma enfasizzaw li Bajada dejjem kien leali lejn ilKunsill Lokali u r-residenti Ta' Sannat u għamel minn kollox biex itejjeb il-kwalità tal-għixien f 'dan ir-raħal Għawdxi. "Meta fittxejnih dejjem sibnieh. Bajada kien lest li jgħinna kif seta'. Ma nistgħux nifhmu għalfejn qabdu u keċċewh," qalulna xi residenti f 'Ta' Sannat.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 November 2013