Illum previous editions

illum 17 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 Il-Gvern Malti jinsab f'diskussjonijiet biex iġib kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti f'pajjiżna JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt Is-segretarju eżekuttiv tal-GFCM Abdellah Srour kien iltaqa' mal-eks Ministru għall-Affarijiet Rurali George Pullicino f'Ottubru 2012 IL-GVERN ilu diversi xhur għaddej b'diskussjonijiet man-Nazzjonijiet Uniti biex il-Kummissjoni tas-Sajd fil-Mediterran tiftaħ uffiċċju reġjonali f 'Malta. Din il-kummissjoni, fi ħdan l-Organizzazzjoni għall-Ikel (FAO) tan-Nazzjonijiet Uniti, ilha fis-seħħ għal aktar minn 50 sena. ILLUM tinsab infurmata li l-Gvern diġà ltaqa' masSegretarju Eżekuttiv talGeneral Fisheries Commission for the Mediterranean (GFCM), bil-proposta biex jiġi stabbilit Uffiċċju Reġjonali talGFCM f 'Malta. Fil-ġimgħat li għaddew, il-Gvern saħansitra rrevoka l-guardianship deed tat-torri San Tumas li kellu malFondazzjoni Wirt Artna. Dan bl-iskop li t-torri jintuża bħala uffiċini minn fejn topera l-istess kummissjoni. Madankollu, jidher li d-diskussjonijiet ħadu aktar milli mistenni u l-Gvern għadu indeċiż jekk jagħtix lura dan it-torri lil Fondazzjoni Wirt Artna. "Dan huwa proċess li jieħu ż-żmien minħabba l-fatt li proposti bħal dawn iridu jgħaddu minn stadji differenti ta' laqgħat u approvazzjonijiet minn diversi entitajiet internazzjonali," qalet kelliema tas-Segretarjat Parlamentari għas-Sajd. S'issa għadu xejn mhu stabbilit peress li l-proposta għadha ma ġietx aċċettata. Għaldaqstant kollox jindika li l-Gvern jagħti lura t-torri u jkompli b'eżerċizzju fejn jistudja possibbilitajiet oħra ta' siti xierqa, dejjem jekk ilproposta tkun aċċettata. Hu maħsub li d-diskussjonijiet bejn ilGvern Malti u l-kummissjoni jissoktaw aktar tard dan ix-xahar. Dan għaliex l-FAO u l-GFCM se jkunu Malta biex jipparteċipaw f 'symposium reġjonali li se jittella' f 'pajjiżna dwar is-sostenibbiltà ta' sajd fuq skala żgħira fil-Mediterran u l-Baħar l-Iswed. Il-GFCM għandha 23 pajjiż membru u l-Unjoni Ewropea. Fil-preżent, din ilkummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti topera minn Ruma. Il-Logo tal-GFCM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 November 2013