Illum previous editions

illum 17 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 | illum 35 ali u internazzjonali Envic Galea Twieled fil-21 ta' Settembru 1950 filĦamrun Huwa l-President tal-Federazzjoni Maltija tal-Ġudo kif ukoll pijunier tal-ġudo f'pajjiżna Jokkupa l-kariga ferm prestiġjuża u importanti ta' Segretarju Ġenerali talUnjoni Ewropea tal-Ġudo (EJU) F'Rio, il-Brażil, din is-sena ġie kkonfermat bħala Direttur tal-Akkademja talFederazzjoni Internazzjonali tal-Ġudo (IJF) ma kellhiex garik għax dak protett, u ġibna permess mill-MEPA biex nibnu ċ-ċentru internazzjonali tal-ġudo. Ħaffirna fil-blat u meta konna se nibdew nibnu, fl-2005 imlewlna l-art bi blokki kbar tal-konkrit. Il-MEPA ħasritilna l-permess u aħna appellajna. Sa llum il-ġurnata għadna niġġieldu biex nieħdu l-art tagħna lura li fuqha nfaqna ħafna flus. Sadanittant għaliex l-affarijiet kienu ġejjin fit-tul, tliet snin ilu applikajna biex niżviluppaw post ieħor f 'Pembroke qrib fejn qegħdin. Sar arranġament mal-gvern u qegħdin nistennew li jitwettaq dak li konna ftehemna. Dan il-post fejn jitħarrġu l-ġudoka Maltin f'Pembroke kif jikkumpara ma' postijiet oħra fejn jitħarrġu ġudoka ta' livell internazzjonali barra minn Malta? Il-post Malti huwa antik u ilna nirranġaw fih għalkemm hu żgħir wisq biex fih isir taħriġ internazzjonali. Ftit ilu waħda millatleti tagħna ħabtet ma' tieqa u kellha Ritratt: Ray Attard Huwa l-fattur ewlieni għar-relazzjoni ferm tajba li teżisti bejn il-Federazzjoni Maltija tal-Ġudo u l-Federazzjoni Ewropea u Internazzjonali tal-istess sport tagħmel xi punti f 'moħħha. Darba waqt programm tat-televixin li kien qed jagħmel Henry Calleja qabel il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, wieħed mit- telespettaturi staqsa jekk dan kienx post ta' żmien il-kavallieri. Naturalment ir-risposta hi le imma meta dan l-istess post jiġi kkumparat ma' postijiet oħra fejn jitħarrġu ġudoka ta' livell internazzjonali barra minn Malta, wieħed jista' jara d-differenza! Naf ukoll li kont preżenti waqt l-Olimpjadi li saru f'Londra. X'kienet l-esperjenza tiegħek hemmhekk? Fl-Olimpjadi ta' Londra kont mistieden mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġudo (IJF) u tlajt mal-Eżekuttiv tal-IJF. L-esperjenza tal-Olimpjadi hija unika u Londra ma kinitx b'inqas. Ma kellix ċans nara ħafna logħob għax ix-xogħol tal-Ġudo kien wieħed impenjattiv. Bħas-soltu l-biljetti għall-Ġudo kienu l-ewwel li kienu mibjugħin u kellna l-unur li jiġu jarawna l-President Russu Vladimir Putin, il-Prim Ministru Ingliż David Cameron u l-President Franċiż Francois Hollande. Il- President Russu Putin huwa l-President Onorarju tal-EJU u tal IJF u mhux l-ewwel darba li ġie jara l-ġudo għax jipprattikah huwa wkoll. Ħadt gost ukoll għax it-tifla tiegħi Louisa kienet hemm ukoll bħala voluntiera. L-uniku dispjaċir li kelli kien li mill-1988 (Seoul) il-Ġudo Malti dejjem kien rappreżentat, imma din id-darba, minħabba s-sistema tal-kwoti, avolja l-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġudo ppruvat minn kollox biex pajjiżna jieħu sehem, xorta waħda l-IOC m'aċċettatx. Issa qed nippruvaw li nikkwalifikaw lil Marcon Bezzina għall-Olimpjadi ta' Rio fil-Brażil fl- 2016. Fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru f'Mejju li għadda filLussemburgu, meta kkumparata ma' atleti oħra Maltin f'dixxiplini sportivi varji, il-ġudoka Maltin kisbu fost l-aħjar riżultati. X'taħseb li kien il- fattur ewlieni li wassal għal dawn irriżultati pożittivi mill-ġudoka Maltin għalkemm setgħu kienu aħjar? Fil-Lussemburgu tlajna b'sitt atleti u kull atleta ġie lura b'midalja u t-tim tal-irġiel għal ftit ma rebaħx il-midalja tad-deheb. Dan is-suċċess żgur li huwa grazzi għax-xogħol siewi u t-taħriġ serju li sar mill-kowċ Alex Bezzina u l-atleti Maltin li ħadmu kemm setgħu. Il-media f'pajjiżna tagħti biżżejjed importanza lill-ġudo jew tagħmel dan waqt kompetizzjonijiet importanti bħal m'huma l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar? Veru li waqt il-Logħob tal-Pajjiżi z-Żgħar il-media tagħtina coverage iżda nħoss li l-media tista' tagħti iżjed. Forsi wasal iż-żmien li nerġgħu nibdew il programm li kien jiġi mtella' minn Louisa 'Hajime' li kien segwit sew. Forsi għandna bżonn iżjed ġurnalisti bħalek li jidħol f 'iżjed dettall fl-isport kollu. Ta' dan nirringrazzjak!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 November 2013