Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253
SPORTSillum 34 illum | Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 Awtorità fil-ġudo loka CRISTIAN ANTONY MUSCAT Envic Galea – isem sinonimu mal-ġudo f'Malta iżda wkoll persuna rikonoxxuta, ferm importanti u rispettata fil-ġudo internazzjonali Kif dħalt fid-dinja tal-ġudo? Meta kont iżgħar kont tipprattika l-ġudo? Meta rajt fuq it-televixin lil Anton Geesink jippreżenta l-ġudo bħala introduzzjoni għal-Logħob Olimpiku ta' Tokyo fl-1964, il-ġudo laqatni ħafna u bdejt infittex fejn kont nista' nibda nitħarreġ dan l-isport. Dak iż-żmien ma kienx hawn klabb tal-ġudo, u allura jien u l-kuġin Alfred bdejna nistudjawh fuq ktieb 'Teach Yourself Judo' ta' Eric Domini. Darba waħda, ħames snin wara fl-1969, il-kuġin qalli li sar jaf bi klabb f 'Ħaż-Żabbar fejn jipprattikaw il-ġudo. Morna hemm u qalulna li jitħarrġu nhar ta' Ħamis. Naturalment il-Ħamis morna u ltqajt ma' dak li kellu jkun l-għalliem tiegħi għal żmien twil, Joe Caruana, magħruf bħala ż-Żużu. Dak iż-żmien konna nagħmlu mhux biss ġudo imma anki Ju Jitsu u ħafna selfdefence. Sentejn wara, fis-sena 1971, kellna ċ-ċans li nibdew nitħarrġu mal41 Commando Group li kien wasal Malta. Kellna l-opportunità li nagħmlu kompetizzjonijiet kull darba li jasal vapur tal-Marines daqqa f 'xi klabb tagħna l-università jew l-MCAST, li kont nieħu ħsiebhom jien, jew fuq il-helicopter deck tal-vapuri militari Ingliżi. Hija esperjenza veru sabiħa li tilgħab fuq l-HMS Hampshire, HMS Tiger, HMS Ark Royal u oħrajn. Dak iż-żmien ma konniex nużaw kategoriji tal-piż imma skond it- tul, u peress li jien kont niżen 71 kilogramma u daqsxejn twil, dejjem kelli nilgħab ma' baħrin tqal, imma kont inkampa. Kien żmien vera sabiħ. Kellna ħabib fl-Airforce Flt Lt Ian Crawley li kien iċempel kull meta jidħol xi vapur. Jien kont inċempel lill-kowċ tagħna ż-Żużu, lil Ninu l-Koku, lil Richard Galea Debono, Joe Abela, Alex u Godfrey Bezzina u Mario Giuliano fost oħrajn biex niffurmaw it-tim. Iż-'Żużu'u jien konna norganizzaw ħafna esebizzjonijiet. Il-ġudo kien qed isir iżjed popolari f 'dawn ix-shows kemm Malta, Għawdex u saħansitra Kemmuna. Konna niġu mistiedna biex jinawguraw xi teatru, xi knisja jew biex nieħdu sehem f 'xi Sport Festival Nazzjonali fost attivitajiet oħra. U ħalli għaż-Żużu biex isabbatna ma' kullimkien maċ-ċapċip tal-pubbliku. Kif iddeċidejt li tidħol flamministrazzjoni tal-ġudo? Malli ħloqna l-Malta Judo Association fl-1969 ġie elett l-ewwel kumitat: President - Toni Caruana, Kowċ Nazzjoanli – Iż-Żużu, Teżorier Joe Farrugia u jien ġejt elett segretarju. Mill-bidu nett minn meta bdejt ilġudo, kont fl-amministrazzjoni għax kien hemm bżonn. Ftit wara kont ftaħt il-klabb l-Università u ftit aktar tard dak tal-MCAST. Hawnhekk kont sibt ħafna għajnuna minn Louis Borg li kien inkarigat mill-isports u kien ukoll President tal-Malta Basketball Association. Niftakar li darba dħalt niġri fluffiċċju tiegħu biex nissellef il-miżien għall-kompetizzjoni li kellna flMCAST u nsibu mdawwar bil-plejers tal-basketball. Kif tlabtu l-miżien qalli biex nisma' din il-poeżija li kienu għamlu għall-basketball. Kienet tgħid hekk "Kemm nixtieq li Malta kollha kienet grawnd tal-basketball biex inkunu nistgħu nilagħbu l-basketball." Qalli "togħġbok?" Għidtlu "Sur Borg tista' tħallina biċċa żgħira ħalli nkunu nistgħu nkomplu nipprattikaw ukoll il-ġudo?" Ta' madwaru kollha nfexxu jidħku! Meta bdejna l-ewwel Kampjonati Nazzjonali tal-Ġudo fl-1972 li saru fil-kwartieri tal-Hilton, grazzi għall-President Onorarju tagħna, il-Markiż Anthony Buttigieg de Piro, kellna bżonn ukoll ir-referees, allura kelli ma' sħabi norganizzaw is-sala, nilagħbu u wkoll nirrefjaw. Però iżjed ma bdejna nikbru iżjed kelli xogħol amministrattiv allura ftit ftit naqqast milli nikkompeti u komplejt ix-xogħol ta' segretarju, referee u kowċ tal-klabbs tiegħi. Kemm ilek President talFederazzjoni Maltija tal-Ġudo u kif qed tħares lejn il-futur tiegħek f'din il-kariga? Kif semmejt qabel, fl-1969 ġejt elett Segretarju u bqajt niġi elett sal-1984 meta l-President Tony Caruana ħalliena. Fil-kumitat ta' wara, ġejt offrut il-pożizzjoni ta' President u bqajt niġi elett kull sena sal-ġurnata tal-lum. Dejjem hemm ħafna xogħol x'tagħmel u grazzi għall-għajnuna ta' sħabi talkunsill li bħali huma nies iddedikati ħafna, għandna ħafna proġetti. Ma nistax ma nsemmix lil Alex Bezzina. Żgur li għandu passjoni għall-ġudo, naħseb iżjed minni. Ngħidlek biss li barra li għandu l-uffiċċju tal-periti, dejjem isib ħin biex jinżel għat-taħriġ tat-tim nazzjonali. L-atleti tal-ġudo vvuttawh bħala l-aqwa kowċ, meta fil-Lussemburgu fl-aħħar Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar kien l-uniku kowċ li ġab medalja għal kull atleta li tellajna. Hemm ukoll Louisa u Alexis, is-Segretarja u t-Teżoriera rispettivament. Kulħadd jaf xi problemi tiltaqa' magħhom fl-isport Malti bbażat fuq volontarjat, u grazzi għal dawn iż-żewġ tfajliet, mingħajr ma ninsa nsemmi l-uffiċċju tiegħi, Doris u l-mibkija Liz, konna f 'pożizzjoni li norganizzaw sitt Kampjonati Internazzjonali talĠudo f 'Malta. Hemm oħrajn bħattabib Ivan Esposito li dejjem joffri l-għajnuna tiegħu fejn ikollna bżonn fis-settur mediku, Chris Busuttil li huwa nkarigat mill-grading, Dominic Saywell u martu Licia li sibnihom f 'kollox mill-ġarr tat-tapiti, refereeing u taħriġ tal-Kata; Vito Aufieri, li dan l-aħħar irnexxielu jiġbor it-tim tal-kadetti li qegħdin jibbrillaw firriżultati. Ma rridx ninsa lill-klabbs, immexxija min-nies bħal Ray Fava, Mario Cardona, Mario Giuliano, Eileen Portelli, Tano Scerri, u dawk li jgħinuhom, Lloyd Caruana, it-tifel taż-Żużu, Ray Spiteri, Latif, kif ukoll dawk li jieħdu ħsieb it-taħriġ tal-Kata, Joe Bonello u Joe Muscat. Nista' nibqa' nsemmi lista li ma tispiċċa qatt! Fl-1999 meta ċċelebrajna l-40 sena anniversarju, iltqajt ma' ħafna oħrajn li kienu jipprattikaw il-ġudo, komunità kbira u hemmhekk tara għaliex ilġudo kellu daqshekk suċċess - tara l-entużjażmu ħaj. Jiena onorat li dawn għażluni bħala President tagħhom. L-istorja tal-ġudo hija twila u mimlija proġetti kbar, li rnexxielna nagħmlu u oħrajn li ma rnexxielnix u oħrajn li nixtiequ nagħmlu. Dejjem ħarisna 'l quddiem. B'liema mod int involut fil-Kumitat Olimpiku Malti? Sirt membru tal-Kunsill tal-Kumitat Olimpiku Malti fl-1971 minn meta ġejna affiljati. Fl-1988 ġejt elett fleżekuttiv, u bqajt niġi elett kull erba' snin ħlief għall-perjodu wieħed biss. Meta bdejt, ma kienx jeżisti s-settur taż-żgħażagħ u x-xogħol tiegħi kien dejjem f 'dan is-settur. Din is-sena barra li jien membru fil-kummissjoni taż-żgħażagħ qed immexxi l-kummissjoni ġdida tal-Akkademja tal-kowċis, li huwa proġett ġdid għal Malta. Għadna kemm irċevejna għajnuna mis-Solidarjetà Olimpika biex nagħmlu kors ta' Instructor - l-ewwel livell u kors għal kowċ - it-tieni livell fuq livell nazzjonali. Kellna rispons tajjeb ħafna b'130 kowċ minn 22 għaqda nazzjonali. Dan il-kors qed isir b'sistemi ġodda, li jgħidulu 'Blended' fejn it-teoriji jiġu studjati fuq l-internet u l-Federazzjonijiet jagħmlu l-prattika għall-isport tagħhom fil-klabbs tagħhom. Ġieli żort il-post fejn jitħarrġu l-ġudoka l-Maltin f'Pembroke fejn ikolli ngħid li dan mhux tal-ogħla livell u huwa kemxejn żgħir. Tina iktar dettalji. Kif semmejt qabel, il-ġudo beda f 'Ħaż-Żabbar fl-1969, imma malwasla tal-41 Commando Groups f 'St Andrews (Pembroke) bdejna mmorru hemm. Il-Marines prattikament addottawna. Niftakar li kull sena kien ikolli laqgħa mal-kmandant u kien isaqsini x'kellna bżonn, daqqa kien iġibilna xi referees, kienu jħalluna nużaw Għajn Tuffieħa għat-'training camp' tagħna, kienu dejjem jisilfuna t-tapiti, dak iż-żmien konna nużaw it-'Tumble Mats' kif kienu jgħidulhom. Kull darba li konna niġu bżonnhom, għaliex aħna kellna biss saqqijiet talħaxixa, kienu mhux biss jipprovdu t-trasport imma jiġu l-Marines biex jgħinu jġorruhom. Niftakar inċident darba meta kellna show ġol-knisja tal-Kunċizzjoni l-Ħamrun li kienet għadha kemm infetħet. Wara x-show barra l-knisja kien hemm trakk kbir tal-militar li jsejħulu Ten Ton Truck u tmien marines li daħlu l-knisja biex jgħinuna nġorru t-tapiti. Meta ħriġna nsibu folla u kulħadd jistaqsina x'kien ġara għax bdew jaħsbu li kienu nvadew il-knisja! Il-gym ta' St Andrews kien prattikament tagħna. Kont navża biss meta kellna bżonnu u kienu jħalluli ċ-ċavetta fil-Guard room fejn hemm l-arloġġ ta' Pembroke. Konna nistgħu nidħlu u noħorġu meta rridu. Meta wasal l-ewwel tapit tal-Ġudo, is-Sargent Major ħallieh ippakkjat ħalli nkunu aħna li niftħuh l-ewwel. Fiż-żmien l-Ingliżi kellna ħafna għajnuna. Meta telqu l-Ingliżi minn Pembroke u l-Marines għamlu t-'trooping of the colours' f 'Marzu tal-1977, ħallewlna t-tapiti. Għamilna xi żmien nużaw il-gym, imma kellna nħalluh u komplejna nużaw il-Band Room u aktar tard meta l-Airmalta ħallew St Andrews, bdejna nużaw ukoll is-Sargent's Mess. Imma kif qed tgħid int, dawn iż-żewġ postijiet saru żgħar wisq għalina. Imma hemmhekk qegħdin nitħarrġu, u sa issa għadna l-uniku sport Olimpiku li għadna bla post xieraq fejn nitħarrġu f 'Malta. Fis-sena 2000, grazzi għall-intervent tal-Onorevoli Dr Michael Refalo, li f 'dak iż-żmien kien il-Ministru responsabbli mill-isport, l-Awtorità tal-Ippjanar ta' dak iż-żmien sabitilna post u l-Gvern għaddielna biċċa art ġo Pembroke ħdejn il-Kumpless tal-White Rocks. Qgħadna attenti ħafna u mmarkajna biċċa minnha li