Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253
4 illum | Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 L-itwal bini f'Malta jċaqlaq il-prostituzzjoni JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt IL-KOSTRUZZJONI talitwal bini f 'Malta għadha ma bdietx, imma l-interess fil-proġett Metropolis filGżira qed ikompli jqajjem aktar interess. Minkejja li dan il-proġett ta' 60 miljun għandu l-għan li jirriġenera żona magħrufa għal prostituzzjoni, isSindku tal-Gżira Roberto Cristiano qal li l-proġett mhux se jeradika l-istigma tal-prostituzzjoni. "Iktar probabbli li l-prostituzzjoni tittrasferixxi Aktar minn 3,000 student jibdew jiggradwaw għada 3,362 persuna se jiggradwaw mill-Università ta' Malta din is-sena, li jinkludu 2,051 mara u 1,311 raġel. Din is-sena, l-akbar numru ta' studenti se jiggradwaw mill-Fakultà talEdukazzjoni u mill-Fakultà tal-Ekonomija, bi kważi 500 student minn kull fakultà. Isegwu l-istudenti tal-liġi u tal-fakultà tal-arti b'total ta' 442 u 373 student rispettivament. Nhar l-Erbgħa u l-Ħamis li għaddew saru quddiesiet ta' ringrazzjament fil-KonKatidral ta' San Ġwann għallistudenti gradwati. Iċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni se jsiru fis-Sala Temi Żammit flUniversità, jew fl-Aula Magna fl-Università l-antika fil-Belt Valletta. Iċ-ċerimonji jibdew għada 18 ta' Novembru u jispiċċaw it-Tlieta 10 ta' Diċembru. għal żoni jew lokalitajiet oħra fil-qrib," sostna hu. Il-proġett massiċċ talMetropolis jinvolvi tliet binjiet ta' 13, 27 u 33 sular, li b'hekk jiġi l-itwal bini f 'Malta. Dan se jinkorpora fih uffiċċini, appartamenti u stabbilimenti kummerċjali. Minkejja l-proporzjon talproġett, il-kunsill tal-Gżira m'oġġezzjonax għalih. "Għalkemm iġib miegħu xi sfidi, wieħed irid jarahom f 'perspettiva sħiħa. Se tkun opportunità ta' riġenerazzjoni tal-akkwati li se tħalli żieda fil-valur tal-propjetajiet tal-madwar. Se jkollok investiment li se jiġġenera l-ekonomija tal-lokalitajiet u l-proġett innifsu jista' jiġbed investiment kapitali ieħor fost opportunitajiet oħra," qal isSindku tal-Gżira. F'kummenti mal-ILLUM, Roberto Cristiano spjega kif l-isfidi prinċipali jikkonċernaw iż-żieda sostanzjali fit-traffiku u fil-parkeġġ. Semma' wkoll li tiżdied id-domanda fuq l-infrastruttura eżistenti, fosthom is-sistemi taddrenaġġ li għandha bżonn tissaħħaħ. Għal dawn l-għanijiet, il-kunsill għaddej b'diskussjonijiet mal- iżviluppaturi dwar kif tista' tonqos il-problema ta' parkeġġ. Il-Metropolis se tkun qed tmiss ma' erba' toroq fosthom Triq Testaferrata, it-triq magħrufa għallprostituzzjoni. Peress li jinsab fil-viċinanzi tal-belt, dan l-itwal bini se jkun qed jaffettwa wkoll l-iskyline tal-Belt u tal-Port il-Kbir. Keith Seychell, kelliem għall-iżviluppaturi qal li filpreżent għaddej it-tħaffir fuq il-pedamenti filwaqt li waslu fi stadju finali n-negozjati mal-kuntratturi interessati. "Il-kuntratturi huma kollha Maltin u l-għażla issa hija bejn tlieta. Għad m'għandniex dati eżatti ta' meta se jibda tiela' l-bini, imma l-proċess mistenni jkun lest tliet snin wara li jibda l-bini." Hu qal li minkejja diġà kien hemm xi interess, l-iżviluppaturi għadhom ma daħlu fl-ebda ftehim u li jibdew jagħmlu dan meta joqrob it-tmiem tal-proġett. Seychell sostna li l-intenzjoni tal-iżviluppaturi mhix dik li jinbiegħu l-appartamenti u l-ħwienet, iżda li jinkrew. Il-proġett jaf il-bidu tiegħu għal investituri Maltin li fl2006 xtraw l-art u ngħaqdu Impressjoni artistika ta' kif il-proġett mistenni jidher meta jkun finalizzat f 'konsorzju. Il-permessi ngħataw fl-2009 imma l-kriżi finanzjarja wasslet biex l-imprendituri Maltin ma jirċevux l-għajnuna meħtieġa mill-banek. Konsegwentament, il-proġett inbiegħ lil Jalal Husni Bey, li ġej minn familja ta' imprendituri ta' ċertu fama għall-industriji li jmexxu filLibja għal diversi snin. Is-serq: l-aktar att kriminali popolari f 'Malta IS-SERQ aggravat huwa l-aktar att kriminali popolari fil-qrati Maltin. Infatti, fl-2011 u l-2012 ilQorti semgħet total ta' kważi 1,600 każ ta' serq aggravat. Fl-istess perjodu nstemgħu madwar 20 każ ta' stupru, 27 każ ta' attentat ta' omiċidju u sitt każi ta' omiċidji. Każijiet b'rabta ma' feriment gravi kienu jammontaw għal 374. Fl-2011 kienu 170 il-każ ta' ħsara volontarja, bin-numru jikber għal 289 sas-sena ta' wara. Sena 2011 2012 Serq 700 893 Stupru 9 10 Minn informazzjoni li ħarġet fil-Parlament għal mistoqsija tad-deputat nazzjonalista Jason Azzopardi, jidher li s-sena l-oħra kien hemm żieda fil-każi ta' serq, ta' ħsara volontarja, ta' feriment gravi u ta' omiċidji, meta kkumparat mal-2011. Ħsara volontarja 170 289 Feriti gravi 164 210 In-numru ta' stupri u attentat ta' omiċidji baqgħu kważi fl-istess livell. Iż-żieda fis-serq kienet saħansitra tlaħħaq għal kważi 200 każ. Il-Ministru għall-Intern Manuel Mallia informa lillParlament li l-istatistiċi ta' din is-sena għad iridu jinġabru. Attentat omiċidju 13 14 Omiċidju 1 5