Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253
SPORTSillum 26 illum Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 SPORTSillum "Marquez għad Andrè Schembri jista' jkun l-aqwa jkompli jimpressjona sewwieq tal-Moto bil-kbir f'Ċipru GP ta' kull żmien" Andrè Schembri skorja 14-il gowl sa issa ma' Omonia Nicosia ANDRÈ Schembri, il-plejer internazzjonali Malti li bħalissa qed jimpressjona bil-kbir ma' Omonia Nicosia f 'Ċipru, nhar is-Sibt 26 ta' Ottubru skorja doppjetta firrebħa kbira ta' 6-0 li t-tim ta' Schembri kiseb barra minn daru kontra Doxa. F'din il-logħba, Schembri skorja t-tielet u r-raba' gowl għal Omonia Nicosia biex b'hekk skorja erba' gowls matul dan l-istaġun u għalhekk l-ammont totali ta' gowls ta' Schembri minn kemm ilu li ngħaqad ma' dan it-tim Ċiprijott issa tela' għal 14 li mhuwiex ammont żgħir! Ġimgħa biss qabel din il-logħba, Schembri kien reġa' rnexxielu jsib ix-xibka permezz ta' gowl mill-isbaħ u matul is-sajf li għadda l-istess plejer internazzjonali skorja gowl tal-istampi permezz ta' lob delizzjuż f 'logħba ta' ħbiberija li fiha kienu involuti Omonia Nicosia. Barra minn hekk, l-attakkant internazzjonali Malti rnexxielu jerġa' jsib ix-xibka wara kwarta logħob fir-rebħa ta' 3-0 li Omonia Nicosia kisbu ġewwa darhom kontra Nea Salamis nhar il-Ħadd, 3 ta' Novembru. Ukoll nhar il-Ħadd li għadda Andrè Schembri ta l-assist għal wieħed mill-erba' gowls li Omonia Nicosia skorjaw fir-rebħa kbira ta' 4-0 barra minn darhom kontra AEK Kouklion. ILLUM għamlet kuntatt ma' Andrè Schembri f 'Ċipru fejn talbitu jtina iktar dettalji ta' x'ġab miegħu dan l-istaġun sa issa kif ukoll kif qed iħares lejn il-kumplament ta' dan l-istaġun u anki lejn il-futur tiegħu in ġenerali mattim li tiegħu jifforma parti essenzjali, Omonia Nicosia. Schembri stqarr li: "Qabel ma beda l-istaġun kont iltqajt mal-kowċ biex nara kif se tkun issitwazzjoni tiegħi f 'dan l-istaġun peress li l-istaġun ta' qabel kont niġi l-iktar utilizzat bħala sostitut. Kelli offerta attraenti mill-klabb ta' Panetolikos li jilagħbu fis-'Super League' tal-Greċja, però l-kowċ qalli li matul din is-sena kont se nkun qed niġi utilizzat minnu b'mod regolari fit-tim għax hu saħaq li s-sena l-oħra ma kienx ġust miegħi. Ġieli kien jilgħabni mill-bidu, inkun il-plejer tal-logħba, niskurja u fil-logħba ta' wara nispiċċa fuq il-bank. Però dak passat u qed inħares lejn dan l-istaġun b'mod ottimist fejn s'issa diġà skurjajt erba' gowls. Nixtieq nilħaq l-ammont ta' għaxar gowls fi tmiem l-istaġun, però l-importanti f 'dan l-istadju hu li nilgħab b'mod regolari għax it-tim tagħna huwa kompost minn ħafna plejers barranin tajbin fejn kulħadd jiġġieled għal postu. Dis-sena l-kampjonat huwa interessanti ħafna peress li min jirbaħ ilkampjonat jidhol fil'playoffs' tar-rawnds ta' kwalifikazzjoni tal-'UEFA Champions League' u jekk titlef dik il-logħba tal'playoffs', għandek post garantit fil-'UEFA Europa League.' Nemmen li bit-tim li għandna hemm ċans kbir li nirbħu l-kampjonat però wara l-bidu diżastruż li kellna fl-istess kampjonat, ma naffordjawx inwaqqgħu iktar punti", temm jgħid il-plejer internazzjonali u attakkant prolifiku, Andrè Schembri. Valentino Rossi GĦALKEMM spiċċa fittielet post fit-tellieqa talMoto GP f 'Valencia wara Lorenzo u Pedrosa, nhar ilĦadd li għadda l-fenomenu Spanjol Marc Marquez sar l-iżgħar champion mondjali tal-Moto GP ta' kull żmien hekk kif huwa għad għandu biss 20 sena, biex b'hekk ħa post issewwieq Spencer li sa nhar il-Ħadd kien huwa l-iżgħar champion mondjali ta' kull żmien. Barra minn hekk, l-istess Marquez sar l-ewwel debuttant li rebaħ l-ogħla titlu li joffri l-Moto GP sa minn meta s-sewwieq Kenny Roberts rebaħ it-titlu flewwel staġun tiegħu lura fl-1978. Ukoll, Marquez sar is-26 champion mondjali tal-kampjonati tal-Moto GP, liema kampjonati bdew jiġu organizzati fl-1949. Huwa sar it-tielet sewwieq Spanjol li rebaħ it-titlu finali wara Alex Criville fl-1999 u Jorge Lorenzo fl-2010 u fl-2012. Rimarkabbli huwa l-fatt li l-istess Marquez irnexxielu jirbaħ it-titli tat-tliet klassijiet li huma fil-Moto GP f '4 snin biss. Intant f 'kummenti li għadda s-seba' darbiet Champion tad-Dinja, itTaljan Valentino Rossi, huwa saħaq li tabilħaqq Marc Marquez għad jista' jkun l-aqwa sewwieq tal-Moto GP ta' kull zmien - kummenti ta' min jixtarrhom sew, speċjalment meta tqis li ġejjin mingħand Rossi nnifsu! Marc Marquez u l-aspettattiva li għad ikun l-aqwa sewwieq tal-Moto GP ta' kull żmien