Illum previous editions

illum 24 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€0.90 Call us on 99860983 Or visit our website www.tadernis.com "Post il-Ministru mhux f'Mater Dei" – John Dalli 24 ta' Novembru 2013 • Nr 371 IL-KONSULENT tal-Gvern għas-saħħa John Dalli kellu kliem iebes kontra l-indħil politiku f 'Mater Dei, waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha preżenta r-rapport li ħejja dwar il-qagħda preżenti tal-isptar. Dalli sostna li l-akbar kaġun wara n-nuqqasijiet ta' Mater Dei kienu l-immaniġġjar ħażin u l-indħil politiku. "Il-maniġment tal-isptar iħossu bla saħħa u bla poteri: tajbin biss biex jimplimentaw deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu mill-Ministeru għas-Saħħa Intervista: Reno Bugeja Ara intervista paġna 12, 13 jew minn Kastilja. Imbagħad, ikunu huma li jinżammu responsabbli jekk tmur xi ħaġa ħażina! Din trid tieqaf," sostna l-eks Kummissarju Ewropew. Kien għalhekk li John Dalli ddikjara ruħu kontra d-deċiżjoni li ħa l-Ministru għas-Saħħa Godfrey Farrugia li jkollu uffiċċju fl-isptar. Min-naħa tiegħu, Farrugia ddefenda d-deċiżjoni tiegħu u qal li meta nħatar ministru sab nuqqas ta' koordinament enormi bejn il-maniġment u dawk li jaħdmu mal-pazjenti. "Ħassejt li għandi niftaħ uffiċċju biex nagħti sinjal qawwi lit-tobba u l-pazjenti li l-maniġment qiegħed magħhom. Jekk ma nagħmel xejn bħala ministru, irrid nassigura d-dinjità tal-pazjent. Irrid inkun magħhom. Iddistakk bejn il-maniġment u dak li qed jiġri fis-swali jinħass ħafna. Kien f 'dan il-kuntest li l-unjins ħassew li kellhom jidħlu," qal Godfrey Farrugia b'risposta għallkummenti ta' Dalli. Dan b'referenza għallkumment li kien għadda aktar qabel John Dalli, li qal li l-unjins donnhom riedu jmexxu l-isptar huma minflok il-maniġment. Ikompli paġna 5 Meta l-Gvern Nazzjonalista laxka miżuri ta' sigurtà fuq il-bandiera marittima Maltija WAQT li fl-aħħar ġimgħat il-Partit Nazzjonalista kien qed jakkuża b'nuqqas ta' trasparenza fil-kwistjoni tal-ismijiet ta' dawk li se jkunu qed jinvestu flushom fl-Individual Investment Programme, kien l-istess Partit Nazzjonalista li meta kien fil-Gvern ħa miżuri li wasslu biex naqsu l-kontrolli li permezz tagħhom kien qed EARANCE CL SALE ikun imħares isem pajjiżna. Meta l-Partit Nazzjonalista kien elett fil-Gvern fl-1987 sab sistema fejn l-awtoritajiet ta' pajjiżna kienu qed jieħdu sensiela ta' miżuri marbuta fost l-oħrajn ma' sigurtà, kull meta kienet tidħol talba biex xi bastiment jibda jtajjar il-bandiera Maltija. Dawn il-miżuri kienu maħsuba biex ikun żgurat li tinżamm għolja r-reputazzjoni tal-bandiera marittima Maltija. Dak iż-żmien l-awtoritajiet lokali b'mod partikolari talPulizija, b'kollaborazzjoni anki ma' forzi tal-ordni internazzjonali, kienu jagħmlu riċerki dwar il-baħrin u l-uffiċjali kollha tal-bastimenti li kienu jitolbu li jkunu rreġistrati taħt il-bandiera Maltija. U dan għaliex dak iż-żmien l-awtoritajiet f 'pajjiżna riedu li kemm jista' jkun jevitaw ċirkostanzi fejn fuq bastimenti rreġistrati f 'pajjiżna jkun hemm karattri suspettużi u agħar minn hekk perikolużi. Dan ix-xogħol kien jieħu ċertu tul ta' żmien għaliex kienu jsiru kuntatti ma' pajjiżi varji, l-iktar fl-Amerika t'Isfel u anki fl-Ażja. Ikompli paġna 5 ON WALL & FLOOR TILES NOT TO BE MISSED NEWSPAPER POST JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 November 2013