Illum previous editions

illum 24 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 EMPIRE Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Valletta LISTER Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Guzepp, Ħamrun ST. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Guzepp, Santa Venera FLEUR-DE-LYS Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara ST. Luke Pharmacy, Triq San Luqa, Gwardamanġa SAN Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borg, San Ġwann NORMAN'S Pharmacy, 133, High Street, Sliema IL-MEĦRIEZ Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin ST. Louis Pharmacy, Triq Cali', Mosta MELLIEĦA Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Mellieħa DISTINCTION Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Paola WHITE Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla SAN Tumas Pharmacy, Triq il-Qalet C/W Triq il-Lampuka, Marsascala MARTIN'S Pharmacy, 182, Triq Birzebbugia, Birżebbuġa PASTEUR Pharmacy, Triq it-Tellerit, Safi MENELO Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Siġġiewi NOVA Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Rabat AZZOPARDI Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria XAGĦRA Pharmacy, 157, Triq il-Knisja, Xagħra TEMP ILLUM L-OGĦLA L-INQAS TEMP 18˚Ċ 12˚Ċ Ftit jew wisq imsaħħab bilħalbiet tax-xita iżolati VIŻIBILTA' Tajba minbarra fil-ħalbiet taxxita RIĦ Punent forza 5 għal 6 BAĦAR: Qawwi IMBATT: Baxx mill-Majjistral GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq www.gozochannel.com TEMP GĦADA L-OGĦLA L-INQAS TEMP 18˚Ċ 13˚Ċ Pjuttost imsaħħab u bil-ħalbiet tax-xita Pjuttost imsaħħab u bil-ħalbiet tax-xita VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita RIĦ Punent forza 5 għal 6 lokalment forza 4 għal 5 li jsir Punent Majjistru forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 sa filgħaxija SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. 86 67 42 11 4 21 31 70 Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda Dawl ġdid fuq it taħt il-PN ĠIMGĦA ilu fiddiskors tiegħu fi tmiem il-Kunsill Ġenerali talPartit Nazzjonalista, Simon Busuttil tkellem dwar dawk li suppost huma l-inġustizzji li qed isiru fi ħdan iċ-ċivil. ILLUM għandu f 'idejh memorandum, li qed jippubblika kopja tiegħu, li kien ħareġ tliet ġimgħat biss wara l-elezzjoni ġenerali tal-1987, mirbuħa mill-PN, u li bil-fatti jitfa' dawl ġdid fuq x'kien qed jiġri dak iż-żmien fi ħdan iċ-ċivil f 'dawk li huma transfers. Deċiżjonijiet dwar transfers li kienu ttieħdu fl-ewwel jiem immedjati ta' wara dik l-elezzjoni ġenerali, wasslu biex fit-28 ta' Mejju 1987, l-uffiċċju tal-Prim Ministru ħass il-bżonn li bil-kitba jfakkar lill-ogħla uffiċjali f 'Kastilja biex jassiguraw li t-transfers kollha tal-ħaddiema taċċivil kellhom isiru skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti. L-uffiċċju talPrim Ministru sa wasal biex qal li jekk kien se jkun hemm il-ħtieġa, kellha anke toħroġ ċirkolari biex tiġbed l-attenzjoni tal-kapijiet tad-dipartimenti li riedu jimxu mal-arranġamenti stabbiliti għal dawk li huma transfers. Dan ilmemorandum iqajjem mistoqsijiet kbar dwar it-transfers li kienu qed jingħataw fid-dipartimenti kollha tal-Gvern li kienu jaqgħu taħt l-uffiċċju tal-Prim Ministru filjiem immedjati ta' wara l-elezzjoni ġenerali tal1987, elezzjoni li l-Partit Nazzjonalista ironikament rebaħ bl-għajta li ried li nsiru lkoll aħwa Maltin u Għawdxin. Interessanti iżda li fuq kollox l-uffiċċju tal- Prim Ministru fl-istess memorandum tat-28 ta' Mejju 1987 kien talab biex kull transfer li kien se jkun qed isir f 'xi dipartiment f 'Kastilja, kellu l-ewwel jiġi riferut lil Alfred Chetcuti, membru ewlieni tassegretarjat privat tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Eddie Fenech Adami. Ilmemorandum ma jgħidx x'kien l-iskop li għalih il-Gvern Nazzjonalista kien ħass il-bżonn li s-segretarjat privat ta' Fenech Adami kellu jkun mgħarraf dwar kull transfer li kien se jkun qed isir. It-Tribunal tal-Inġustizzji li kien twaqqaf wara l-elezzjoni ġenerali tal1996 u li kien investiga allegazzjonijiet ta' inġustizzji taħt gvernijiet Nazzjonalisti, kien ikkonferma mal-500 każ ta' inġustizzja li twettqu bejn l-1987 u l-1995. Kważi 200 direct order f 'valur ta' iktar minn nofs miljun ILLUM ikompli jiżvela iktar dettalji dwar kuntratti mogħtija flaħħar snin lill-partitarju kbir Nazzjonalista, Karl Borg. Din il-ġimgħa ILLUM jista' jiżvela dettalji talkuntratti mogħtija lil kumpanija ta' dan ilpartitarju Nazzjonalista fuq medda ta' erba' snin mill-Ministeru tal-Finanzi mmexxi minn Tonio Fenech. Bejn l-2009 u l-2012, Karl Borg ingħata 32 direct order minn dan il-Ministeru biss, kollha bl-approvazzjoni tal-kap tas-segretarjat privat tal-eks Ministru Fenech. Il-valur ta' dawn id-direct orders mogħtija lil dan l-attivist Nazzjonalista jammonta għal €55,000. Il-kumpanija ta' Borg kienet titħallas talli kienet tikri siġġijiet, imwejjed, gazibos, plasmas, laptops, dwal, tapiti u podiums fost l-oħrajn lill-Ministeru tal-Finanzi għal bosta attivitajiet fosthom konferenzi tal-aħbarijiet, in-Notte Bianca, il-Milied u Karl Borg Events kienet tikri tagħmir lill-Ministeru tal-Finanzi l-baġit. Karl Borg huwa midħla ħafna tad-Dar Ċentrali tant li għamel snin sħaħ impjegat tal-Partit Nazzjonalista u sal-aħħar elezzjoni ġenerali kien jorganizza l-attivitajiet talmassa tal-istess partit. Kif kien żvelat minn ILLUM ġimgħa ilu, Karl Borg Events matul l-aħħar leġislatura Nazzjonalista ngħatat b'€190,000 permezz ta' direct orders mingħand Transport Malta, €40,000 mingħand il-Grand Harbour Regeneration Corporation u €245,000 oħra f 'direct orders missegretarjat privat tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi. Dan ifisser li minn żewġ ministeri u mill-uffiċċju tal-Prim Ministru biss, dan il-partitarju Nazzjonalista ngħata kważi 200 direct order b'valur ta' iktar minn nofs miljun ewro.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 November 2013