Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207
t-transfers Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 | illum 3 Il-PN lest li jaħdem id f 'id mal-Gvern JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt "IT-TAJJEB ser ngħidulu tajjeb, filwaqt li nkunu kostruttivi fil-kritika tagħna. Il-Partit Nazzjonalista lest li jaħdem id f 'id mal-Gvern fil-qasam tal-governanza lokali." Dan qalu lbieraħ il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt konferenza nazzjonali dwar il-Kunsilli Lokali biex jitfakkar l-20 sena mit-twaqqif talKunsilli Lokali li saret fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista. Il-Konferenza Nazzjonali, bit-tema 'Wellidniehom, Saħħaħniehom u issa…', infetħet mill-Kelliem talOppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali David Agius. Wara sar diskors ta' introduzzjoni misSegretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said. Fid-diskors tiegħu Simon Busuttil qal li saru diversi żviluppi pożittivi meta filParlament ġiet ippreżentata l-emenda fil-liġi sabiex żgħażagħ ta' sittax-il sena Kapijiet Eżekuttivi ġodda fl-Air Malta, fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u fl-Enemalta L-EKS Kap Inġinier tal-Air Malta Louis Giordimaina ser jerġa' jirritorna fil-kumpanija bi rwol differenti, dak ta' Kap Eżekuttiv. L-aħbar mil-linja nazzjonali tal-ajru, li Giordimaina ser ikun il-Kap Eżekuttiv il-ġdid ġiet flimkien ma' numru ta' ħatriet oħra tal-Gvern. Fosthom ir-riżenja ta' Tony Meilaq mill-ARMS. B'din ir-riżenja, il-pass li jmiss kien li jmexxu lil Giordimaina millpożizzjoni tiegħu ta' Kap Eżekuttiv. Il-Kap Eżekuttiv talKorporazzjoni għasServizzi tal-Ilma Frederick Azzopardi ser jieħu post Giordimaina, filwaqt li ċ-ċermen il-ġdid talKorporazzjoni għasServizzi tal-Ilma ser ikun John Abela. Tony Meilaq ser jirriżenja minn ċermen tal-Korporazzjoni għasServizzi tal-Ilma u l-ARMS. Louis Giordimaina jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. "F'din il-kwistjoni jidher li hemm kunsens bejn iż-żewġ partiti." Il-Kap tal-PN enfasizza li filprogramm elettorali, il-Partit Nazzjonalista kien enfasizza li ż-żgħażagħ għandhom jingħataw id-dritt li jivvutaw u anke jikkontestaw flelezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali mill-età ta' 16-il sena. "Aħna nemmnu wkoll li ż-żgħażagħ mhux biss għandu jkollhom id-dritt li jivvutaw imma wkoll li jikkandidaw ruħhom għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali." "Dan huwa kamp fejn ilpolitika ta' kunsens tirbaħ fuq il-kritika," sostna Busuttil. Hu semma' s-sussidjarjetà, il-kompetenzi tal-kunsilli lokali u r-reġjonalità bħala punti ewlenin f 'dan il-qasam. "Nemmen li wara kull azzjoni tal-Gvern irid ikun hemm ideal politiku. Is-sussidjarjetà rridu nagħtuha valur. Dan il-kunċett ħadem ħafna u llum il-ġurnata mhuwiex ikkontestat." Busuttil spjega kif il-Gvern Laburista m'għamilx sew li waqqaf il-proġetti ta' skemi ta' parkeġġ residenzjali f 'għadd ta' lokalitajiet. "IlGvern m'għandux jintervjeni b'dan il-mod sabiex jieħu l-poteri minn idejn il-Kunsilli Lokali," saħaq il-Kap talOppożizzjoni. Il-Konferenza kienet indirizzata wkoll misSegretarju Parlamentari għall-Kunsilli Lokali Josè Herrera. Hu ddeskriva din il-konferenza bħala suċċess. "Xtart ħafna mill-ideat li ħarġu waqt din il-konferenza. Kemm dawk relatati ma' rħula żgħar, dawk mar-reġjuni u rigward l-infurzar lokali. IlGvern jimplimenta dak kollu li hu tajjeb, anke jekk dan ikun ġej mill-Oppożizzjoni." Herrera faħħar il-proposta mressqa mill-kelliem talOppożizzjoni David Agius li jkun hemm Ombudsman responsabbli mill-Kunsilli Lokali. Matul il-Konferenza ttellgħu numru ta' workshops dwar temi li jmissu millqrib mal-Kunsilli Lokali bħad-deċentralizzazzjoni tal-poter, ir-responsabbiltà, is-sussidjarjetà, il-governanza u l-kontabbiltà. Wieħed mill-workshops ħares lejn il-lat reġjonali, nazzjonali u internazzjonali tal-Kunsilli Lokali. Saru numru ta' interventi minn akkademiċi u politiċi. Fosthom mill-Professur Henry Frendo, il-konsulent tas-Segretarjat Parlamentari Michael Cohen u l-avukat Joe Mifsud. Segwina fuq Facebook Aktar minn elf segwaċi fuq il-paġna tagħna. Louis Giordimaina se jerġa' jirritorna għandu aktar minn 36 sena esperjenza fl-industrija tal-avjazzjoni, wara li ngħaqad mal-Air Malta fl-1975 bħala inġinier. Hu okkupa bosta karigi fid-dipartiment talinġinerija bi rwoli varji. Fosthom dawk tal-ippjanar u l-istrateġija, xiri ta' ajruplani, kif ukoll parti mit-tim ta' negozjati tal-kuntratti. Fl-1994 hu kien l-ewwel Malti li ġie appuntat bħala l-kap inġinier. Facebook.com/IllumMediaToday