Illum previous editions

illum 24 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 Caruana Galizia tattakka l-qraba u l-ħbieb sabiex timmina l-kritiċi L-EDITUR Maniġerjali ta' MediaToday Saviour Balzan kellu jixhed fil-qorti l-Ġimgħa, f 'każ ta' libell kontra l-kontributriċi talMalta Independent Daphne Caruana Galizia, li allegat li l-MaltaToday – il-gazzetta tal-kumpanija – ser tinbiegħ lill-General Workers' Union wara l-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Balzan qal lill-Maġistrat Franco Depasquale li l-allegazzjonijiet ta' Caruana Galizia kienu vvintati u huma biss gideb sfaċċat bl-intenzjoni li tagħmel "ħsara kummerċjali kbira lil MediaToday u billi toħloq instabbiltà fost ilħaddiema tal-MaltaToday." Balzan u l-ko-proprjetarju Roger de Giorgio fetħu kawża ta' libell, u fil-qorti qalu li Caruana Galizia għamlet ħsara kummerċjali rreparabbli. "Caruana Galizia b'mod sistematiku attakkat lillqrabati, lil sħabi u individwi li huma personalment assoċjati max-shareholding talkumpanija. Caruana Galizia hija persuna malizzjuża, krudili u giddieba" qal Balzan waqt ix-xhieda tiegħu. "Dan hu l-mod ta' kif hi tintimida lil kull min jistaqsi dwar il-ħidma u d-deċiżjonijiet tal-Partit Nazzjonalista fil-poter." Balzan saħaq li hemm mudell familjari li mmanifesta ruħu fejn Caruana Galizia kienet tirritalja bi bloggs mimlija attakki u velenu kull meta ħasset li ser tkun suġġett ta' rapporti fl-aħbarijiet, meta l-klikka tal-PN kienet taħt attakki jew kull meta l-ħabib personali tagħha Richard Cachia Caruana kien qed jiġi skrutinizzat. Fil-qorti, Cachia Caruana kien preżenti, jisma' x-xhieda ta' Balzan. Caruana Galizia kienet assenti mill-qorti. L-avukat difensur tagħha, Joe Zammit Maempel, oġġezzjona għal dak li qal Balzan u talbu jiġġustifika l-assunzjonijiet tiegħu. "Ma tistax tagħmel akkużi bħal dawn, bħal kif għamilt fil-każ ta' Austin Gatt," qal Zammit Maempel, b'riferenza għall-istejjer tal-MaltaToday dwar l-iskandu tax-xiri taż-żejt mill-Enemalta fi Frar 2013 u dwar l-eks Ministru. Balzan dar fuq Zammit Maempel u infurmah li hekk ser jibqa' jagħmel. Balzan wieġeb li Caruana Galizia ppruvat tiddefendi minn qabel storja li dehret f 'L-Orizzont, billi ħarġet b'attakk isteriku fuq ilMaġistrat Consuelo Herrera u fuqu fil-blogg personali tagħha. L-attakk kien sar minħabba l-biża' u s-suspett tagħha li l-MaltaToday kienet ser tippubblika dettalji dwar l-argument infami mar-raġel tagħha, Peter Caruana Galizia. "Herrera mhix ħabiba tiegħi, iżda dan kollu ġara minħabba diskors li ntqal fid-dar tagħha – u li jien lanqas biss kont preżenti – Caruana Galizia ssoponiet li l-MaltaToday ser tippubblika d-dettalji ta' dan l-argument li r-raġel tagħha rrapporta lill-Pulizija u bdiet b'attakk qawwi fuqi u fuq Herrera, fejn tat l-impressjoni li huma kienu bi ftehim ma' xulxin. Ironikament, fl-istess ġimgħa, Herrera mmultatni €700 f 'libell li kien fetaħ kontrija d-deputat Laburista, l-eks deputat mexxej, Michael Falzon." Balzan saħaq li kien ilmistieden ta' Herrera, Lou Bondì u s-sieħba tiegħu, li bagħtu messaġġ fejn għarrfu b'dan kollu lil Caruana Galizia, fejn imbagħad infexxet f 'attakki kbar fuqu u fuq ilmaġistrat. "Jien kont konxju ta' dan l-inċident u l-fatt li r-raġel tagħha għamel, mar jagħmel rapport għand il-Pulizija wara li Caruana Galizia waddbitlu l-platti… però kienet gazzetta oħra li ppubblikat din l-istorja." "Hi tagħmel użu minn tattiċi tradizzjonalment faxxisti billi tattakka lil dawk kollha li jiġu minni jew li huma viċin tiegħi. Hi tattakka lill-persuni, bħal familja u ħbieb, sabiex titfa' ħafna pressjoni fuqi b'allegazzjonijiet dwar ilħajja privata ta' dawn in-nies. Fil-każ tiegħi, hi attakkat lill-eks mara tiegħi u dan sempliċiment għaliex kelli sieħba oħra." "Hi attakkat lil ommi, lil oħti, lil sħabi, lill-ħatni u allegat li jien kont ser niżżewweġ minħabba li t-tfajla tiegħi kienet tqila." Balzan qal li ma kellu l-ebda intenzjoni li jbigħ l-ishma tiegħu fil-MaltaToday, u li The Times biss kienet uriet interess veru li tixtri l-MaltaToday. Balzan issottometta numru ta' kitbiet minn Caruana Galizia fejn wera l-kummenti tagħha fuq il-MaltaToday. Il-każ ġie aġġornat għas-7 ta' Frar 2014, fejn Balzan mistenni jkompli bix-xhieda tiegħu. Nhar is-Sibt ilJunior Eurovision NHAR is-Sibt 30 ta' Novembru ser jittella' l-Junior Eurovision Song Contest li se jsir fi Kiev fl-Ukrajna. Din is-sena r-rappreżentanta ta' pajjiżna ser tkun il-brava Gaia Cauchi. L-aħħar darba li pajjiżna ħa sehem f 'dan il-festival kien fl-2010. Minn dak iż-żmien 'l hawn, Malta ma reġgħetx ħadet sehem minħabba raġunijiet finanzjarji, sostna l-Kap Eżekuttiv tal-PBS Anton Attard. Il-mezzi tax-xandir barranin qed jgħidu li Malta ħa tagħmel ir-ritorn tagħha fil-Junior Eurovision bilgħan li s-sena d-dieħla nuru interess sabiex intellgħu dan l-avveniment prestiġjuż u nuru li aħna kapaċi ntellgħu spettaklu ta' kwalità bħal kwalunke pajjiż ieħor. Gaia Cauchi hija kantanta promettenti ħafna. Hi kienet ir-rebbieħa ta' Sanremo Junior fejn kellha l-opportunità li tkanta fit-Teatru Ariston. F'dan it-teatru tittella' l-edizzjoni ta' Sanremo tal-kbar. Hemmhekk hi kienet akkumpanjata mill- Maestro Paul Abela li wkoll kien il-kompożitur ta' tliet kanzunetti li rrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest. Minbarra li rebħet bosta kompetizzjonijiet internazzjonali, Gaia Cauchi kienet ħadet sehem ukoll fil-programm Ti Lascia Una Canzone fuq l-istazzjon RAI, fejn kellha l-opportunità li tkanta ma' Alessandra Amoroso. Gaia Cauchi se tkun qed tirrappreżenta lil Malta biddiska The Start miktuba minn Muxu (Matthew Mercieca) u b'mużika ta' Elton Zarb.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 November 2013