Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207
Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 | illum 5 Nuqqas ta' koordinazzjoni bejn min imexxi u min jieħu ħsieb il-pazjent Tkompli minn paġna 1 IR-RAPPORT ta' Dalli jsib li l-isptar Mater Dei jiswa l-kaxxa ta' Malta mal-€230 miljun fis-sena. Ftit inqas minn nofshom (€105 miljun) imorru għas-salarji tal-ħaddiema, €35 miljun f'mediċini, €25 miljun f'kuntratti u €40 miljun f'infrastruttura. Ir-rapport juri li s-salarji bażiċi kellhom ilaħħqu mal-€67 miljun, madankollu b'overtime u benefiċċji oħra dan żdied bi kważi €40 miljun ieħor. Intqal li b'aktar minn 500 xift differenti, hemm lok ta' abbuż fejn jidħol l-użu tal-overtime anke għaliex l-ammont ta' ħin żejjed ma jsarrafx f'aktar produzzjoni. Ir-rapport jgħid ukoll li l-paga ta' madwar 4,000 impjegat jinħarġu b'mod manwali. Minkejja li elenka bosta nuqqasijiet serji li sab flimmaniġġjar tal-isptar, Dalli esprima ottimiżmu kawt. "Il-Maltin mhuma inferjuri għal ħadd. Daqskemm huma kapaċi l-barranin, kapaċi aħna. Barra minn Malta hemm sptarijiet simili għall-Mater Dei, li huma mudelli tajba x'nikkupjaw f'ċertu aspetti. M'hemmx bżonn li nivvintaw sistema ġdida mill-qiegħ," sostna John Dalli. F'diversi oqsma, fosthom fit-teknoloġija, fl-immaniġġjar tal-mediċini u fir-riżorsi umani, ingħatat l-impressjoni li l-id illeminija ma tafx x'qed tagħmel l-id ix-xellugija. Fil-fatt, ir-rapport isemmi li kien hemm ċirkostanzi fejn l-istess 'spare-parts' kienu jinxtraw fl-istess ħin imma bi prezzijiet differenti, jew li x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni ma kinux isegwu l-ispeċifikazzjonijiet mitluba mit-tenders li ngħataw. It-teknoloġija użata f'Mater Dei ġiet deskritta bħala 'talimgħoddi', tant li kienet tintuża fid-disgħinijiet. Dan kien wieħed mill-fatturi għalfejn ma kienx isir stock-taking kif mixtieq. John Dalli semma' wkoll il-bżonn li jkun hemm reġistru ta' x'hemm u x'm'hemmx, għaliex ma kien hemm l-ebda kontabilità għall-apparat. "Ejja ngħiduha kif inhi: hawn is-serq f'dan l-isptar," qal Dalli, li żied jgħid li l-aċċess għal xi mħażen għandu jkun ristrett għal ftit persuni. Dwar il-mediċini out of stock, l-eks Kummissarju Ewropew tenna li din mhix problema imma sintomu ta' immaniġġjar ħażin. Qal li l-ordnijiet għallmediċini dejjem ikunu bbażati fuq l-ordnijiet tas-sena ta' qabel minflok fuq dak li huwa proġettat li hemm bżonn għassena ta' wara. "Għandna żżejjed ta' dak li ma rridux, u m'għandniex biżżejjed ta' dak li għandna bżonn." Skont ir-rapport ta' Dalli, raġunijiet oħra għan-nuqqas ta' mediċini jinkludu l-fatt li l-manifatturi tal-mediċini ma jkunux interessati li jbigħu lil Malta peress li huwa suq relattivament żgħir, u l-fatt li l-mediċini bilfors iridu jkunu bil-lingwa Ingliża jkompli jnaqqas l-għażliet minn fejn ilmediċini jistgħu jinxtraw. Dalli tenna l-famuża sentenza li "fl-aħħar mill-aħħar xejn mhu b'xejn." Għaldaqstant, għadu tal-idea li kull pazjent għandu jingħata kont ta' kemm sewa s-servizz li ħa mill-isptar, sempliċiment biex wieħed japprezza aktar il-kura li qed jirċievi. Fil-ftuħ tal-konferenza f'diskors elokwenti u mirqum - il-Ministru Godfrey Farrugia qal li jekk ifalli s-settur tassaħħa, jfalli kollox. Hu tenna li r-rapport ta' Dalli mhix il-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern, iżda se jservi ta' referenza għal Gvern biex itejjeb l-immaniġġjar tal-isptar. Mistoqsi x'se jiġri minn John Dalli wara li spiċċa mit-tħejjija tar-rapport, Farrugia wieġeb li Dalli se jibqa' hemm fl-irwol ta' konsulent tal-Gvern. Tkompli minn paġna 1 Il-PN prefera d-dħul finanzjarju IL-PARTIT Nazzjonalista ftit żmien wara li rebaħ l-elezzjoni ġenerali tal-1987 waqqaf din is-sistema ta' security vetting relatata marreġistrazzjoni tal-vapuri li jtajru l-bandiera ta' pajjiżna. Dak iż-żmien il-Gvern Nazzjonalista kien iġġustifika dan il-pass billi kien qal li pajjiżna kien qed jitlef ħafna flus mir-reġistrazzjoni tal-vapuri minħabba li din is-sistema ta' security vetting kienet qed tieħu fit-tul u ħafna bastimenti kienu qed jiġu skoraġġiti milli jagħżlu l-bandiera Maltija u minflok kienu qed imorru f 'pajjiżi oħrajn. Il-Partit Nazzjonalista, mill-Gvern, fil-każ tar-reġistrazzjoni talbastimenti, bil-kontra ta' kif qed jargumenta llum mill-Oppożizzjoni, fil-każ tal-Individual Investment Programme. Kien għażel li jpoġġi s-sigurtà u r-reputazzjoni ta' pajjiżna filġenb u minflok fuq quddiem nett poġġa l-kwistjoni taddħul finanzjarju għall-pajjiż.