Illum previous editions

illum 24 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 Meta ser jinfetaħ il-pont? IS-SEGRETARJU Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi Kenneth Brincat, qal li l-Kunsill huwa ppreokkupat ħafna peress li x-xogħlijiet suppost li tlestew erba' ġimgħat ilu fuq dan il-pont, imma minħabba li dawn l-istess xogħlijiet ġew estiżi anke fuq talba talKunsill biex jitwessa' l-pont biex titjieb is-sitwazzjoni tattraffiku f 'dik iż-żona, dawn ix-xogħlijiet ħadu aktar fit-tul. Barra minn hekk, il-Kunsill ġie nfurmat illi minħabba x-xita li għamlet dan l-aħħar, ix-xogħol ser jieħu aktar żmien milli kien previst. Is-Segretarju Eżekuttiv qal "il-Kunsill huwa sodisfatt ħafna li dan il-proġett finalment inbeda għaliex se jagħti ftit ta' nifs lil dawk ir-residenti li jgħixu fitterrur kull meta tagħmel ix-xita, iżda min-naħa l-oħra l-Kunsill se jkompli jagħmel pressjoni fuq l-awtoritajiet biex ma jkunx hemm dewmien fit-twettiq ta' dan il-proġett u jitnaqqsu kemm jista' jkun l-inkonvenjenzi." Min-naħa l-oħra l-Kunsill jappella għall-koperazzjoni ta' kulħadd peress li dan huwa proġett uniku tax-xorta tiegħu li se jtaffi din il-problema kbira li l-lokalità ta' Ħal Qormi ilha tbati minn dejjem, temm jgħid is-Segretarju Eżekuttiv. Dawn ix-xogħlijiet huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u qed isiru millMinisteru tal-Infrastruttura u t-Trasport. Ix-xogħlijiet għadhom għaddejjin f'Ħal Qormi Ġwanni Pawlu II – It-Triq tal-Qdusija JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt GĦADA t-Tnejn 25 ta' Novembru ser issir it-tnedija tal-ktieb 'Ġwanni Pawlu II – It-Triq tal-Qdusija,' miktub bil-Malti minn Frank Zammit. Dan ser iseħħ fil-Palazz talPresident f'San Anton. Dan il-ktieb jieħu lill-qarrej fi vjaġġ fil-ħin, fil-Pontifikat tal-Beatu Ġwanni Pawlu II. Il-vjaġġ jitlaq bid-deċiżjoni kuraġġuża tal-kardinali nhar is-16 t'Ottubru 1978 bl-elezzjoni tal-Arċisqof ta' Krakovja, ilKardinal Karol Jozef Wojtyla għas-Servizz Petrin. Fl-ewwel kapitlu dak li jitratta l-konklavi wieħed isib anke l-kitba ta' poeżija mill-Kardinal Wojtyla fejn kien semmiegħa Stanislaw. Hija poeżija twila ħames paġni u hi ddedikata lil San Stanislaw li kien wieħed mill-ewwel isqfijiet ta' Krakovja. Stanislaw kien inqatel martri mir-Re Boleslaw waqt li kien qed jiċċelebra l-quddiesa. Din ilpoeżija kitibha ftit sigħat qabel il-konklavi li għażluh Papa. Frank Zammit Hemm min jgħid li kellu ħsieb li f'każ ta' elezzjoni kien jieħu l-isem ta' Stanislaw. Dwar dan il-fatt il-Kardinal Grocholewski stqarr miegħi hekk: "Iva … seta' kien il-fatt. Hu kien imsaħħar minn dan il-qaddis … San Stanislaw kien Isqof ta' Krakovja, kien maqtul mirre, waqt li kien qed jiċċelebra l-quddiesa. Għalhekk persunaġġ sabiħ ħafna." Fl-erbatax il-kapitlu tiġi trattata tmiem il-Gwerra l-Bierda, fejn fost l-oħrajn jitkellem il-Kardinal Ennio Antonelli. Dan il-Prelat jitkellem dwar ilviżjoni ċara tal-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-waqgħa tal-komuniżmu. IlKardinal Antonelli jgħid hekk: "Fl-ewwel laqgħa li kelli miegħu, aktar privata, meta kont inżuru għall-ewwel żjara 'Ad Limina' tiegħi, meta kont isqof ta' Gubbio, jekk mhux qed niżbalja fl-1985, hekk fil-ħin tal-pranzu impressjonatni ħafna risposta li ta lil wieħed minna, wieħed mill-isfqijiet tal-Umbria konna sebgħa jew tmienja. L-isqof ta' Perugia staqsieh x'kien jaħseb dwar ir-Russja, dwar l-Unjoni Sovjetika u hu b'wiċċ imħasseb imma b'konvinzjoni kbira qallu tista' tgħid dawn il-kliem: 'Ilkriżi ekonomika se tikkostrinġi lir-Russja tbiddel ir-rotta tagħha daqshekk malajr u profondament li qatt ma tistgħu timmaġinaw kemm.' Dan kien l-1985, għalhekk ħafna snin qabel l-1989 meta kien waqa' l-ħajt ta' Berlin." Jiġu trattati wkoll punti importanti minn dan il-Pontifikat. Protagonisti li assistewh f 'xogħlu jispjegaw lill-qarrejja ħafna stejjer. Fost l-oħrajn il-ktieb jittratta d-devozzjoni Marjana tiegħu, it-terrur li kien twettaq fi Pjazza San Pietru fid-dawl taxxemx, il-Vjaġġi Appostoliċi, il-komunikazzjoni soċjali, l-medjazzjoni tal-Papa fi gwerer reġjonali, is-sofferenza li għadda minnha u ħafna aktar. Dan ix-xogħol kien iffinanzjat mill-Bank of Valletta u l-flus li ser jinġabru mill-bejgħ tiegħu ser jingħataw lil Malta Community Chest Fund. Ilpubblikazzjoni tħalliet f 'idejn il-Klabb Kotba Maltin. Dwar l-Awtur B'esperjenza ta' 25 sena tadDinja Vatikana, Frank Zammit hu meqjus bħala l-vatikanista prinċipali fil-gżejjer Maltin. Tul dawn l-aħħar snin Zammit ikkontribwixxa b'artikli li jirrelataw mas-Santa Sede fil-gazzetti ewlenin Maltin, kif ukoll f 'għadd ta' programmi televiżivi. Tul il-karriera tiegħu Frank Zammit irnexxielu wkoll jintervista għadd ġmielu ta' kardinali kif ukoll prelati oħra kemm f 'Ruma kif ukoll minn madwar ilglobu. Hu dderieġa wkoll tliet dokumentarji televiżivi, tnejn li jittrattaw il-beatifikazzjoni ta' Ġwanni Pawlu II kif ukoll it-tielet wieħed jirrelata malelevazzjoni kardinalizja talArċisqof Monsinjur Prospero Grech, O.S.A. Mhux magħruf jekk il-vittmi kinux liċenzjati L-AWTORITÀ għassaħħa u s-sigurtà fuq ilpost tax-xogħol irrifjutat milli tagħti aktar dettalji dwar iż-żewġ inċidenti li seħħu f 'sit ta' kostruzzjoni l-ġimgħa l-oħra. L-inċidenti wasslu biex wieħed millvittmi tilef ħajtu filwaqt li l-vittma l-oħra sofra ġrieħi gravi. Iż-żewġ vittmi kienu qed isuqu vetturi jew makkinarju f 'siti ta' kostruzzjoni, li wassal biex iqumu mistoqsijiet dwar jekk il-vittmi kellhomx il-liċenzji meħtieġa biex isuqu dawn il-vetturi. "L-awtorità investigat iż-żewġ każi iżda r-riżultat tal-inkjesta se jkun qed jiġi preżentat lill-maġistrat li qed imexxi l-inkjesta. F'dan l-istadju mhux opportun li niżvelaw aktar dettalji," qal kelliem tal-awtorità lil din il-gazzetta. Il-Ħamis li għadda, Mark Gauci ta' 27 sena tilef ħajtu wara li jumejn qabel inqabad f 'kabina ta' trakk mimli ġebel li għeleb. Is-Sibt li għadda, żagħżugħ ta' 22 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien qed isuq gaffa u waqa' għoli ta' madwar sular. Matul din is-sena kienu erba' l-inċidenti fatali f 'siti ta' kostruzzjoni, filwaqt li s-sena l-oħra kien hemm sitt inċidenti fatali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 November 2013