Illum previous editions

illum 24 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 | illum 7 Alfred Sant dwar il-presidenza li jmiss: "L-għażla ta' president ġdid għandha tibqa' f'idejn il-PM" L-EKS Prim Ministru u eks mexxej Laburista Alfred Sant sostna li l-għażla talpresident li jmiss għandha tibqa' prerogattiva talPrim Ministru. Dan wara li fil-jiem li għaddew, kien il-kap Nazzjonalista Simon Busuttil li waqt il-programm Dissett, iddikjara li qed jistenna li l-Prim Ministru jaħtar xi ħadd mill-Oppożizzjoni biex ikompli fuq dak li għamel Gonzi fl-2009. Ikkuntattjat minn din ilgazzetta, Alfred Sant, li huwa wkoll kandidat Laburista għall-Parlament Ewropew, qal li ma jaqbilx li jiddaħħlu regoli ġodda minn dak li tgħid preżentament ilkostituzzjoni. Dan għaliex skont Sant, il-ħatra trid issir skont iċċirkustanzi politiċi u soċjali li jkun qed jaffaċċja l-pajjiż f 'mument jew ieħor. "L-għażliet kollha għandhom jitħallew miftuħa għall-Prim Ministru. Iddeċiżjoni għandha tittieħed fuq inizjattiva tiegħu, li jaġixxi f 'bona fede u jikkonsulta mal-Kap talOppożizzjoni u l-grupp parlamentari tiegħu," sostna Alfred Sant mal-ILLUM. Madankollu, Sant ma jaqbilx mal-fatt li Prim Ministru u President miżżewġ kampijiet politiċi jwasslu għal bilanċ istituzzjonali. "Il-bilanċ ma jintlaħaqx dwar ħatra ta' president, li hu rwol simboliku u hekk għandu jibqa', għax ikun bilanċ istituzzjonali fittizju fil-qafas tal-partiġġjaniżmu li jiddomina x-xena politika Maltija. "L-hekk imsejjaħ bilanċ jibqa' nieqes għal kollox xorta waħda. Dil-ħaġa rajniha tiġri fl-aħħar snin. Li neħtieġu mhux 'balance Il-Presidenti f'numri JAMES J. Piscopo janalizza l-istorja tal-presidenza Maltija f 'għaxar numri sinifikanti. 1 – MARA WAĦDA Fil-preżent, Agatha Barbara tibqa' l-unika mara li qatt serviet fl-ogħla kariga istituzzjonali f 'Malta. Appuntata minn Duminku Mintoff, hi serviet f 'wieħed mill-aktar perjodi turbolenti filpolitika lokali, dak ta' nofs it-tmeninijiet. Barbara kienet ukoll l-aħħar President tar-Repubblika maħtura minn Gvern Laburista. 2 – ŻEWĠ PRESIDENTI BISS APPROVATI B'KUNSENS Mit-tmien Presidenti tar-Repubblika li kellha Malta, kienu tnejn biss li ġew approvati b'kunsens unanimu miż-żewġ naħat talkamra. Dan japplika fir-rigward tal-ewwel president, Anthony Mamo u dak attwali, George Abela. 3 – TLIET KONTESTANTI GĦAT-TMEXXIJA TAL-PN Tlieta mill-Presidenti kkontestaw lil xulxin fl-elezzjoni interna li saret fil-Partit Nazzjonalista fl-1977; elezzjoni biex jinħatar kap ġdid tal-PN wara George Borg Olivier. F'dik is-sena, Ċensu Tabone, Eddie Fenech Adami u Guido de Marco kollha kienu qed jispiraw li jkunu huma li jmexxu l-Oppożizzjoni Nazzjonalista. Interessanti wkoll li l-eks President Ugo Mifsud Bonnici wkoll kien ikkontesta għat-tmexxija, iżda għal kariga ta' president tal-partit u mhux ta' kap. 4 – ERBA' PRESIDENTI NAZZJONALISTI WARA XULXIN Wara ħmistax-il sena repubblika, kien għadu ma nħatarx President wieħed minn kamp Nazzjonalista. Iżda wara l-ħatra ta' Ċensu Tabone, Malta rat erba' presidenti wara xulxin minn kamp Nazzjonalista. Ir-renju tal-presidenti mill-kamp Nazzjonalista beda fl-1989 ma' Ċensu Tabone u spiċċa għoxrin sena wara b'Eddie Fenech Adami… U kieku Gonzi fl-2009 għażel li jkompli t-tradizzjoni, kienu jkunu 25 sena! 5 – ĦAMES PRESIDENTI KIENU DEPUTATI MEXXEJJA of powers' imma tħaddim effettiv, trasparenti u 'in good faith' tal-istituzzjonijiet kostituzzjonali, speċjalment dawk parlamentari," ssokta jgħid Alfred Sant. Il-kwistjoni dwar jekk l-ogħla kariga istituzzjonali għandhiex tkun okkupata mill-Oppożizzjoni qamet wara li ħames snin ilu, Lawrence Gonzi kien iddeċieda li jaħtar lil eks deputat mexxej Laburista George Abela. Il-ħatra minn kamp oppost ma kellha l-ebda preċedent. Huma bosta l-ismijiet li qed jissemmew. Mill-kamp Laburista, il-favoriti jidhru li huma l-viċi Prim Ministru attwali Louis Grech u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella. Louis Grech żamm profil baxx f 'dawn l-ewwel xhur talleġislatura, u mhux meqjus bħala għażla kontroversjali min-naħa Nazzjonalista. Mill-banda l-oħra, George Vella jista' jqajjem oppożizzjoni ħarxa millkamp Nazzjonalista għallħatra tiegħu, iżda jgawdi minn relazzjoni tajba ħafna mal-Prim Ministru. Dan deher f 'aktar minn okkażjoni waħda, b'Joseph Muscat jirringrazzja pubblikament lil Vella għall-inkoraġġiment li kien għamillu biex jidħol fil-politika. Jekk l-għażla taqa' fuq xi ħadd mill-Partit Nazzjonalista, allura l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi hu wieħed milli qed jissemma' l-aktar. Jidher li l-aħjar ċans biex issir president hu jekk tkun deputat mexxej tal-partit. Infatti, il-maġġoranza tal-presidenti (ħamsa minn tmienja) f 'mument jew ieħor tal-karriera tagħhom servew bħala viċi-kapijiet tal-partiti. Dawn jinkludu l-eks deputati Laburisti Anton Buttigieg (1962-76), Agatha Barbara (1976-81) u George Abela (1992-98) u l-eks viċi-kapijiet Nazzjonalisti Ċensu Tabone (1972-77) u Guido de Marco (1977-99). Min jaf, forsi dawn l-istatistiċi qed jikkonfermaw il-kandidatura ta' żewġ favoriti: Tal-viċi Prim Ministru attwali Louis Grech u dik ta' George Vella, li serva deputat mexxej bejn l-1992 u l-2003. Min jaf? 6 - SITTA MILL-PROFESSJONI LEGALI Avukati, avukati, avukati. Imma jekk hawn min jaħseb li kull president Malti kien ġej minn din il-professjoni sejjer żbaljat. Minn tmienja, huma tnejn biss l-eċċezzjonijiet, wieħed minn kull naħa tal-kamra: Agatha Barbara (PL) u Ċensu Tabone (PN). Barbara ġejja mill-qasam tal-edukazzjoni u fl-ewwel snin ta' qabel il-gwerra kienet għalliema qabel ma nħatret Ministru. Min-naħa l-oħra, Ċensu Tabone serva bħala tabib u speċjalist tal-għajnejn. 7 – SEBA' POLITIKANTI Mit-total ta' tmien presidenti, sebgħa minnhom kienu ġejjin mill-kamp politiku. L-unika persuna mhux politika li nħatar president kien Anthony Mamo, u ma tantx jidher li dan il-każ se jerġa' jirripeti ruħu fiż-żmien qrib. Mamo kien serva bħala avukat ġenerali u l-ewwel gvernatur Malti qabel ma nħatar l-ewwel President tar-Repubblika. Il-fatt li kważi kull president kien ġej mill-politika jista' jkun ir-raġuni ewlenija għalfejn fil-maġġoranza tal-każi ma ntlaħaqx kunsens bejn iż-żewġ partiti ewlenin. 8 – TMIEN PRESIDENTI Ovvjament l-aktar numru faċli. Tmien presidenti mill-1974 'l hawn, nofshom mill-kamp nazzjonalista, tlieta mill-kamp Laburista u ieħor indipendenti. Kważi kollha għamlu t-terminu ta' ħames snin, barra Anthony Mamo li għamel biss sentejn. 9 – IN-NUMRU DISA' GĦAL LI JMISS Il-Presidenza li jmiss mistenni tkun id-disa' waħda fl-istorja lokali. Kollox jindika li d-disa' presidenza se tibda fl-4 t'April li ġej, wara li l-aħħar ħames presidenzi kollha bdew f 'din il-ġurnata. 10 – GĦAXAR KAPIJIET TA' STAT Il-favoriti? Lawrence Gonzi, Louis Grech u George Vella Jekk mal-lista tat-tmien presidenti żżid tnejn oħra li għal xi żmien servew bħala aġenti presidenti, allura n-numru jitla' għal għaxra. L-aktar aġent-president ċelebri jibqa' Pawlu Xuereb, li qeda d-dmirijiet ta' president għal sentejn u xahrejn, bejn l-1987 u l-1989. Aġent-president ieħor kien Bertu Hyzler, li serva għal xahar u nofs fil-bidu tal-1982 sakemm inħatret Agatha Barbara.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 November 2013