Illum previous editions

illum 24 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 Il-Punt KEVIN PLUMPTON President tal-MŻPN u Kandidat għall-Parlament Ewropew IL-LIĠI li għadda b'għaġla enormi l-Gvern Laburista ta' Joseph Muscat u li permezz tagħha ċ-ċittadinanza Maltija saret tista' tinxtara għal valur ta' €650,000 u mingħajr ebda obbligu ieħor, ma tistax ħlief tiġi deskritta bħala liġi li l-Gvern għamel bl-għaġla u li f 'qasir żmien diġà qiegħda turi li kienet pass falz. Liġi li f 'temp ta' ġimgħa, l-Gvern Laburista sab ruħu dahru mal-ħajt, iffaċċjat bil-kritika tal-poplu Malti, ffaċċjat bil-mezzi tax-xandir internazzjonali li messħet l-art bir-reputazzjoni ta' Malta u ffaċċjat b'Oppożizzjoni Nazzjonalista li baqgħet konsistenti u kostruttiva f 'kull ħin u mument. Gvern li sab ruħu fis-sitwazzjoni mbarazzanti li wara li ċaħad kull emenda mressqa mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista u wara li attakka bl-aħrax lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, kellu jagħmel u-turn assoluta u jdur għall-proposti tal-Partit Nazzjonalista u l-Kap tiegħu Simon Busuttil. Gvern li l-ewwel għamilha legali li f 'Malta jkollna ċittadini anonimi mbagħad b'sempliċi telefonata DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW Il-qattusa għaġġelija li għamlet frieħ għomja minn Sri Lanka biddel ilpożizzjoni tiegħu għalkemm għadu jinsisti li l-liġi f 'dan ir-rigward ma jibdilhiex bil-kitba. Gvern li l-ewwel qal 'le' lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista meta din offriet li jkun hemm sforz bejn iż-żewġ naħat tal-kamra sabiex jinstab kunsens għal pożizzjoni fejn Joseph Muscat, u issa qal li jekk ma jinstabx kunsens lest imur għal verdett tal-poplu. Bħala l-President talMoviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista nistqarr li jien kburi li flimkien ma' sħabi tal-MŻPN għamilna appell ċar lill-Gvern ftit qabel il-vot finali fil-parlament. Appell sabiex jinstab kunsens nazzjonali u sabiex ma tidħolx liġi li kulma tagħmel huwa tiftaħ skema ta' bejgħ sempliċi. Appell li d-deputati tal-Partit Laburista njoraw għal kollox għaliex b'mod unanimu vvutaw favur din il-liġi. Appell iżda li ma kienx biss l-għajta tiegħi u tal-MŻPN iżda l-għajta tal-poplu tant li issa qed naraw lil Joseph Muscat ikollu pass wara pass jersaq dejjem aktar viċin lejn din il-pożizzjoni. Nistqarr li skantajt b'mod pożittiv bir-reazzjoni talpoplu għal dak li għamilna u għidna bħala MŻPN. Il-poplu fehem li aħna ma konniex qed inkunu partiġġjani. Fehem li l-interess tagħna ma kienx sempliċi punti politiċi iżda l-interess nazzjonali. Tant kien ċar li l-interess tagħna kien l-interess nazzjonali li anke bosta mezzi tax-xandir barranin għażlu li jużaw ritratti u filmat tal-protesta Il-poodle Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mobajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt tagħna quddiem il-Palazz sabiex juru li s-sentiment popolari fil-pajjiż kien kontra din il-liġi infami li għadda bl-aktar mod arroganti dan il-Gvern. Id-differenza bejn l-għaġla ta' Joseph Muscat u l-għaqal u s-sens ta' responsabbilità nazzjonali ta' Simon Busuttil kompliet toħroġ fil-beraħ bl-attitudni li wera l-Prim Ministru minn mindu l-liġi ġiet approvata u d-diskors ta' Simon Busuttil filKunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista l-ġimgħa li għaddiet. Diskors li fih bl-aktar mod ċar Simon Busuttil qagħad lura milli jħalli l-emozzjonijiet żejda jmexxu. Diskors ta' xi ħadd li filwaqt li kellu opportunità tad-deheb li jagħmel punti politiċi minflok, għażel li jagħmel diskors denju ta' mexxej talPartit Nazzjonalista u denju ta' potenzjal futur Prim Ministru. Diskors li kompla jikxef kif bid-deċiżjoni mgħaġġla tiegħu Joseph Muscat umilja lil Malta quddiem iddinja. Deċiżjoni mgħaġġla b'konsegwenzi mill-aktar negattivi għal pajjiżna fosthom impatt negattiv fis-settur finanzjarju tant essenzjali għall-ekonomija ta' pajjiżna. Deċiżjoni li ħamritilna wiċċna ma' sħabna l-pajjiżi Ewropej. Diskors ta' Simon Busuttil li għal darb'oħra wera Partit Nazzjonalista li huwa pożittiv fl-attitudni tiegħu, kostruttiv fil-kritika u oppożizzjoni tiegħu iżda fl-istess waqt determinat li jiddefendi l-interess ta' dan il-pajjiż diffiċli kemm hi diffiċli l-isfida li jiffaċċja biex jagħmel dan. Għal darb'oħra bid-diskors tiegħu, Simon Busuttil wera li l-Partit Nazzjonalista għandu mexxej li tassew jgħożż l-interess ta' dan il-pajjiż. Kburi li kemm bħala President talMoviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista kif ukoll fil-kapaċità personali tiegħi tajt il-kontribut tiegħi u bi ħsibni nibqa' nagħti l-kontribut assolut tiegħi f 'dan il-mument li pajjiżna tant għandu ħtieġa. Wara s-suċċess kbir ta Parlament kull sena g Is-suċċess enormi li kellha l-inizjattiva ta' 'free travel to Gozo' weekend għadha fuq fomm kulħadd speċjalment mal-Għawdxin. Kull Għawdxi jgħid li din kienet rekord assolut ta' Maltin u barranin li żaru Għawdex, fejn il-Kamra tal-Kummerċ ta' Għawdex qed tikkalkula li t-28,000 Malti li żaru Għawdex ħallew mill-inqas miljun u nofs ewro fil-gżira Għawdxija. U dan fi żmien meta l-ekonomija f'din il-gżira tkun fl-aktar mument fraġli tagħha. Dan is-suċċess jista' jkun li ħoloq xi ftit ta' inkonvenjent għal dawk l-Għawdxin li forsi kellhom bżonn imorru Malta għal xi qadja urġenti jew inkella li kellhom bżonn jagħmlu xi qadjiet personali f'Għawdex stess u sabu wisq folol u nuqqas ta' parkeġġ biex jirnexxielhom jagħmlu dan. BARRA minn hekk ilmaġġoranza tal-Maltin huma u sejrin lura pattew ftit għall-pjaċir li offritilhom l-istedina Għawdxija għall-ħin esaġerat li damu filkjuwijiet biex waslu lura lejn darhom. Iżda meta wieħed iqis kollox ma' kollox kienu jumejn ta' suċċess enormi fejn it-tajjeb għeleb mhux ftit il-ftit nuqqasijiet li kien hemm. Fejn anke l-imsieħba soċjali Għawdxin, il-proprjetarji tal-lukandi, tar-ristoranti, tal-bars u anke tal-ħwienet f 'Għawdex kellhom kliem ta' tifħir għal din l-inizjattiva. Għalhekk ma stajtx ma niltaqax mal-arkitett ta' dan is-suċċess il-Ministru għal Għawdex, l-avukat Anton Refalo biex neħodlu ftit kummenti dwar din l-inizjattiva. Iltqajt miegħu l-Ministeru fejn laqagħni bid-daħka u meta staqsejtu kemm hu kuntent bis-suċċess ta' din l-inizjattiva weġibni mill-ewwel. "Ħafna kuntent. Inizjattiva li rnexxiet u din se tidħol fil-kalendarju Għawdxi ta' kull sena. Ħa ngħidlek, ma saritx b'kumbinazzjoni, saret bi ħsieb kbir u bi studju serju fuq l-inizjattiva tal-Prim Ministru. Anke l-ġranet ma kinux b'kumbinazzjoni għax dawn kienu l-inqas ġranet li Għawdex ikollu viżitaturi. U issa f 'dak li qabel kienet l-inqas ġimgħa li jżuru Għawdex il-Maltin, spiċċat bħala l-aktar ġimgħa rekord fl-istorja." kompla jgħid b'ċertu kburija l-Ministru Refalo. Mistoqsi jwieġeb għal dak li għoġbu jikteb ġurnal Malti online li din l-inizjattiva swiet lil dawk li jħallsu t-taxxi €250,000, l-avukat Refalo qal li fil-fatt din swiet €200,000 u mhux kemm qal dan il-ġurnal online. "Barra minn hekk din is-somma hi vvutata mill-Parlament għal kull sena bħala Skema għall-Appoġġ lejn Turiżmu Domestiku għal skemi bħal din. Jiġifieri ma nfaqna xejn iżjed milli kien hemm ivvutat. U din is-somma ġiet ivvutata minn żmien in-Nazzjonalisti. Huma flus ivvutati biex noħolqu skemi biex inġibu lejn Għawdex it-turist Malti fix-xhur taxxitwa. Issa nistaqsi lil min ħareġ b'dan it-titlu kif se taffetwa lil dawk li jħallsu t-taxxi din l-iskema li hemm flus ivvutati għaliha?" staqsa l-Ministru. L-avukat Refalo qal li jrid jirringrazzja lill-ħaddiema tal-Gozo Channel u lillPulizija li ħadmu bla heda u b'mod ferm organizzat fejn sas-2 ta' filgħodu kienu ġarrew lil kulħadd lejn Malta. Kull tajjeb fih in-negattiv tiegħu u żgur li sema' b'xi tgergir. "Dażgur li kien hemm tgergir. Waħda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 November 2013