Illum previous editions

illum 24 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

turi tal-Ħajja Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 | illum 11 rbgħin sena sħaħ imur ngħand Caffe Cordina li iben il-mejjet, Charlie kien patri jistudja f 'Ruma. "Dwar li kont patri kienu żbaljati. Kont saċerdot djoċesan fejn kont diġà ħadt l-investizzjoni u kont bis-suttana, iżda ma kontx patri." "Minn dejjem kelli l-ħajra li nsir saċerdot, kont nistudja l-kulleġġ ta' Stella Maris u kont anke abbati fil-parroċċa ta' San Ġorġ Ħal Qormi." "Iżda wara l-mewt ta' missieri ommi mardet u jien ġejt Malta għal vaganzi u ridt nibqa' magħha iżda hi bagħtitni lura biex inkompli l-istudji tiegħi. Mort Ruma iżda tlabt iddispensa mill-voti li kont diġà ħadt u rritornajt Malta biex ngħix ma' ommi. "Ikolli nammetti li llum jiddispjaċini li ma komplejtx iżda tal-inqas il-ħolma li kelli rnexxieli nduqha." Mistoqsi x'kien jaħdem Charlie qalli li hu dejjem ħadem fil-management fejn għamel 20 sena sħaħ manager mal-Johnsons Clothing li kienet tħaddem 800 persuna u wara mar imexxi stabbilimenti fil-catering. Għamel żmien jgħix Għawdex ukoll. "Qattajt sitt snin ngħix Għawdex ma' Peppi d-Dias u martu Carmela. Kienu jqisuni bħala membru tal-familja tagħhom u fil-fatt dan l-aħħar Carmela saret nanna għall-ewwel darba u mort anke nżur lilha u "Ġieli kont imdejjaq iżda nilbes maskra u nitbissem xorta" n-neputi tagħha." Kull min jaf lit-Tikka żgur li kuljum jarah jippassiġġa l-Belt u wara jidħol għal kafè. "Ħafna jasħbuni li jien mill-Belt, iżda jien żgur ma niċħadx lil Ħal Qormi li wara kollox kien belt qabel il-Belt Valletta. Tant li ħafna mill-knejjes tal-Belt ħarġu mill-parroċċa ta' San Ġorġ ta' Ħal Qormi." Iżda eżattament minn fejn beda dan l-ispeċi ta' ritwal tat-Tikka? "Meta kont Ruma kont drajt immur f 'dawk il-kafetteriji sbieħ Taljani. Allura meta ġejt Malta kont inħoss li Cordina kellu dan l-istil tal-kafetteriji Taljani. Sirt ħabib malproprjetarju Cesare Cordina llum mejjet u ma' wliedu. Għal dawn l-aħħar 40 sena qatt ma fallejt li niġi nieħu kafè minn hawn. Irrid inkun ma niflaħx jew imsiefer biex ma niġix." Charlie magħruf ukoll għall-istil eleganti ta' ħwejġu kompla jgħidli. "Jien iffissat fuq il-ħwejjeġ u nippreferi nixtri ġlekk milli nsiefer. Il-gwardarobba tiegħi dejjem aġġornata." Sadanittant it-Tikka daħal fil-politika lokali fejn qal li kienu l-ħafna nies li tawh spinta biex jikkontesta għal Kunsill Lokali ta' Ħal-Qormi u fil-fatt ikkontesta b'suċċess mill-ewwel. Mistoqsi x'ġiegħlu jagħżel biex jikkontesta mal-Partit Laburista, Charlie qal, "inġbidt lejn il-Labour minħabba Joseph Muscat għax bidel il-kunċett tal-Partit Laburista u ġibidni lejn ilmoviment ġdid." Charlie qal li minn meta rtira qed iħossu jaħdem iżjed milli kien jaħdem qabel, "iżda x-xogħol jistimulani." X'inhu s-sigriet eżatt tattbissima tiegħu u tal-mod kif iffaċċja l-ħajja bit-tajjeb u l-ħażin li toffrielna? "Il-ħajja hi monotona fiha nnifisiha. Trid tistimula lilek innifsek biex titbissem. Jien magħruf ħafna għat-tbissima tiegħi. Ġieli kont imdejjaq iżda nilbes maskra u nitbissem xorta u niċċajta. Għalkemm il-maskra malajr inwaqqagħha għax jien għandi karattru li nħobb inkun ferħan. Hawn min kif jara x-xita jibda jeqred li se ngħerqu u jien dejjem ngħid li aħna mdawrin bil-baħar u x-xita tmur minn fejn ġiet, fil-baħar. Il-ħajja tbissmilha u titbissimlek lura "Fil-ħajja ddejjaqni biss l-ipokrizija tan-nies. Nies li ma jagħmlux l-almu tagħhom biex ikunu sinċiera u jibdlu l-ħajja għall-aħjar. Jien inħares lejn is-sabiħ tal-ħajja." Sadanittant it-Tikka għajjat lil waitress li ilha sservih il-kafè jew te għal 28 sena sħaħ u ordnali espresso. Patricia Borg "Minn dejjem kelli l-ħajra li nsir saċerdot" ġiet ħdejna għannqitu waħda magħha u għamlet kumment mill-isbaħ fuqu li ma stajtx inħallih għaddej: "Charlie hu l-kolazzjon tiegħi. Jibdieli l-ġurnata fuq nota tajba u jekk ma narahx inċempillu biex nara nqalagħlux xi ħaġa. Kull fejn jimxi Charlie jħalli arja tajba u ma jara xejn negattiv." Ċertifikat mill-isbaħ għal dan il-gladjatur li rebaħ fuq il-ħajja bil-pożittività tiegħu. Iżda t-Tikka ġieli beka? "Nimmissja ħafna lil ommi u meta niftakar fiha ninfaqa' nibki bħal tarbija." Qal ukoll li hu jħobb ħafna d-dar u jħobb il-ġardina li għandu fid-dar u jara t-televiżjoni fejn iħobb isegwi stazzjonijiet Taljani u dokumentarji. Passatempi partikolari m'għandux ħlief li jiltaqa' man-nies u jipprova jgħin fejn jista'. Tlabtu jagħti l-messaġġ tiegħu għal dawk li se jaqraw din l-intervista mimlija pożittività. "Il-ħajja għamluha allegra. Problemi ħa tiltaqgħu ma' ħafna iżda kollha jgħaddu. Kunu pożittivi ħbieb." Flimkien ħriġna millkafetterija u fost ħafna tislim lill-klijenti u ħaddiema għamilna passiġġata matul Strada Rjali fejn spiċċajna f 'kompetizzjoni ta' kemm nies sellmulna u waqfu jkellmuna. Qabel sellimli qalli li hu qarrej regolari tal-Malta Today u tal-ILLUM, iżda din id-darba se jkun aktar ħerqan li jaqraha ħalli jara eżatt xi ktibt dwaru.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 November 2013