Illum previous editions

illum 24 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

Xandir seren, oġġe 12 illum | Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 I l-ġurnalist veteran filkamra tal-aħbarijiet talistazzjon nazzjonali Reno Bugeja, huwa magħruf għall-ħidma sfieqa filqasam ġurnalistiku. Qatt ma beża' jistaqsi dawk il-mistoqsijiet li kulħadd ikun irid jagħmel iżda li jistgħu jidhru antipatki u li jniggżu. Dan narawh fil-programm Dissett, li llum il-ġurnata huwa wieħed mill-programmi ewlenin ta' ġrajjiet kurrenti f 'pajjiżna. Bugeja ilu jaħdem max-xandir pubbliku għal aktar minn 37 sena. Ftit tax-xhur ilu, esponenti tal-Oppożizzjoni kkritikaw it-tneħħija tal-Kap tatTaqsima tal-Aħbarijiet Natalino Fenech ftit ġimgħat biss wara r-rebħa tal-Partit Laburista f 'Marzu li għadda. Minfloku l-Gvern ħatar lil Reno Bugeja. Fil-fatt, il-kritika dwar il-ħidma tiegħu hija waħda kostanti. Madankollu, Bugeja jsostni li dejjem huwa rett f 'xogħlu. Il-bidu tal-karriera ġurnalistika Reno Bugeja jgħid li l-karriera tiegħu fil-ġurnaliżmu bdiet eżatt kif spiċċa mill-iskola. "Din il-karriera bdiet minn fuq ilbankijiet tal-iskola mill-ewwel għal post tax-xogħol. Issa ilni 37 sena. Prattikament, ġenerazzjoni ta' ġurnaliżmu. Dak iż-żmien ma kienx hawn korsijiet fl-Università, imma dejjem kelli namur propju għall-ġurnaliżmu. Kont insegwi l-BBC u naqra t-TIME magazine, dejjem kont insegwi x-xena ġurnalistika." "Ma tistax tmexxi kamra talaħbarijiet mingħajr ma tkun ġurnalist." Hu qal li bħala kap talkamra tal-aħbarijiet ta' PBS ikollu ħafna xogħol amministrattiv li mhuwiex daqshekk eċitanti iżda li hemm bżonn li jsir. Espisodju li jibqa' jiftakar Bugeja qal li hemm diversi episodji li jibqa' jiftakar, fost l-oħrajn semma' stejjer ta' kronaka u oħrajn politiċi. Iżda każ li impressjonah kien dak talisplużjoni tal-Patrol Boat li seħħet nhar il-Ġimgħa 7 ta' Settembru 1984. "Din kienet storja skifuża ħafna. Niftakar dak iż-żmien, minħabba li l-Isptar San Luqa kien viċin ħafna tagħna, smajna ħafna ambulanzi ħerġin. Bħal ruħ fil-purgatorju Reno Bugeja jitkellem dwar il-karriera, il-kritika u l-isfidi li jiffaċċja. ta' kif tibni ħafna kuntatti. Huwa minnu li jkun hemm stejjer u argumenti li ma jkollhomx wisq valur, iżda jkun hemm stejjer tajbin ukoll. M'għandix xi oġġezzjoni li nsegwi l-media soċjali." Jerome Caruana Cilia "F'Dissett għandi l-libertà li nsaqsi li rrid" Il-kap tal-kamra tal-aħbarijiet fisser kif fil-programm Dissett iħossu komdu ħafna. "Dan ma jfissirx li ma jkollix adrenalina meta jkolli l-programm, għaliex ikolli ħafna. Iżda nħossni komdu għaliex għandi l-libertà kollha li nsaqsi li rrid waqt il-programm u nsaqsihom lil kulħadd. Din hija l-fama li rabba' Dissett, fama ta' kredibbiltà. Għaldaqstant, jiena nagħmel ħilti kollha sabiex din ilfama nżommha kemm jista' jkun." jccilia@mediatoday.com.mt kont fil-kamra tal-aħbarijiet nikteb storja li ma kellha x'taqsam xejn, kienet dwar il-unjins, u niftakar ħallejt kollox u morna bil-karozza niġru warajhom. Tlajna salMellieħa u ndunajna li t-traġedja kienet ġrat fuq il-baħar. Dak il-ħin f 'radda ta' salib kelli nieħu deċiżjoni x'nagħmel u ddeċidejt li nirkbu dgħajsa biex imorru nindagaw. Konna nżilna l-bajja tal-Għadira u rkibna speed-boat u morna Kemmuna u ħadna l-filmati. Kienet storja qawwija ħafna." F'din it-traġedja, ħames suldati u żewġ Pulizija mietu, li saħansitra tnejn minnhom qatt ma kien instab il-katavru tagħhom. Reno Bugeja semma' episodji oħrajn ta' politika lokali u ġrajjiet internazzjonali. "Fl-elezzjoni tal1996 jien kont li tajt ir-riżultat u anke f 'xi elezzjonijiet segwenti." "Ma naċċettax li jkolli ndħil fillinja editorjali" "Sal-lum ma kellix indħil u kieku jkolli ma naċċettax" qal Reno Bugeja. Hu sostna li ma ġeriex wara din il-kariga u li rrifjutaha diversi drabi. "Jien irrid niddefendi l-linja editorjali b'wiċċi minn quddiem kull fejn immur. Għaldaqstant, ma naċċettax li jkolli ndħil fil-linja editorjali." Il-kap tal-kamra tal-aħbarijiet ta' PBS fisser kif hu jħossu obbligat li jwassal il-fatti kollha lit-telespettaturi tal-istazzjon nazzjonali. "L-interess tagħna huwa li nagħmlu bulettin interessanti għan-nies. Ikun hemm pressjoni mill-Gvern u mill-partiti politiċi sabiex jimlew l-aħbarijiet b'avviżi u twissijiet, iżda aħna noqogħdu attenti li dan ma jseħħx." Il-linja editorjali li jaddotta Bugeja Bugeja qal li jirrikonoxxi li hemm "Sal-lum ma kellix indħil fillinja editorjali u kieku jkolli ma naċċettax" ċertu sensittività fl-istejjer talaħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali. "Irid ikollok sens ta' imparzjalità. Jien addottajt linja editorjali li jew ħa ninvestiga lil kulħadd jew ma ninvestiga lil ħadd. Filprogramm tiegħi ninvestiga lil kulħadd għax ma niddejjaqx. Illum il-ġurnata naħseb illi għandu l-fama. Però meta niġu għall-aħbarijiet, nippreferi li noqogħdu nirrappurtaw dak li qed jingħad. Rari jkollna stejjer investigattivi. B'dispjaċir ngħid din għax m'għandux ikun hekk, imma nifhem is-sensittivitajiet." Hu kompla jgħid: "x'ninvestiga? Dak li jogħġob jew ma jogħġobx lill-Gvern jew lill-Oppożizzjoni?" Hu qal li jemmen li l-partiti politiċi t-tnejn għandek x'tinvestigalhom u għandhom affarijiet negattivi. "Però aħna noqogħdu ftit lura u nħallu lillpartiti jagħmlu xogħolhom u aħna nirrappurtaw dak li jgħidu huma." Filwaqt li ċaħad l-interess li joħroġ għall-politika, Bugeja tenna li l-kamra tal-aħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali għandha twassal il-fatti kollha kemm huma mingħajr ma tħares lejn wiċċ ħadd. "Nemmen li fix-xandir nazzjonali jrid ikollok is-serenità, l-oġġettività u l-imparzjalità." Xi twieġeb għall-kritika li ssirlek li taġevola lill-Partit Laburista? "Din il-kritika ser tibqa' ssir dejjem minħabba l-logħba politika," sostna Reno Bugeja. Hu spjega li min jagħmel din il-kritika jrid imur quddiem l-Awtorità taxXandir. "Li toqgħod tgħid li qed inkun inġust mhux biżżejjed, iżda trid tipprovah. Sal-lum qatt ma tlift każ quddiem l-Awtorità taxXandir. F'dawn l-aħħar sitt xhur u nofs, it-Taqsima tal-Aħbarijiet ta' PBS, qatt ma nstabet li hija żbilanċjata mill-Awtorità taxXandir." Il-media soċjali u l-ġurnaliżmu "Il-media soċjali ġabet rivoluzzjoni fil-ġurnaliżmu. L-ewwel nett għax kulħadd sar ġurnalist. Issa din tqajjem dibattitu sħiħ. Iżda permezz tal-media soċjali tista' ġġib spunti għal diversi stejjer u huwa mezz tajjeb "L-unika libell li qlajt kien millPartit Laburista" "Ma nistgħux ngħidu li hemm taħlita ta' Laburisti biss" Reno Bugeja qal li jeħtieġ li n-nies ikunu evalwati fuq dak li kapaċi jagħmlu. "Min irid jaħdem hawnhekk għandu diversi regoli xi jsegwi. Għandi diversi ġurnalisti li ġejjin minn toroq differenti fil-ħajja u li għandhom opinjoni politika differenti. Jien nirrispetta lil kulħadd. L-importanti hu li dawn jagħmlu xogħolhom bilprofessjonalità li wieħed jistenna minnhom." Għall-mistoqsija jekk jaħsibx li l-programm Bondi+ ippreżentat minn Lou Bondi tneħħa għax hu nazzjonalist iddikjarat, Bugeja wieġeb li hu m'għandux x'jaqsam mal-għażla tal-programmi li jsiru fuq l-istazzjon nazzjonali. "Hemm proċess ta' għażla tal-programmi fuq il-PBS. Naħseb illi dwar ilprogrammi tat-televiżjoni ma nistgħux ngħidu li hemm taħlita ta' Laburisti biss. Nemmnu li t-taħlita li wieħed isib fil-kamra talaħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali tħalli impatt pożittiv." Dwar il-każ ta' Norman Vella, Bugeja qal li ma kienx involut f 'dan il-każ u ma kellux x'jaqsam maddeċiżjonijiet li ttieħdu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 November 2013